Nru 8,047 | Il-Ħadd 14 ta’ Jananr 2018 | €1.00
Gazzetta ta’ ispirazzjoni Kattolika maħruġa nhar ta’ Ħadd mill-Azzjoni Kattolika Maltija
Il-Leħen Nazzjonali
2
Il-Laboratorju tal-Paċi
Internazzjonali
7
Skola ta’ Talb
Opinjoni
17
Jum il-Migranti u r-Refuġjati
Il-Kelma
25
Talb personali
Il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara
L-Insara tal-Karibew iħejju l-materjal ta’ din is-sena Professur Dun Hector Scerri – hector.scerri@um.edu.mt Il-President tal-Kummissjoni Ekumenika
Bħal kull sena, il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara hi ċċelebrata bejn il-Ħamis 18 ta’ Jannar u l-Ħamis 25 ta’ Jannar. Dawn huma tmint ijiem speċjali ħafna għax l-Insara mxerrda maddinja kollha, ilkoll flimkien, jitolbu għall-għaqda li ried Ġesù lejlet ilpassjoni tiegħu. Insara minn Knejjes differenti – Kattoliċi, Ortodossi u Protestanti – jingħaqdu flimkien f’talba ħerqana lil Alla biex jikbru fl-impenn li jegħlbu firdiet antiki li ġejjin minn sekli mgħoddija. Din il-ġimgħa (magħrufa wkoll bħala l-Ottavarju) ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara ilha ssir għal dawn l-aħħar 110 snin. It-tema ta’ din is-sena hi silta mill-ktieb tal-Esodu (15, 6) “Lemintek, Mulej, issebbħet filqawwa”. Dan il-kliem hu meħud mill-Kantiku ta’ Mosè. Il-mexxej tal-poplu Lhudi għanna din l-għanja ta’ ferħ u ta’ radd il-ħajr wara li Alla ppermetta li l-Eġizzjani li kienu qed jiġru wara l-poplu Lhudi jegħrqu fil-baħar tal-Qasab. Wara li l-Lhud kienu ħielsa milljasar tal-Eġittu u kienu qed jitilqu din l-art, il-Fargħun bdielu u ħareġ bil-karrijiet tiegħu biex jerġa’ ijassar il-poplu ta’ Alla. Din is-silta mill-Esodu u l-materjal biex janima l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara
Rappreżentanti ta’ Knejjes Insara differenti waqt servizz ekumeniku riċenti fil-knisja tal-Patrijiet Kapuċċini l-Furjana
tħejjew mill-Knejjes fir-reġjun tal-Karibew. Il-Konferenza talKnejjes fil-Karibew tiġbor flimkien l-Insara li jgħixu f’artijiet fin-naħa tat-tramuntana tal-Amerika ta’ Isfel, fl-Amerika Ċentrali u f’għadd kbir ta’ gżejjer imxerrda fil-baħar Karibew. Fil-parti l-kbira, dawn huma pajjiżi fejn in-nies jużaw l-ilsien Ingliż. Fost dawn il-pajjiżi hemm il-Guyana, Surinam, Belize, Barbados, Ġamajka, Trinidad u Tobago, Puerto Rico, Antigwa u l-Bahamas. It-tema għal din is-sena hi msejsa fuq il-ħelsien li Alla jaf
jagħti lill-bnedmin. Din it-tema hi marbuta mal-istorja tal-abitanti tal-Karibew. Numru kbir minnhom huma dixxendenti ta’ lsiera li nġiebu mill-Afrika biex jaħdmu fl-għelieqi u l-pjantaġġuni talkannamieli, tal-kafè u tal-kakaw. Ħafna minnhom huma konvinti li kienet l-id ta’ Alla li ġabet il-jasar tagħhom fi tmiem. F’Awwissu 1981, il-membri ta’ workshop tal-Knejjes fil-Karibew kitbu innu, The Right Hand of God, li biż-żmien sar l-innu tal-Moviment Ekumeniku f’dak ir-reġjun. Dan l-innu nqaleb f’ilsna oħra. Nistgħu,
għalhekk, nifhmu l-ħsieb wara t-tema magħżula għal din is-sena “Lemintek, Mulej, issebbħet filqawwa”. Il-leminija ta’ Alla li ħelset il-popli tal-Karibew mill-jasar kompliet timlihom bit-tama u l-kuraġġ. L-istess fidi fil-qawwa ta’ Alla tkompli tmexxi l-Insara mxerrda mad-dinja kollha biex ma jaqtgħux qalbhom. Aħna wkoll, konvinti mill-qawwa ta’ Alla, se nkomplu nitolbu għall-għaqda fost l-Insara. Il-jasar u l-imrar ta’ firdiet antiki jistgħu jingħelbu permezz tat-talb tagħna.
Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara
SERVIZZ EKUMENIKU Bażilka Kolleġġjata Marija Bambina, l-Isla l-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar fis-6.30 p.m. Tema: Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa (Esodu 15, 6) Jippresiedi l-Arċisqof Charles J. Scicluna Kulħadd mistieden Is-servizz idum madwar siegħa
2
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen NAZZJONALI
Studenti ta’ migranti u refuġjati se jingħataw residenza fil-Laboratorju tal-Paċi
caption
Patri Dijonisju Mintoff rikonoxxut għal ħidmietu L-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati, il-UNHCR, irrikonoxxiet ħidmet Patri Dijonisju Mintoff, Franġiskan u l-Laboratorju tal-Paċi mal-immigranti u r-refuġjati. Il-Laboratorju tal-Paċi twaqqaf fl-1971 wara appell li għamel ilPapa Ġwanni XXIII biex id-dinja tirrifletti fuq il-paċi. Is-sit, li oriġinarjament kien parti mill-kamp tal-arju f’Ħal Far, illum hu dar għal ħafna immigranti u refuġjati. Mill-2002 beda joffri kenn għal dawn in-nies u jorganizza attivitajiet varji ta’ tagħlin u inklużjoni. Din il-gazzetta talbet ilkumment ta’ Patri Richard Stanley Grech, il-Ministru Provinċjal talFranġiskani Minuri dwar l-unur mogħti lil Patri Dionisju Mintoff,
membru tal-Komunità tiegħu. Il-Ministru Provinċjali qalilna li Patri Dionisju kien pijunier u profeta qabel żmienu f’din il-ħidma fil-kuntest tal-ġustizzja, il-paci u l-ħarsien tal-ambjent kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell internazzjonali. Fundatur ukoll tal-Franciscans International, NGO fin-Nazzjonijiet Uniti u kien dejjem strumentali biex igib ‘il quddiem ilkawza ta’ tant u tant persuni li qed isofru kull xorta ta’ persekuzzjoni u inġustizzja. Għalkemm mimli bil-għomor, l-ispirtu tiegħu baqa’ żgħażugħ, dejjem jara u jivvinta kif se jkompli jgħin lil min hu fil-bżonn.
Monsinjur Charles Attard, id-Direttur tal-Moviment ta’ Kana, jagħti tifkira lil koppja li żżewġet is-sena li għaddiet
Quddies għall-koppji miżżewġa u għarajjes Il-Moviment ta’ Kana stieden lillkoppji għarajjes li se jiżżewġu din is-sena u lil dawk li żżewġu s-sena l-oħra għaċ-ċelebrazzjoni talQuddiesa. Il-Quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu din is-sena saret filKonkatidral San Ġwann il-Belt Valletta lbieraħ is-Sibt filgħaxija u tmexxiet mill-Arċisqof Charles J.
Scicluna li wara ltaqa’ mal-koppji għarajjes. Il-Quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ fl-2017 saret ukoll fil-Konkatidral San Ġwann il-Belt Valletta isSibt li għadda, 6 ta’ Jannar. Iċċelebrazzjoni tal-Quddiesa tmexxiet mid-Direttur tal-Moviment ta’ Kana, Monsinjur Charles Attard.
fil-Laboratorju tal-Paċi Il-Laboratorju tal-Paċi din issena se jkun qed jagħti residenza temporanja f’Ħal Far lil ħames studenti żgħażagħ ta’ migranti jew refuġjati li qed jagħmlu kors fl-Università ta’ Malta u li m’għandhomx biżżejjed dħul biex ikopru l-kera tal-post fejn jgħixu. Patri Dijonisju Mintoff, idDirettur tal-Laboratorju tal-Paċi, qal lil din il-gazzetta li din irresidenza se jkunu qed joffruha lillewwel ħames studenti li japplikaw. Hu qal li diġà ltaqa’ ma’ żgħażagħ ta’ migranti jew refuġjati li għandhom diffikultà fejn jgħixu matul il-kors li qed jagħmlu
l-Unioversità. Dan hu dovut għax id-dħul żgħir li għandhom mhux biżżejjed biex iħallsu bih il-kera, l-ikel u x-xorb ta’ kuljum, ittrasport u spejjeż oħra li għandhom partikolarment dawk konnessi malistudji tagħhom. B’din l-inizjattiva l-Laboratorju tal-Paċi se jkun qed jassorbi l-parti l-kbira tal-ispejjeż ta’ dawn l-istudenti. Bħalissa beda xogħol fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far biex ikunu jistgħu jilqgħu l-ewwel studenti. Għalissa, qal Patri Dijonisju Mintoff, se jilqgħu ħames studenti. Mhux jeskludi l-possibbiltà li ‘l quddiem jilqgħu oħrajn.
