ttanika. isja Ortodossa Bri B’kortesija tal-Kn
Ritratt: Jillian Kestler-D’Amours/IPS
L-Eritrea – hu l-agħar post fid-dinja li tgħix ta’ Kristjan?
Refuġjati li ħarbu mill-Eritrea jipprotestaw kontra t-torturi terribbli li jiffaċċjaw il-priġunieri fil-pajjiż.
tonios għadu Il-B.T.Patrijarka An aru f’d taħt arrest
L-Eritrea – hu l-agħar post fid-dinja li tgħix ta’ Kristjan? Delegazzjoni tal-Aid to the Church in Need dan l-aħħar waslu lura millpajjiż li huwa msejjaħ “il-Korea ta’ Fuq tal-Afrika”. Bħal fil-Korea ta’ Fuq, il-Kristjani fl-Eritrea huma mitfugħin il-ħabs sempliċement minħabba twemminhom u jiffaċċjaw kastigi ħorox waqt li jkunu maqfulin – inkluża t-tortura. Ħafna Kristjani nżammu l-ħabs mingħajr ebda proċess. Xi drabi huma jiġu arrestati fuq il-pretest li qed jipperikulaw is-sigurtà nazzjonali. Mat-3,000 Eritrej għadhom maqfulin fil-ħabs għal raġunijiet
reliġjużi; żewġ terzi minnhom huma Kristjani. Xi Kristjani huma inġustament mitfugħin il-ħabs f’kundizzjonijiet ħorox ħafna. Il-knejjes huma suġġetti għall-pressjoni u jinżammu taħt sorveljanza li ma taqta’ xejn. Il-Knisja Ortodossa tal-Eritrea ġiet vjolentement imġiegħla tbaxxi rasha f’sottomissjoni. Wara li fl-2007 il-kap ewlieni tagħha l-Patrijarka Abune Antonios, inżamm taħt arrest f’daru għax irrifjuta li jiskomunika 3,000 membru li ma obdewx lill-gvern, l-istat qabbad lajk bħala mexxej tal-Knisja biex jiġi żgurat il-kontroll tagħha. Il-Knisja Kattolika kompliet tinsisti għall-awtonomija tagħha u rreżistiet kull tentattiv biex ma taqax taħt kontroll statali – madanakollu l-gvern għadu xorta waħda qed jipprova jġiegħla tbaxxi rasha. Saċerdoti żgħażagħ u reliġjużi qed jiġu mġiegħla jservu
Ngħinu llum lill-Knisja sofferenti Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt www.acnmalta.org it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
FONDAZZJONI PONTIFIĊJA
żmien indefinit fis-servizz militari – b’hekk idgħajfu ħidmet il-Knisja - u saru tentattivi biex jikkonfiskaw skejjel Kattoliċi u ċentri tas-saħħa. Il-Kristjani sofferenti tal-Eritrea jinsabu ddisprati u għandhom bżonn l-għajnuna tal-Aid to the Church in Need biex ikomplu jgħixu b’dinjità kif tixraq lil kull bniedem. Aħna impenjati biex ngħinu lir-refuġjati Eritrej fil-pajjiżi ġirien tagħhom, iżda ma nistgħu nagħtu ebda informazzjoni dwar il-proġetti vitali li qed twettaq l-Aid to the Church in Need fl-Eritrea stess. Dan minħabba li nkunu qed nipperikolaw il-ħajjiet ta’ dawk stess li jirrikorru lejna għall-għajnuna. Minħabba r-reġim ripressiv tal-Eritrea, terz tal-Eritrej ħarbu mill-pajjiż. Iżda, permezz tat-talb, talimħabba u tal-ġenerożità tiegħek, l-Aid to the Church in Need tista’ tkompli tgħin kemm lil dawk li telqu kif ukoll lil dawk li baqgħu fil-pajjiż fidili lejn Kristu.
