8
Il-Ħadd 11 ta’ Settembru, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
IĊ-ĊINA
Il-kleru pprojbit milli jżur l-isptarijiet Fil-provinċja tal-Lvant taċ-Ċina, f’Zhejiang, l-awtoritajiet waqqfu kull tip ta’ attività reliġjuża fl-Isptar Ċentrali ta’ Wenzhou. F’avviż pubbliku għall-pazjenti u l-viżitaturi tagħhom tħabbar li “l-attivitajiet reliġjużi huma pprojbiti fl-isptar”. Dan ifisser li l-pastors Kristjani m’għandhomx aktar permess iżuru l-isptar biex jipprietkaw u jitolbu għall-morda. L-aktar fattur sorprendenti hu li l-Isptar Ċentrali storikament ġie stabbilit bħala sptar Protestant. Impjegat tal-isptar, li ma xtaqx juri
ismu, qal: “L-attivitajiet reliġjużi fl-isptarijiet qatt ma kienu inkuraġġiti imma wħud kienu jagħmlu dan fil-kwiet li hu komprensibbli minħabba li aħna lkoll qegħdin hawn biex nappoġġjaw il-pazjenti”. Pastor Ma Ke minn Guangzhou tkellem kontra l-avviż li hu jemmen li jirrifletti kif l-Istat qiegħed dejjem jgħakkes il-libertà reliġjuża tal-poplu Ċiniż. Hu qal: “Huma qed jindaħlu fit-twemmin reliġjuż tan-nies. Dan hu kontra l-kostituzzjoni għax iċ-ċittadini Ċiniżi għandu
L-ITALJA
jkollhom il-libertà li jagħżlu r-reliġjon tagħhom jew li ma jkollhom l-ebda reliġjon”. Il-projbizzjoni tal-attivitajiet reliġjużi flisptarijiet hi meqjusa bħala l-aktar azzjoni ripressiva ta’ dan l-aħħar kontra l-Kristjaneżmu. Rapporti lokali jindikaw li l-Partit Komunista taċ-Ċina qed isir ansjuż dwar it-tkabbir talKristjaneżmu fiċ-Ċina, partikolarment fil-belt ta’ Zhejiang. Wenzhou ssejħet “Ġerusalemm taċĊina” minħabba l-konċentrazzjoni relattivament għolja ta’ Kristjani fil-belt.
IS-SIRJA
Il-Papa jżur komunità ta’ eks-prostituti Il-Papa Franġisku żar komunità speċjali ta’ nisa meħlusa millprostituzzjoni u l-abbuż vjolenti bħala waħda mill-aħħar inizjattivi tal-“Ġimgħa tal-Ħniena” waqt ilĠublew. Waqt iż-żjara tiegħu fil“Komunità Papa Ġwanni XXIII” f’Ruma stess, il-Papa ltaqa’ ma’ 20 mara residenti f’din id-dar. Dawn il-vittmi lkoll sofrew vjolenza fiżika gravi u qed jgħixu taħt protezzjoni. Il-Papa Franġisku ltaqa’ malmembri tal-komunità, li tmexxi din id-dar, f’diversi okkażjonijiet fil-Vatikan.
Stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Vatikan tispjega ż-żjara bħala sinjal konkret tal-kritika mtennija mill-Papa dwar it-traffikar talbniedem li hu jsejħilha “reat kontra l-umanità” u “pjaga fil-ġisem kontemporanju tal-umanità, ferita filġisem ta’ Kristu”. In-nisa milqugħa mill-Komunità kienu preżenti għal-laqgħa u huma minn diversi pajjiżi madwar iddinja: sitta mir-Russja, erbgħa mill-Albanija, sebgħa min-Niġerja u waħda mit-Tuneżija, mill-Italja u mill-Ukrajina. L-età medja tan-nisa hi ta’ madwar 30 sena.
Sorijiet f’karba għall-għajnuna “Is-sitwazzjoni hi waħda kkumplikata u aħna qed nisimgħu ħafna stejjer differenti. L-unika verità li nafu hi li n-nies qed ibatu u jmutu”. Kliem Suor Anne-Françoise, Reliġjuża Franċiża tas-Sorijiet talKlawsura u Appostoliċi Karmelitani Skalzi ta’ Aleppo, is-Sirja. Hi tkellmet permezz ta’ kollegament bit-telefon mal-Fondazzjoni Pontifiċja Internazzjonali tal-Karità Aid to the Church in Need dwar it-tbatija f’Aleppo, it-tieni l-akbar belt fisSirja, fejn f’dawn l-aħħar ġimgħat il-ġlied bejn il-Gvern Sirjan u l-forzi ribelli kompla jiżdied. Il-kunvent ta’ dawn is-sorijiet jinsab fil-periferiji ta’ Aleppo, żona affettwata serjament mill-kunflitt. Is-soru rrappurtat: “Meta
l-armata Sirjana tipprova ma tħallix l-oppożizzjoni u lil gruppi oħra milli jidħlu fil-belt, il-bombi jaqgħu qrib ħafna tagħna. Bl-għajnuna ta’ Alla ma laqtuniex s’issa iżda ħafna drabi smajna l-bombi jgħaddu minn fuq rasna”. Is-sorijiet Karmelitani, li erbgħa minnhom huma Sirjani u tnejn oħra Franċiżi, ħadu numru ta’ familji refuġjati f’bini li jmiss mal-kunvent tagħhom waqt li qed jgħinu iżjed familji li għandhom ftit riżorsi għaddispożizzjoni tagħhom. “Issa fadal biss l-ifqar mill-poplu f’Aleppo. Ħafna Kristjani telqu mill-belt f’dawn l-aħħar tliet snin ta’ gwerra. La għandna ilma, la elettriku u l-ġlied għaddej bla heda. Min jista’ jiġi lura f’dawn il-kundizzjonijiet?”, staqsiet is-soru.