Illum Jum il-Migranti u r-Refuġjati Ara l-messaġġ tal-Kummissjoni Emigranti f’paġna 17
Miet l-Isqof Emanuel Barbara OFMCap L-Isqof ta’ Malindi, il-Kenja, Patri Emanuel Barbara OFMCap miet fir-residenza tiegħu l-Ġimgħa 5 ta’ Jannar, fl-età ta’ 68 sena. Hu twieled fil-Gżira fis-27 t’Ottubru 1949. Hu ġie aċċettat bħala novizz mal-Aħwa Minuri Kapuċċini fl-1965. Sena wara għamel l-ewwel wegħdiet reliġjużi tiegħu u immedjatament beda l-iѕtudji tiegħu għas-saċerdożju. Ġie ordnat saċerdot fil-konkatidral San Ġwann il-Belt Valletta fl-1974. Wara l-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu, Fr Emanuel kellu diversi miniѕteri fi ħdan l-Ordni Kapuċċin. Wara li raw l-intelligenza tiegħu, is-Superjuri bagħtuh jistudja l-liċenzjat fit-Teoloġija Morali flAccademia Alfonsiana, Ruma u marrittorn tiegħu Malta beda jgħallem it-teoloġija morali fin-National Institutum Studiorum Ecclesiasticorum Religiosorum Melitensium għal 13-il sena. Hu kien Rettur tal-istess Istitut. Fl-1983 ġie magħżul Ministru Provinċjali tal-Aħwa Kapuċċini Maltin, bejn l-1984 u l-1989 serva bħala l-ewwel Kappillan Kapuċċin tal-Korp tal-Puluzija. Hu mar fil-missjoni tal-Kenja fejn diġà kienu preżenti l-Aħwa Kapuċċini Maltin. Wara li għamel tliet snin jgħallem it-teoloġija lill-istudenti, intbagħat mill-ġdid Ruma jagħmel id-Dottorat fitTeoloġija Morali u wara li lesta b’suċċess dan l-istudju rritorna l-Kenja fejn kompla jgħallem fil-
Kulleġġ tat-Tanzanija f’Nairobi għal ħames snin. L-Aħwa Kapuċċini Maltin għal darb’oħra raw fih is-sens ta’ tmexxija u għalhekk reġa’ intgħażel għat-tielet darba Ministru Provinċjali. Fl-2011 ġie magħzul President tal-Kapuċċini tal-Ewropa. Fid-9 ta’ Lulju 2011 ġie nominat Isqof tad-Djoċesi ta’ Malindi, ilKenja, mill-Papa Benedittu XVI. Bejn l-1 ta’ Novembru 2013 u d-9 ta’ Diċembru 2014 l-Isqof Barbara serva bħala l-Amminiѕtratur tal-Arċidjoċesi ta’ Mombosa fil-Kenja. L-Isqof Emanuel Barbara OFMCap baqà jservi lealment bħala Isqof tad-Djoċesi ta’ Malindi sakemm il-Mulej sejjaħlu għal għandu l-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2018.
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
NAZZJONALI Il-Leħen
3
Nitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali u għall-familji Nsara biex jilqgħu l-ulied bħala l-ikbar don Monsinjur Charles J. Scicluna L-Arċisqof ta’ Malta
L-ewwel, il-maġi raw il-kewkba għax taw ċans lilhom infushom iħarsu ’l fuq. Il-Papa jgħid li ħafna drabi ngħixu ħajjitna mehdijin inħarsu ’l isfel, lejn l-art, lejn il-flus, lejn il-ġid tad-dinja, lejn dak kollu li mingħalina jagħmilna ferħana imma mbagħad niskopru li hu bir imtaqqab. Ma jżomm l-ebda ilma. Il-Papa jgħid: ‘kemm hemm bżonn nerġgħu niskopru din iddimensjoni li nħarsu ’l fuq. Dan l-għatx li niltaqgħu ma’ Alla’. Hu wkoll rifless ta’ dak li għedt filmessaġġ lill-poplu Malti fil-Milied meta ħadt l-ispunt minn ħafna persunaġġi fil-presepju Naplitan li mhumiex iħarsu lejn Ġesù imma baqgħu mehdija bix-xalar taddinja. Il-parroċċa San Gejtanu, ilĦamrun, għamlet presepju fuq stil Naplitan. Fih hemm dan ilpersonaġġ li huwa x-xalatur, imma