Iżuru l-Eritrea bil-moħbi
Waqt evalwazzjoni ta’ Church in Need fl-E proġett tal-Aid to the ritrea
Il-Kristjani jibqgħu devoti lejn il-fidi tagħhom f’pajjiż mifni minn tbatija kbira
Dan l-aħħar l-Aid to the Church in Need bagħtet delegazzjoni l-Eritrea biex tagħmel evalwazzjoni tal-proġetti - wara li kienet ilha tipprova tikseb permess biex iżżur il-pajjiż għal dawn l-aħħar ħames snin. Aħna ntlabna nżommu l-identità tagħhom sigrieta sabiex ikunu jistgħu jirritornaw lura mill-Eritrea mingħajr periklu. “Kien ta’ riskju kbir li morna hemm, kien hemm theddida kbira li ninqabdu, li
kieku saru jafu min konna. Kieku qabduna, setgħu faċilment jitfgħuna l-ħabs. In-nies li rranġawlna biex immorru hemm setgħu jispiċċaw fil-ħabs ukoll, akkużati bi spjunaġġ. “Aħna u sejrin lura kellna noqogħdu attenti li naħbu n-noti li ktibna u r-ritratti li ħadna mingħajr malawtoritajiet jissuspettaw ħażin fina. F’ħin minnhom morna f’żona fejn ma kellniex permess immorru u ħsibna li uffiċjali tas-sigurtà kienu se jaqbduna, iżda
L-Aid to the Church in Need qed tappoġġja numru ta’ proġetti pastorali importanti ħafna fl-Eritrea - iżda ma nistgħux nagħtu aktar dettalji, biex nibżgħu għas-sigurtà tal-imsieħba tagħna f’dawn il-proġetti.
21487818
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
bil-grazzja ta’ Alla għaddejna mingħajr ma nqbadna. “Il-Knisja Kattolika hija unika għax irrifjutat il-kontroll tal-istat. L-Ortodossi tal-Eritrea qatt ma qamu lura fuq saqajhom wara li l-Patrijarka Antonios kien imneħħi mill-kariga tiegħu u l-gvern ħatar sostitut minfloku. “Minkejja l-għadd relattivament żgħir ta’ Kattoliċi, il-Knisja għandha rwoli importanti ħafna fl-edukazzjoni, fil-kura tas-saħħa, fl-amministrazzjoni ta’ kindergartens, orfanatrofji u ċentri tat-tagħlim (xogħol talinjam, ħjata, snajja’, eċċ) fost ħidmiet soċjali oħra.” Fl-1995 kien sar illegali li l-istuzzjonijiet reliġjużi jaċċettaw fondi minn barra ’l pajjiż u minħabba dan, aħna ma nistgħux nagħtu dettalji tal-proġetti li qed twettaq il-Knisja fil-pajjiż. “Qatt ma rajt spiritwalità hekk profonda fost nies li quddiem tant sofferenzi u tbatija huma lesti li joffruhom lil Alla. Dan ħassejtu wkoll fost tfal ta’ għaxar snin meta żort skola.”
Agħti l-appoġġ tiegħek u hekk tkun qed ti
Maqfulin fil-ħabs għal Ġesù – Ittorturati għallfidi tagħhom fi Kristu addisin kif mbin mal-anġli u l-q Il-Madonna u Ġesù Ba a u l-Etjopja. murija fl-arti tal-Eritre
Ir-regoli ma jippermettux tortura. Madankollu, m’hemm l-ebda mod li wieħed jista’ jilmenta. Lil min tista’ tressaq l-ilmenti tiegħek? Ħadd ma jista’ joħodha kontra l-awtoritajiet. Il-ħabs jinsab iżolat. M’hemm ħadd hemmhekk li jista’ jgħinek. Jistgħu jagħmlu kull ma jridu bik. “Hemm qawl bejn il-ħabsin li jgħid: Jekk twerżaq, il-baħar biss se jisimgħek.” Din kienet ix-xhieda ta’ ex-priġunier li ngħata lin-Nazzjonijiet Uniti. Ex-priġunieri isemmu kundizzjonijiet ħżiena ħafna meta kienu l-ħabs, fosthom li kienu msakkra f’containers tal-metall talmerkanzija għal perjodu ta’ żmien twil
Membri tal-Kleru jiċċelebraw il-Quddiesa - ħafna fidili maqfulin fil-ħabs.
