It-Tama fil-qalba tat-Terrur
© Akintunde Akinleye / Reuters
Il-Kristjani sofferenti tan-Niġerja megħjuna mill-ACN
Il-Kristjani jirrikorru lejn Alla bit-talb hekk kif il-kriżi f’pajjiżhom tibqa’ għaddejja.
Aktar minn 11,500 persuna Kristjana nqatlet u 1.3 miljun persuna oħra sfat spostata matul il-kampanja ta’ vjolenza tal-grupp militanti Islamiku Boko Haram. Probabbilment ma tkunx ipoteżi eżaġerata li wieħed jgħid li l-Kristjani fil-grigal tan-Niġerja għaddejjin minn ġenoċidju, wieħed simili għal dak li qed jixhdu ħutna fil-Lvant Nofsani. Ċertament, il-Boko Haram, issa alleat tal-ISIS, stqarr l-intenzjoni tiegħu li jelimina kompletament lill-Kristjani miż-żona li tinsab fil-kontroll tiegħu. F’Mejju tal-2014 kien inħareġ video li apparentament juri lill-mexxej tal-Boko Haram, l-Imam Abubakar Shekau. Huwa rrepeta r-rieda tal-grupp li ser jeqred il-Knisja, u qal li se “jxarrab il-ħamrija tan-Niġerja bid-demm Kristjan.” Madankollu hemm raġġ ta’ tama. Fl-ittra lill-President Muhammadu Buhari, l-Arċisqof Injazju Kaigama (President tal-Konferenza Episkopali li tikkonsisti f’152 Djoċesi) sejjaħ lill-Boko Haram u l-korruzzjoni
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
fil-pajjiż “iż-żewġ mostri li heddew li jiddestabilizzaw lin-Niġerja.” Hu tenna: “Għal kemm ħafna nies inqatlu, bosta oħrajn jinsabu bla dar u m’għandhomx mezzi adegwati biex jgħixu b’dinjità, aħna nirringrazzjawk talli s’issa, b’suċċess, żammejt lil dawn ir-ribelli milli jeqirdu lin-Niġerja billi twaqqfu milli javvanzaw aktar.” L-Aid to the Church in Need qed twieġeb għall-kriżi attwali fil-pajjiż. L-għajnuna tagħna tinkludi għajnuna ta’ emerġenza għal dawk ħutna spostati minħabba l-Boko Haram, li ħarbu fid-Djoċesi ta’ Maiduguri, fejn aktar minn 100,000 persuna Kristjana ħarbet. Qed ngħinu wkoll biex insaħħu l-miżuri ta’ sigurtà għall-iskejjel tal-Knisja u binjiet oħra. Iżda mhux qed ngħinu biss b’għajnuna t’emerġenza. Int u taqra f’dan il-fuljett, ser tara kif l-Aid to the Church in Need qed issaħħaħ ukoll il-ħajja tal-Knisja, tappoġġja lis-sorijiet kontemplattivi u tgħin Kongregazzjoni ta’ Sorijiet li qed
FONDAZZJONI PONTIFIĊJA
tmexxi skola tat-tfal neqsin mis-smigħ u mid-dawl. Qed nipprovdu L-Isqof Joseph wkoll appoġġ Danlami Bagobiri għall-katekeżi min Kafanchan. u nkomplu l-impenn tagħna billi nappoġjaw lis-seminaristi. Il-Boko Haram mhux l-uniku theddida għall-Kristjani. Meta l-Aid to the Church in Need tkellmet mal-Isqof Joseph Bagobiri ta’ Kafanchan, fin-Niġerja ċentrali, hu ddeskriva l-attakki li wettqu fuq id-Djoċesi tiegħu raħħala Fulani nomadi. Huwa qalilna li dawn “imorru ġo villaġġ matul il-lejl u jattakkawh, joqtlu ħafna nies, jaħarqulhom djarhom, u n-nies dejjem jispiċċaw jaħarbu. Fid-Djoċesi tiegħi dan ġara f’bosta komunitajiet.” Jekk jogħġbok itlob u għin kif tista’ biex tkun t’appoġġ għal dawn ħutna li qed ibatu fin-Niġerja. Alla jberikkom.