b’dahru lejn Ġesù, mhux qed iħares lejn it-twelid tal-Mulej. L-ewwel stedina li nagħmel lilkom, il-kandidati għassaċerdozju – imma nagħmilha lilna lkoll – hi li rridu nħarsu ’l fuq. Hi l-istedina tal-innu sabiħ li hemm fil-liturġija ta’ din is-solennità: ilkoll kemm intom li qegħdin tfittxu lil Kristu, erfgħu ħarsitkom ’l fuq. Erfgħu ħarsitkom ’l fuq! Mixja It-tieni ħsieb li l-Papa silet minn dan il-Vanġelu ta’ San Mattew hu li l-maġi kienu f’mixja. Ma kienux nies li kkuntentaw ruħhom bil-kewkba li raw imma bdew mixja. It-tfittxija tagħhom ma kenitx it-tfittxija tal-kumdità imma riedu jirriskjaw biex jiltaqgħu mal-Mulej. It-tielet ħsieb hu li l-maġi ma marrux għand Ġesù b’idejhom vojta. Ħadu magħhom rigali prezzjużi ħafna. Huma u jiltaqgħu ma’ dak li hu l-ikbar rigal talMulej, il-maġi jagħtu mill-ħin tagħhom, mill-enerġija tagħhom, jirriskjaw vjaġġ iebes, ifittxuh b’determinazzjoni u jippreżentawlu dak li hu l-iżjed għażiż għalihom. Jien u nsellem il-familji ta’
Osmar, David, Christopher u Jonathan (nimmaġinahom illum jippreżentaw lill-Mulej l-għeżeż rigal li għandhom u l-Mulej jilqa’ dan ir-rigal), il-Knisja tilqa’ l-offerta tal-familji tagħkom, tal-parroċċi tagħkom, tagħkom infuskom. Illum, fl-Epifanija, lill-Mulej m’intomx se tagħtuh la deheb, la inċens u lanqas mirra imma qed tippreżentaw lilkom infuskom, l-istorja tagħkom, bid-DNA tagħkom, bil-ħolm, bil-potenzjal, bit-talenti u bl-ubbidjenza tagħkom. Ħallu l-kewkba talubbidjenza tmexxikom. Ħa navżakom minn issa: fis-saċerdozju l-kewkba li twasslek għand Ġesù hi l-kewkba tal-ubbidjenza u, nassigurakom, li l-ubbidjenza ġġiegħlek tmur f’tant postijiet differenti. Maħbub L-ewwel nett, aħna u nħarsu lejn Ġesù fl-Epifanija, nfakkru lilna nfusna li aħna verament, ilkoll kemm aħna David. Il-maħbubin tal-Mulej. Il-kelma David tfisser il-maħbub u aħna kollha maħbubin mill-Mulej b’imħabba speċjali. Il-vokazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna hi sinjal ta’ din l-imħabba. Jien għamilt riflessjoni qasira fuq is-sinifikat tal-isem li tawkom l-għeżież tagħkom filmagħmudija u li jekk tgħaqqadhom ilkoll jinġabar il-messaġġ talfesta tal-lum. Din hi l-esperjenza ta’ kull saċerdot li ħin minnhom iċempillu xi ħadd u jgħidlu: ‘l-Isqof irid ikellmek’. Is-saċerdoti drajna nieħdu qata’ meta jċempel xi ħadd jgħidilna ‘l-Isqof irid ikellmek’ għax jew ikun daħal rapport jew jgħidulek ‘se tiċċaqlaq’! Imma kemm hi ta’ konsolazzjoni kbira għall-Isqof u għall-Knisja meta min ikun ta ħajtu lil Ġesù jagħtiha f’kull mument. L-entużjażmu li ġabkom hawn, illum, b’libertà ħielsa, itolbu li jibqa’ magħkom dejjem. Aħna wkoll Jonathan, rigal ta’ Alla. Ilkoll kemm aħna Jonathan għax ilkoll kemm aħna rigal talMulej. U aħna u noffru lilna nfusna
Ritratti: Il-Kurja – knisja.org/ritratti
Il-Papa Franġisku offra meditazzjoni sabiħa fuq il-Vanġelu ta’ San Mattew (2, 1-12). Nissuġġerixxi li naqraw ftit x’qal il-Papa. Hemm ħsibijiet li verament laqtuni u li nixtieq naqsamhom magħkom fil-festa solenni tal-Epifanija. Il-Papa jagħmel meditazzjoni fuq l-esperjenza tal-maġi u jagħmel tliet ħsibijiet profondi.