- u jħalluhom fix-xemx qalila Afrikana f’temperaturi li jitilgħu mas-smewwiet matul il-jum. Il-Kristjani huma l-aktar fil-mira. Dawn qed jiġu ttorturati sabiex jiċħdu l-fidi tagħhom fi Kristu. Huma pprojbiti milli jitolbu jew ikantaw u ma jistgħux ikollhom kotba reliġjużi. Madwar 2,000 persuna Kristjana huma maqfulin fil-ħabs minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom - ħafna minnhom huma Protestanti Evanġeliċi. Il-priġunieri jgħaddu minn litanija sħiħa ta’ moħqrija fosthom
xogħol sfurzat, imċaħħdin mill-ikel u l-ilma, f’kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ iġjene u jkunu mċaħħda wkoll misservizzi tas-saħħa. Xi ex-priġunieri rrappurtaw li ġieli ġew sfurzati jimxu ħafjin fuq ix-xewk jew ġebel jaqta’ u ġieli dendluhom mas-siġar fejn rabtuhom minn minkbejhom u rkopptejhom għal bosta sigħat twal. Hekk kif dawn ħutna qed ikomplu jsofru f’dawn ilkundizzjonijiet terribbli, jekk jogħġbok kompli aħseb fihom fit-talb u l-għajnuna tiegħek.
Meta jaslu f’Kassala Grazzi għall-għajnuna tiegħek, ilFrangiskani f’Kassala, is-Sudan, qrib il-fruntiera tal-Eritrea, qed jieħdu ħsieb lir-refuġjati f’wieħed mill-ifqar inħawi tal-pajjiż. Il-patrijiet Franġiskani Kapuċċini qed jipprovdu għajnuna t’emerġenza għarrefuġjati, inklużi ikel, akkomodazzjoni u bżonnijiet bażiċi oħrajn. Il-Patrijiet jieħdu ħsieb ukoll ta’ skola, fejn l-istudenti huma jew refuġjati, jew tfal li ġejjin minn familji li sabu kenn hemmhekk fis-snin sebgħin. Hemm 990 tifel u tifla fl-iskola - u l-Aid to the Church in Need ilha ssostni ħidmietha permezz tal-għajnuna ġeneruża talbenefatturi. Għall-ġenituri Kristjani, li kienu mħassba ħafna li wliedhom se jiġu ndottrinati fl-Islam ġol-iskejjel statali, il-Komunità Franġiskana kienet barka mibgħuta minn Alla. L-iskola
Kattolika taċċetta l-istudenti kollha, irrispettivament mit-twemmin li jħaddnu. Il-kurrikulu huwa bbażat fuq dak tal-iskejjel statali tas-Sudan, iżda huma jgħallmu wkoll il-kultura tal-Eritrea, inkluż l-ilsien Tigrigna. Il-lezzjonijiet isiru kollha bl-ilsien Ingliż biex jippreparaw lill-istudenti għall-ħajja futura tagħhom.
Bl-ispejjeż tal-ħajja, li fis-Sudan qed dejjem jibqgħu jogħlew, l-istaff u l-istudenti huma inkwetati ħafna għall-ġejjieni tal-iskola. Iżda Fr. Ghebray Beedemariam qalilna: “Aħna fiduċjużi fil-Providenza Divina, din żgur li qatt m’abbandunatna.”
Tfal refuġjati f’Kassala jitħarrġu fl-edukazzjoni li tagħti l-Knisja.
ieħu sehem f’dawn il-proġetti b’risq ħutna ppersegwitati.