Ngħinu llum lill-Knisja sofferenti
L-edukazzjoni mhijiex dnub Eluf ta’ tfal kienu fost dawk li ħarbu ’l hinn mill-fruntiera lejn il-Kamerun, il-pajjiż viċin, sabiex jaħarbu mill-grupp estremist Boko Haram, minħabba li dan tawwal il-kampanja ta’ terrur tiegħu, fejn ħataf aktar bliet u rħula fil-grigal tan-Niġerja. Il-vjolenza li ma taqtax, imwettqa mill-grupp Boko Haram - li ismu jfisser “L-edukazzjoni tal-punent hija haram (dnub jew projbita)” ħalliet ħafna skejjel abbandunati fil-grigal tan-Niġerja. 173 skola, kemm primarja u sekondarja, jinsabu vojta u abbandunati. Ħafna mill-ex-studenti ta’ dawn l-iskejjel huma fost aktar minn 84,000 refuġjat li bħalissa qed ifittxu kenn fil-Kamerun. Taħt it-tmexxija tal-Isqof Bruno Ateba Edo, id-Djoċesi ta’ Maroua-
Mokolo fil-Kamerun qiegħda twieġeb għal dan billi tipprovdi edukazzjoni għal 1,000 tifel u tifla li huma spustjati mal-familji l-aktar fil-bżonn. L-Aid to the Church in Need qed tagħti appoġġ lil dan il-programm tant importanti - nofs l-istudenti huma bniet. L-Isqof Bruno qal lill-ACN: “Dan il-proġett juri wieħed mill-aspetti tal-għajnuna vasta li qed nagħtu lill-vittmi tal-vjolenza mwettqa mis-segwaċi tal-grupp Boko Haram. Fid-Djoċesi ta’ MaouaMokolo, ilna nwettqu dan għal ħafna snin.” Biex inlaħħqu mal-bżonn taledukazzjoni, li dejjem qed jikber, id-Djoċesi se tkun qed tkabbar il-faċilitajiet fl-iskejjel tagħha, u se tibni ħames klassijiet ġodda. Il-programm se jinkludi wkoll
konsulenza psikoloġika għat-tfal li soffrew trawma fl-esperjenzi li sfortunatament kellhom jgħaddu minnhom. L-Isqof Bruno esprima l-gratitudni tiegħu għall-għajnuna tal-ACN, li hija possibbli biss bil-ġenerożità tiegħek: “Nixtieq nirringrazzjak għall-għajnuna kontinwa li l-Aid to the Church in Need qed tagħti lid-djoċesi ta’ Maroua-Mokolo.” Permezz tal-edukazzjoni provduta mill-Knisja, l-imħabba ta’ Kristu hija murija għal kull tifel u tifla refuġjati.
L-ACN qed tg tappoġġja b ħin ukoll billi ie l-edukazzjo x tiġi pprovduta ni għal tfal f’Peter’s Minor Semin ary, f’Yola, in-Niġerja.
L-attakki tal-Boko Haram fuq irħula fin-Niġerja u l-pajjiżi ġirien, ġiegħlu aktar minn 2 miljun persuna jitilqu minn djarhom matul dawn l-aħħar sitt snin. Fid-Djoċesi ta’ Maidugri biss inqatlu 5,000 persuna Kristjana u nqerdu 350 knisja. Il-Knisja Kattolika ilha tagħti għajnuna ta’ emerġenza lil ħafna minn dawk li
ħarbu mill-estremisti. Fil-Katidral ta’ Santa Tereża, f’Yola, l-ikel u għajnuna oħra jitqassmu lir-refuġjati u persuni spostati internament li fittxew kenn f’Yola. Ġurnata minnhom, aktar minn 3,000 mara ġiet biex tieħu l-provvisti. Jekk jogħġbok ftakar fir-refuġjati u l-persuni spostati fit-talb tiegħek.