L-Arċisqof Charles J. Scicluna fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jieħu b’idejn tifla li kienet preżenti mal-ġenituri tagħha
lill-Mulej qed nirrikonoxxu li aħna stess ilqajna kollox bħala rigal. Kemm ninsistu li aħna l-Insara l-ħajja nqimuha bħala rigal ta’ Alla - mhix frott it-tekonoloġija talbniedem imma rigal ta’ Alla - frott l-imħabba u rigal tal-Mulej millbidu sat-tmiem tagħha. Aħna lkoll imsejħa bilMagħmudija biex inkunu Christopher. Biex inwasslu lil Kristu. Biex inġorru lil Kristu fil-qalb tagħna. Fil-ħajja tagħna. Nimmaġina li l-maġi ħallew id-deheb, l-inċens u l-mirra f’riġlejn il-Familja Mqaddsa imma magħhom lura d-dar, minn triq oħra, ħadu ferħ kbir. Il-ferħ tallaqgħa ma’ Kristu. Ma’ Ġesù. Magħhom ġabu r-rigali u lura magħhom ħadu rigal straordinarju: il-paċi u l-ferħ kbir tassew li jagħti l-Mulej. Glorja U l-aħħar isem hu Osmar. Kelli nfittex biex inkun naf xi jfisser Osmar u skoprejt li jfisser ‘il-glorja tal-Mulej’. Il-glorja divina. U aħna, bl-għotja tagħna nfusna, irridu nsiru raġġ minn Osmar, raġġ minn Alla li hu glorja, mill-glorja talMulej. Niftakru l-bidu tal-profezija sabiħa li l-Knisja taqralna fl-Ewwel Qari llum: Qum! Ħa jiddi wiċċek! Is-sebħ, il-glorja tiegħek, id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek Osmar. Jiddi fuqek sebħ il-Mulej (Is. 60, 1). Aħna u nilqgħu lil Osmar, David, Christopher u Jonathan ma nilqgħux biss it-tifsira tal-ismijiet sbieħ li bihom żejnukom il-ġenituri
tagħkom imma nilqgħu lilkom. Il-Mulej, li beda din l-opra tajba fikom, iwassalha għat-tmiem u fl-istess ħin, jien u nħares lejkom, nitlob ħafna għall-vokazzjonijiet. Jgħiduli ‘toqgħodx tgerger wisq għax is-Seminarju għandna 20 seminarista’. Għax jien ngħidilhom: meta dħalna aħna s-Seminarju fl-1978 konna 60 seminarista u saċerdoti iżjed anzjani minni jiftakru gruppi kbar’. Seminarju ta’ 120 seminarista! Anki t-twelid tat-tfal naqas u, l-Mulej, minn fejn irid isejjaħ? Jgħiduli l-proporzjon l-istess baqa’ imma fiż-żmien meta kellna s-Seminarju b’60 seminarista kienu jitwieldu 10,000 tarbija. Illum jitwieldu 3,000. Ejjew nilqgħu dan id-don imma fl-istess ħin nitolbu mhux biss għall-vokazzjonijiet saċerdotali iżda wkoll għall-familji Nsara li jilqgħu l-ulied bħala l-ikbar don. U għalhekk, għeżież seminaristi, nixtieq nerġa’ nirringrazzja lillfamilji tagħkom għax illum lillMulej qed joffrulu l-ikbar rigal. ______ Din l-Omelija l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamilha fil-Konkatidral San Ġwann ilBelt Valletta fis-7 ta’ Jannar 2018 meta laqa’ lis-seminaristi Osmar Baldacchino mis-Siġġiewi, David Borg minn Ħaż-Żabbar, Christopher Bugeja mir-Rabat u Jonathan Debattista minn Ħal Tarxien bħala kandidati għas-saċerdozju.