www.acnmalta.org/eritrea
L-eżodu mill-Eritrea Estremisti Islamiċi fil-Libja kemmil darba jinterċettaw lir-refuġjati u joqtlu kull Kristjan li jsibu. Żewġ aħwa żgħażagħ, li ħarbu lejn l-Ewropa mill-Eritrea, jiddeskrivu l-esperjenza tagħhom. Haben, żagħżugħ ta’ 19-il sena, qalilna: “L-estremisti jiċċirkundannaw lir-refuġjati bl-armi tan-nar, fosthom il-Kalashnikov, u jsaqsuk x’twemmin tħaddan. Jekk tgħidilhom li inti Kristjan joħduk band’oħra u joqtluk. Jaqtgħulek rasek jew jisparawlek. Huma ħafna dawk il-Kristjani li għaddew minn dan il-martirju.” Skond in-Nazzjonijiet Uniti, kull xahar 5,000 persuna jaħarbu mill-Eritrea u jsibu kenn fil-pajjiżi ġirien, dak tasSudan t’Isfel u l-Etjopja. Fost dawk li qed jaħarbu, hemm patrijiet u saċerdoti tal-Knisja Ortodossa tal-Eritrea. L-Aid to the Church in Need qed tgħin filproġetti mmexxija mill-Knisja biex tgħin lil dawk li qed jaħarbu. Il-parti l-kbira tar-refuġjati jispiċċaw fil-kampijiet immexxijin mill-gvern, iżda ħafna ma
jibqgħux hemm, għax jilmentaw dwar is-sħana kbira u l-kwantità fqira t’ikel li jirċievu, għalhekk jerħulha lejn pajjiżi oħrajn, minkejja l-perikli tat-traffikar tan-nies u l-isfruttament sesswali li jafu jiltaqgħu magħhom matul il-vjaġġ.
Fl-ittra pastorali tal-Isqfijiet Fejn hu ħuk?, l-Isqfijiet tal-Eritrea saqsew: “Kemm se jdum għaddej dan l-eżodu?... Billi dawn il-ħafna stejjer jispiċċaw fi traġedji, possibli li m’hemm ebda soluzzjoni aħjar?”
Dawn ir-refuġjati ħarbu mill-oppressjoni tal-gvern tal-Eritrea.
Ifittxu kenn fl-Etjopja Dawn ħutna jgħaddu minn stress kbir minħabba li jkollhom iħallu kollox warajhom u jivvjaġġaw lejn l-Etjopja. Dan il-vjaġġ qed ikollu effetti negattivi kbar fuq ħafna mir-refuġjati Eritrej. Fr. Ghiday Alema qalilna: “Iddisperazzjoni, il-frustrazzjoni, u d-dipressjoni huma komuni ħafna filkomunità tal-imigranti, partikolarment fost il-Kattoliċi.” Għalhekk il-Knisja tindirizza l-ħtiġijiet spiritwali, pastorali u dawk psikoloġiċi talKristjani fil-kamp tar-refuġjati ta’ Hitsatse, Tigray, fejn il-popolazzjoni fil-kamp laħqet aktar minn 950 persuna fi tmien xhur. Fr. Ghiday Alema qal li r-refuġjati jaslu b’xejn ħlief il-ħwejjeġ li jkunu lebsin: “Ġeneralment iħallu kollox warajhom jew ibiegħu kollox biex iħallsu lil dawk li jgħinuhom jaqsmu l-fruntieri. Meta jaslu fit-territorju Etjopjan, dawn ma jkollhom kważi xejn biex jixtru xi ħaġa x’jieklu u lanqas ikollhom moħħ biex
jidraw is-sitwazzjoni ġdida li sabu ruħhom fiha, għalhekk ikollhom bżonn b’urġenza t’appoġġ psiko-soċjali.” Filwaqt li l-NGOs kienu qed jipprovdu l-ilma nadif għax-xorb, l-edukazzjoni flimkien ma’ għajnuna bżonnjuża oħra, il-bżonnijiet spiritwali u psikoloġiċi tarrefuġjati ma kenux qed jiġu indirizzati. Għalhekk, il-Knisja wieġbet billi qed tipprovdi pariri għat-trawma u sapport pastorali – fejn tenfasizza wkoll fuq il-bżonnijiet tan-nisa, tattfal u tal-emarġinati. Fr. Ghiday Alema qal li l-katekisti li jżuru l-kampijiet jorganizzaw ukoll attivitajiet sportivi u attivitajiet oħrajn għaż-żgħażagħ. Inbniet kappella ġdida sabiex ilkomunità jkollha fejn titlob u għax qabel is-saċerdoti kellhom jivvjaġġaw 45 mil biex jipprovdu l-ħidma pastorali u jamministraw is-sagramenti. Grazzi għall-għajnuna tiegħek għax b’hekk stajna nappoġġjaw lir-refuġjati tal-Eritrea.
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel Onlajn @acn_malta 21487818 www.acnmalta.org
Żewġ refuġjati mill-Eritrea fil-kamp tar-refuġjati
Aid to the Church in Need Malta