L-Arċisqof Kaigama f’Malta
L-E.T. Mons. Arċisqof Injazju Kaigama huwa l-President tal-Konferenza Episkopali tanNiġerja. L-Arċisqof huwa magħruf li jemmem u jaħdem favur “id-djalogu li huwa ċ-ċavetta għal kull problema.” Fid-diskors tiegħu, li għamel filKonferenza Internazzjonali li saret fid-Dolmen Hotel, San Pawl il-Baħar bejn it-13 u l-14 ta’ Mejju 2014, l-E.T. qal li fid-dinja tal-lum qed dejjem jiżdied l-għarfien u jinħass il-bżonn li n-nies jgħixu flimkien. Il-170 miljun ruħ maqsumin f’madwar 400 grupp etniku ġewwa n-Niġerja, ma jistgħux jibqgħu 21487818
jeżistu biss għax jinsabu ħdejn xulxin, iżda jridu flimkien, bħala komunità waħda, kull wieħed jiġi bżonn l-ieħor. Id-djalogu huwa proċess li mhux biss jirrispetta l-individwu, iżda jippreserva d-dinjità tal-oħrajn. Ilproċess ta’ djalogu jwarrab l-użu tal-armi u l-vjolenza, anke meta jkun ipprovokat. L-użu tal-forza għandu jiġi sostitwit bil-kariżma tad-djalogu. Huwa saħaq li anki Kofi Annan filktieb tiegħu “A life in War and Peace” jinsisti li l-forza m’għandhiex tintuża biex issolvi l-kriżijiet fid-dinja.
Agħti l-appoġġ tiegħek u hekk tkun qed tieħu sehem f’dawn il-proġetti ta’ ħniena b’risq ħutna ppersegwitati.
L-Isqof Bruno Ateba Edo ta’ Maroua-Mokolo, tal-Kamerun u l-Isqof Oliver Dashe Doeme, ta’ Maiduguri, in-Niġerja, iżuru refuġjati li fittxew il-kenn fid-Djoċesi tal-Isqof Edo.
Kollegament dirett malArċisqof Kaigama
Is-Sezzjoni Refuġjati talKummissjoni Emigranti flimkien mal-Aid to the Church in Need (Malta) nhar is-Sibt, 7 ta’ Frar 2015 organizzaw siegħa talb fil-Knisja ta’ San Ġakbu, fi Triq ilMerkanti, il-Belt Valletta, għall-paċi tal-poplu fin-Niġerja. Waqt dan l-avveniment l-Arċisqof Kaigama ta messaġġ b’kollegament dirett, bierek u rringrazzja lill-Poplu Malti u Għawdxi tas-solidarjetà tiegħu mal-Kristjani fin-Niġerja.
s-sorijiet tiegħek, issa hom infushom. tà żi o er en lil l-ġ plu jsostnu Grazzi għal jistgħu jkom Karmelitani
Dar tal-Ħobż Is-sorijiet Karmelitani Skalzi f’Zing, fil-lvant tan-Niġerja, huma l-unika komunità kontemplattiva fir-reġjun – qrib il-qalba tat-territorju tal-Boko Haram. Meta l-komunità twaqqfet fl-1995, sorijiet mill-provinċja AngloIrlandiża tal-Karmelitani Skalzi ħallew dawn ix-xtut biex jgħinu fit-twaqqif tal-komunità, li ġejjin minn Carmels f’Darlington, Dumbarton, Loughrea u Malahide. Illum in-numri kibru b’mhux inqas minn nofs tużżana vokazzjonijiet. Is-sorijiet imantnu lilhom infushom billi jkabbru l-ħaxix, irabbu l-mogħoż u t-tiġieġ, jaħmu l-partikoli għall-artal u jħietu lbies għall-użu tal-Quddies. Fortunatament hemm talba kbira għall-partikoli tal-artal millknejjes fir-reġjun – iżda s-sorijiet qed ibatu biex ilaħqu mad-domanda u l-makkinarju biex jaħmu kien laħaq il-limiti tiegħu. Suor Catherine Scallan qaltilna li matul l-aħħar ftit snin,il-komunità li dejjem qed tiżdied, is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha għaddejja minn numru ta’ proġetti bżonnjużi “u qed tipprova tibni ħajt madwar il-post għal raġunijiet ta’ sigurtà li huma ovvji