4
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen GĦAWDEX
Imxennqa għal Alla Monsinjur Mario Grech - bishopmgrech@gmail.com L-Isqof t’Għawdex
Hu fatt li fis-soċjetà tagħna ħafna għandhom ħalqhom fix-xgħir. Dan hu riżultat tal-fatt li l-ekonomija tal-pajjiż sejra tajjeb. Jien nawgura li dan ilġid ikompli joktor u jinfirex, għax nixtieq nara lil kulħadd kuntent. Imma biżżejjed il-ġid materjali biex jiżguralna l-kuntentizza? Ma nkun nagħmel ebda skoperta jekk ngħid li hawn min, għalkemm ħobżu maħbuż u żejtu fil-kus, għandu dejjem subgħajh f’rasu għax ma jafx x’għandu jagħmel biex ikollu l-paċi f’qalbu! Għax kif jgħid Santu Wistin, il-qalb tal-bniedem ma ssibx mistrieħ jekk mhux f’Alla. Jien konvint li daqskemm f’moħħna jitqanqlu mistoqsijiet dwar x’se nagħmlu biex fl-aħħar tal-ġurnata jkollna l-kartieri mimlija, daqstant ieħor ikun itektek b’mistoqsijiet dwar Alla. Niżgurakom li dan jgħodd anki għal min jiddikjara li hu ateu. Fil-fatt, mhux bilfors wieħed ikun jaħseb b’mod espliċitu dwar Alla! Kif jikteb filosfu modern, André Comte-Sponville, “il-bniedem jista’ jgħaddi mingħajr reliġjon imma mhux mingħajr il-komunjoni maloħrajn, il-fedeltà u l-imħabba”. Għax il-bniedem li jixxennaq biex jgħix ħajja bis-sens, indirettament qed jixxennaq għal Alla; min joħlom li madwarna jkun hawn dinja aħjar, dan qed joħlom dwar Alla! Il-kittieb famuż Russu Fyodor Dostoevskij jistqarr li l-bniedem ma jistax jgħaddi mingħajr Alla, għax jekk il-bniedem iwarrab lil Alla, hu jeħodlu postu u jsir alla. Konsegwenza ta’ dan, meta l-bniedem jiġi biex jiddeċiedi jew jagħżel, ma jkollux kejl ieħor għajr lilu nnifsu, l-ideat tiegħu, l-egoiżmu tiegħu. Min ma jammettix li għandu l-bidu tiegħu f’Alla, filwaqt li bil-fomm jgħid li ma jemminx, jagħmel lilu nnifsu alla. Fir-rumanz tiegħu IdDemonji, Kirillov jgħid hekk: “Jekk ma hemmx Alla, jien alla. Kif jista’ jkun li ma hemm ħadd fid-dinja li wara li jkun ħeles minn Alla u beda jemmen fih innifsu, ma jasalx biex jafferma li dak li hu jaħseb hu assolut? Li wieħed jasal biex jgħid li ma hemmx Alla u fl-istess waqt ma jammettix li meta qed jgħid hekk hu jkun qed jagħmel lilu nnifsu alla, hi assurdità”. Dan ir-raġunament hu perikoluż ħafna, għax allura tassew, kif jgħid l-istess awtur fir-rumanz L-aħwa Karamazov, “jekk Alla ma jeżistix, kollox hu permess”. Biex nagħti eżempju wieħed: jekk m’hemmx Alla, x’ser iżomm lill-bniedem milli jelimina l-ħajja ta’ tarbija fil-ġuf? Alla hu l-arkitrav li fuqu sserraħ il-binja kollha personali, familjari, soċjali, ekonomika, legali… Jien nifhem li d-diskors dwar Alla mhux daqshekk faċli u għalhekk nifhem ukoll lil dawk li jridu jitħabtu mhux ħażin biex isibu
t-triq f’dan il-labirint tal-ħajja. Għalhekk l-awgurju tiegħi għal din is-sena l-ġdida huwa li titkebbes fina lkoll xrara, anki ċkejkna, li tibda titfa’ dawl fuq il-misteru ta’ Alla. F’kull bniedem hemm “il-ġamar” min-nar ta’ Alla – biżżejjed żiffa ħelwa fuqu biex dan jerġa’ jaqbad!
li mhumiex “reliġjużi”, imma wkoll lil dawk li huma “reliġjużi” imma mhux bilfors jemmnu! Nagħmel din l-istedina kemm lil dawk li huma ’l bogħod mill-Knisja u kemm lil dawk li jkunu fil-Knisja imma ma jemmnux. Irrodd ħajr lil dawk l-Insara fil-Knisja li jikkollaboraw magħna biex inżommu l-fjamma tal-fidi Nisranija tixgħel fil-qlub ta’ ħutna (saċerdoti, persuni kkonsagrati, ġenituri, katekisti). Il-missjoni tagħna toffrilna ċerti sfidi inediti għal żminijietna. Infakkar dak li jgħid il-Papa San Ġwanni Pawlu II dwar il-fidi fl-Ewropa: is-simboli prestiġjużi tal-preżenza Kristjana f’dan il-kontinent maż-żmien qed isiru relikwi tal-imgħoddi (ara Ecclesia in Europa)!
