ACN (Malta) – IL- LEĦENIl-Ħadd 11 ta' Frar 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 11 ta’ Frar 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

IS-SIRJA

Kristjani jappellaw għall-għajnuna wara l-offensiva tat-Torok Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Jumejn wara li beda l-attakk fuq it-Tramuntana tas-Sirja mill-armata Torka, il-Kristjani f’Afrin ħarġu appell pubbliku b’urġenza għall-għajnuna. “Il-kongregazzjoni tal-Knisja Ragħaj it-Tajjeb f’Afrin qed titlob protezzjoni internazzjonali immedjata għall-fidili fil-belt. Nitolbu waqfien immedjat millbumbardament Tork”, jgħid l-appell li ntbagħat lill-Aid to the Church in Need (ACN). L-appell inkiteb minn membri tal-komunità evanġelika tal-post waqt il-kunflitt li beda. “Ninsabu fil-qalba ta’ attakk serju”, isemmi l-messaġġ preokkupanti ta’ Kristjani f’Afrin fejn fl-inħawi hemm 250 familja. Il-komunità tinsab assedjata minn żewġ naħat. Għal ġranet sħaħ kienu fil-mira tal-bombi Torok kif ukoll taħt attakki mit-truppi Iżlamiċi li qed jersqu viċin ilperiferija. Afrin, li tħaddan mat30,000 persuna Kristjana, tagħmel

parti mill-governanza ta’ Aleppo. L-imsieħba fil-proġetti tal-ACN fil-post irrappurtaw li f’Damasku, fin-Nofsinhar tas-Sirja, twettqu wkoll attakki fuq distretti fejn jgħixu l-Kristjani. L-Arċisqof Maronita fi stqarrija tkellem dwar 24 vittma, inklużi student u sebat itfal, li ntlaqtu waqt li kienu deħlin għall-iskola. Talinqas kien hemm mewta waħda. Ħafna mill-vittmi kienu żgħażagħ, inkluż student. Fil-ħarifa li għaddiet issitwazzjoni tas-sigurtà kienet tant marret għall-aħjar li l-iskejjel fisSirja kienu reġgħu nfetħu. Bid-donazzjonijiet talbenefatturi madwar id-dinja, inklużi dawk Maltin, l-ACN fl-2017 għenet lis-Sirja b’€4.6 miljun f’għajnuna ta’ emerġenza.

Akkwista l-kopja tiegħek!

L-Aid to the Church in Need (Malta) tistieden lil min hu interessat biex jakkwista kopja tar-Rapport Persecuted and Forgotten? 2015-17. Dawk interessati jistgħu jiġbru kopja minn Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038 (donazzjoni tkun apprezzata). 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard ATD9038 ( 21487818 * info@acnmalta.org

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

04 Religious Freedom Report (Lehen is-Sewwa).indd 1

15/01/2018 4:23 PM

Ortodossi Sirjani waqt servizz fil-knisja Mar Aphrem

IR-REPUBBLIKA ĊENTRALI TAL-AFRIKA

“Jekk ħadd mhu se jagħmel xejn, se jkun hawn massakru” Ir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika ilha għaddejja minn żmien instabbli sa mill-1960 mindu ħadet l-Indipendenza minn Franza. Gruppi ribelli ġġieldu għall-poter u għall-ksib tar-riżorsi naturali fosthom djamanti, deheb, żejt u uranju. Is-Séléka - grupp ribell kompost primarjament minn Musulmani waqqa’ l-Gvern korrott ta’ Francois Bozizé fl-2013 u ħa l-poter fil-pajjiż li jħaddan maġġoranza Kristjana. Bi tweġiba għall-vjolenza u l-qtil, Kristjani ffurmaw il-grupp “antiBalaka” li hu vjolenti wkoll. Fl-2014, taħt pressjoni internazzjonali, is-Séléka ta l-poter lil gvern ta’ transizzjoni iżda dan ta lok għal xhur sħaħ ta’ vjolenza. Aktar minn miljun persuna ċivili ħarbu lejn pajjiżi oħra jew fittxew kenn fil-knejjes u fil-moskej f’reġjuni oħra tal-pajjiż. Ir-Repubblika Ċentrali talAfrika bħalissa għaddejja minn transizzjoni sorveljata minn forza tan-Nazzjonijiet Uniti. Din tinvolvi referendum kostituzzjonali, elezzjonijiet presidenzjali kif ukoll dawk parlamentari. Fr Yovane Cox, missjunarju Ċilen fir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika, għamel kuntatt mal-Aid to the Church in Need (ACN) mill-post fejn kien mistoħbi flimkien ma’ saċerdoti oħra u appella b’urġenza għat-talb. Hu qal: “Il-katidral f’Bangassou qed jiġi attakkat u s-sitwazzjoni hi pjuttost kritika. Minkejja li n-Nazzjonijiet Uniti ġew avżati dwar dan, il-forzi ta’ din l-organizzazzjoni responsabbli mis-sigurtà hawnhekk ma tawx kas. Bħallikieku jridu jaraw massakru

fil-katidral u fiż-żona fejn hemm Musulmani jistkennu”. F’Mejju tal-2017, 2,000 persuna Musulmana sabu kenn fis-seminarju minuri Djoċesan li jinsab 200 metru ’l bogħod mill-Katidral. 1,000 minnhom għadhom hemm. Ilpost jinsab iċċirkondat minn irġiel armati li qed jistennew li joqtlu lillMusulmani hekk kif dawn joħorġu biex isibu injam biex jaħarquh jew biex ifittxu x’jieklu. Saċerdoti jaraw dan kollu mingħajr ma jistgħu jagħmlu xejn, jistennew lill-anti-Balakas jinvadu l-inħawi u joqtlu lill-Musulmani li sabu kenn hemmhekk, mingħajr ma ħadd jipprova jintervjeni biex dan jiġi evitat. Fr Cox irid li l-awtoritajiet u l-forzi tan-Nazzjonijiet Uniti jaġixxu u jirrilokaw lill-bqija talMusulmani li fadal, l-aktar lin-nisa u lit-tfal, biex ma jkunx hemm konfrontazzjoni bejn iż-żewġ gruppi li ċertament jirriżulta f’ħafna tixrid ta’ demm. Kristjani qed jistaħbew flirħula tagħhom u fis-subborgi. Ftit minnhom biss imorru għaċċelebrazzjoni tal-Quddies, anki filĦdud. Is-saċerdoti ma tantx jistgħu jgħinu u għalhekk il-ħidma pastorali waqfet. Tnejn biss mit-tmien parroċċi fid-Djoċesi għadhom miftuħa. Ħafna mis-saċerdoti sabu kenn fil-katidral, f’Bangassou.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.