f’din il-parti tan-Niġerja”. Ħerqana biex tgħin lis-sorijiet ikomplu l-ħidma tagħhom, l-Aid to the Church in Need għenithom b’għotja ta’ flus għall-makkinarju li tant kellhom bżonn – imma l-vjaġġ biex jaslu l-Karmelu ma kienx wieħed faċli. Suor Catherine qalet: “F’Ottubru 2015 aħna sirna nafu li l-makkinarju kien ġie ppakkjat u eventwalment telaq. Dan wasal f’Lagos, iżda minħabba problemi ta’ trasport ma wasalx f’Zing sas-17 ta’ Frar, 2016 - jum ta’ ringrazzjament kbir!” Suor Catherine żiedet tgħidilna li l-makkinarju l-ġdid “għamel differenza enormi” u żiedet: “Aħna midjunin b’ħafna mħabba magħkom li għentuna. Nistgħu rroddulkom dan lura biss billi nitolbu għalikom. Niftakru wkoll li l-isforzi tagħkom huma dipendenti fuq il-benefatturi, għalhekk aħna nesprimu l-gratitudni tagħna u nkomplu nitolbu lill-Missier tal-Ħniena biex jieħu ħsiebkom u l-bżonnijiet kollha tagħkom u jberikkom għax-xogħol kollu li qed twettqu f’ħafna partijiet tad-dinja.”
Għal aktar informazzjoni jew biex tibda tirċievi l-materjal li nippublikaw, ċempel 21487818 jew SMS fuq 79054345
www.acnmalta.org/nigeria
Il-kappella tal-iskola tat-tfal neqsin mis-smigħ u mid-dawl, immexxija mis-Sorijiet Qaddejja tat-Tfajjel Ġesú, tinsab fil-proċess biex titlesta - grazzi għallgħajnuna ġeneruża tiegħek.
Ngħallmu l-fidi lil dawk neqsin misSmigħ u d-Dawl F’Mejju 2015 urejniekom l-appell urġenti li rċevejna minn Suor Eucharia Uwu – il-headmistress ta’ St Francis School għat-tfal neqsin mis-smigħ u mid-dawl - meta l-prezzijiet għolew, dan fisser li ma kellhomx fondi biżżejjed biex jibnu kappella fl-iskola tagħhom. Il-ġenerożità tiegħek għat-tfal f’Ahilejime, fix-xlokk tan-Niġerja, fissret li konna kapaċi nirrispondu b’mod ġeneruż għat-talba tagħhom.
Il-kappella li qe
d tinbena.
Ħafna mix-xogħol diġà sar: sa meta tiġi ppubblikata din il-ħarġa li inti qed taqra, is-saqaf ser jitlesta u kulma jkun għad fadal li jsir huwa li jitwaħħlu t-twieqi, il-madum u l-elettriku biex imbagħad jibda l-proċess taddekorazzjonijiet – allavolja minħabba l-ħafna xita l-proġett ittardja b’xahrejn. Huma bagħtulna r-ritratti tax-xogħlijiet li qed isiru. Kif qaltilna Suor Eucharia, qabel ma twaqqfet l-iskola, dawn it-tfal kienu meqjusin li m’huma “tajbin
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel Onlajn 21487818 www.acnmalta.org @acn_malta
għal xejn u kkunsidrati bħala oġġetti għaż-żufjett” - iżda Ġesù ħa ħsiebhom. Hi żiedet: “It-tfal jitolbu u jibagħtu t-tislijiet tagħhom lilkom.” U grazzi għall-ġenerożità tiegħek, dawn mhux se jkollhom is-servizzi Pastorali taħt is-siġar aktar, u dalwaqt se jkunu qed jitolbu għalik fil-kappella l-ġdida tagħhom!
Aid to the Church in Need Malta