Nisrani adult għandu jħoss irresponsabbiltà li hu missjunarju u jfittex li jagħti xhieda tal-Vanġelu. Din ix-xhieda ma tingħatax billi noqogħdu nikkundannaw issoċjetà, nikkritikaw l-operat tagħha u nippretendu li niddettawlha x’liġijiet jew riformi għandha tagħmel jew ma tagħmilx. Ixxhieda tingħata billi ngħinu lissoċjetà tintebaħ bil-preżenza moħbija ta’ Alla. Is-soċjetà li qed temarġina lil Alla ma tridx lil min joqgħod jagħtiha lezzjonijiet f’isem Alla; imma aħna li nemmnu, inkunu nagħtu servizz lis-soċjetà lajka jekk ngħinuha tintebaħ li Alla qiegħed proprju fejn mhux magħruf jew mhux meħtieġ – jeħtieġ ngħinu lill-bniedem ikun attent għassorpriżi ta’ Alla. Fi kliem it-teologu
Il-qawmien mill-mewt hu t-tweġiba kollha mħabba tal-Missier lejn Ibnu u lejna
Ġesù hu t-triq Għalija Ġesù Kristu hu t-triq li twassalna għal din il-verità. Fil-ġrajja ta’ Ġesù, partikularment meta jġarrab il-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu, aħna nistgħu napprezzaw id-dgħufija u l-qawwa ta’ Alla. Fuq is-salib il-vjolenza umana ma titfix l-imħabba ta’ Kristu lejn il-Missier u lejn ilbniedem. Il-qawmien mill-mewt hu t-tweġiba kollha mħabba tal-Missier lejn Ibnu u lejna. L-awgurju tiegħi għalhekk hu li nitqanqlu biex insiru nafu lil Ġesù Kristu. Dan l-awgurju sinċier ma nagħmlux biss għal dawk li jħossu
Għalhekk noqogħdu attenti fejn qed napplikaw l-enerġija tagħna, għax biex inħarsu “s-simboli prestiġjużi”, nittraskuraw ittrasmissjoni tal-fidi. Sa ftit snin ilu f’pajjiżna wieħed ma setax ma jkunx Nisrani, għax konna ngħaddsu ras kulħadd fil-Fonti talMagħmudija, imma mbagħad seta’ jkun Nisrani superfiċjali. Illum anki dan qed jinbidel. Il-preżenza moħbija ta’ Alla Qed nagħmel din in-nota flewwel tas-sena biex intenni dak li għidt fil-Festa ta Kristu Re ta’ din is-sena: li fil-Knisja tagħna kull
André Fossion, il-Knisja trid taċċetta u tirrikonċilja ruħha ma’ soċjetà anjostika u kważi ateista. Dan jgħodd għall-Knisja f’pajjiżna wkoll. Qed nikteb dan il-ħsieb mhux tant bħala Isqof, imma bħala wieħed minnkom li bħalkom jien ukoll nixtieq li nkun naf aħjar lil Alla. Din l-Omelija b’messaġġ lill-Knisja l-Isqof Mario Grech, għamilha fil-bidu tas-Sena l-ġdida fil-Bażilka San Ġorġ, ilBelt Victoria, it-Tnejn, 1 ta’ Jannar 2018, Solennità ta’ Marija Omm Alla
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
GĦAWDEX Il-Leħen
5
‘Ludwig Live: jubilee concert’ suċċess f’Għajnsielem Il-knisja Frangiskana Sant’Antnin fl-Imġarr il-Ħamis 4 ta’ Jannar kienet mimlija nies biex jassistu u jgawdu l-kunċert tal-Milied li ta l-kantant popolari Ludwig Galea. Kellha tieħu sehem ukoll kantanta popolari oħra Maltija, Chiara, imma billi ma kenitx tiflaħ kellha kontra qalbha tirrinunzja għal din l-attività li kienet milqugħa tajjeb minn dawk kollha li attendew inklużi residenti barranin li jgħixu fostna. F’kelmtejn tal-okkażjoni Patri Joe Caruana OFM, il-Gwardjan, radd ħajr lil dawk kollha li taw sehemhom għal dan il-kunċert b’mod partikulari lill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem kif ukoll lillFondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II u mqanqal mis-suċċess tal-kunċert stqarr li se jagħmel
Joe M. Attard – emarjos@hotmail.com
ħiltu biex okkażjoni bħal din tibda ssir kull sena f’din il-knisja tal-Patrijiet li tant hi mfittxa u ffrekwentata mill-kommunità tal-madwar. Il-kantant Ludwig Galea jidher li kien f’vena mill-aqwa u bil-vuċi tiegħu ferraħ lil dawk kollha preżenti meta nterpreta għanjiet popolari talMilied. L-udjenza li attendiet f’ħin minnhon ingħaqdet mal-kantant biex tkanta miegħu Ninu Ninu tal-Milied kif ukoll Ninni La Tibkix Iżjed li l-Giżwita Malti Indri Schembri kiteb għallemigranti Maltin li żmien twil ilu kienu jmorru jfittxu xortihom l-Algiers u Bona fi Franza. Din l-għanja tant popolari li fil-fatt jisimha Il-
Benniena ta’ Ġesù Bambin illum tismagħha titkanta mal-gżejjer Maltin kollha fi żmien tal-Milied. Lejn tmiem il-programm jien, li kont ilcompere tal-kunċert, qrajt il-poeżija tiegħi Tweldilna Salvatur u l-programm kollu għalaq billi żewġt aħwa li regolarment jagħtu sehemhom f’din il-knisja, Albert-Lawren u Loredana Agius kantaw flimkien mal-kantant mistieden Ħelu Bambin. Il-kanzunetta magħrufa Feliz Navidad ġabet fi tmiem dan il-kunċert talMilied li ħalla togħma ferm tajba f’dawk kollha, kbar u żgħar, li attendew. Kienu preżenti fost l-oħrajn il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-kelliem talOppożizzjoni għal Għawdex Chris Said.
“Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa” (Eż. 15, 6) Ottava ta’ talb għall-għaqda tal-Insara 18 – 25 ta’ Jannar
Servizz Ekumeniku Knisja Immakulata Kunċizzjoni, Il-Qala L-Erbgħa 24 ta’ Jannar fl-4 p.m. Animazzjoni u Akkoljenza mil-Leġjunarji tal-Qala
Id-Dipartiment tal-Psikoloġija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex se jorganizza kors ta’ seba’ laqgħat dwar is-saħħa mentali bl-isem Ilpsikoloġija u l-isfidi f’ħajjitna. Dan il-kors se jsir fil-lecture room tal-isptar mit-Tnejn, 5 ta’ Frar. Kull min hu interessat jista’ jibbukkja post billi jċempel 2210 6322 bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sat-22 ta’ Jannar.
It-tberik tat-tarbija fil-ġuf tal-omm Santwarju Madonna ta’ Pinu Il-Ħadd 4 ta’ Frar, wara l-Quddiesa tal-11.15 a.m.
L-Ittri Pastorali tal-Isqof
Kors dwar is-saħħa mentali
Dalwaqt il-ktieb...
Fil-21 ta’ Diċembru, l-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof f’Għawdex tellgħet id-dramm mużikali Milqugħ u Mogħti fit-Teatru Aurora, il-Belt Victoria. Bl-iskript ta’ Francesco Pio Attard u b’għażliet ta’ mużika u koreografija twassal ilmessaġġ li kulma għandna hu don ta’ Alla. Don li rċivejna b’xejn u hekk mistennija nagħtuh. L-akbar fost dawn id-doni hu Ġesù nniffsu.
miġbura kollha fi ktieb wieħed
Il-membri tal-għaqdiet kollha Għawdxin huma mħeġġa jipparteċipaw
6
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen IL-VATIKAN
Madre Tereża: tieqa miftuħa fuq ħajjitha Dun Geoffrey George Attard – geoffreygattard@gmail.com Saċerdot Djoċesan
Hemm ħafna affarijiet jew aspetti dwar Santa Tereża ta’ Kalkutta li jistgħu jissejħu erojċi – is-servizz tagħha bla waqfien lejn dawk li huma l-aktar imċaħħda mill-meħtieġ tal-ħajja u x-xhieda kuraġġuża tagħha quddiem miljuni ta’ nies għall-mod kif għexet il-Vanġelu. Dawn huma biss tnejn mill-bosta aspetti importanti f’ħajjitha. Imma s-saċerdot li segwa l-mixja tagħha lejn il-qdusija u l-kanonizzazzjoni stqarr li għalih ħaġa waħda tispikka fuq kollox: l-esperjenza ta’ dlam spiritwali u dak li hi ddeskriviet bħala abbandun totali minn Alla fil-parti l-kbira ta’ ħajjitha. “L-aspett singolu l-aktar erojku ta’ ħajjitha kien id-dlam tagħha. Li tgħix il-fidi mneżżgħa minn kollox’ stqarr Fr Brian Kolodiejchuk, il-postulatur tal-kawża tagħha u saċerdot talMissjunarji tal-Karità mwaqqfin minn Madre Tereża fis-sena 1989. Hi u tmiss id-deżolazzjoni spiritwali fil-għera tal-profondità kollha tagħha u xorta waħda tibqa’ taħdem għall-oħrajn – dan hu l-kobor talerojiżmu tagħha, stqarr is-saċerdot. Imwielda Agnes Gonxha Bojaxhiu nhar is-26 ta’ Awwissu 1910 fi Skopje f’dik li llum hi l-Maċedonja, Madre Tereża ngħaqdet mas-Sorijiet ta’ Loreto fl-età ta’ 17-il sena imma mbagħad aktar tard ħalliet l-Ordni wara li ħassitha msejħa biex tidħol f’Ordni ieħor’ minn Alla. Is-sejħa li ħasset din id-darba kienet biex tgħin lill-foqra. Hi waslet sabiex twaqqaf diversi komunitajiet ta’ Missjunarji tal-Karità kemm attivi kif ukoll kontemplattivi li jinkludu diversi sorijiet u patrijiet, reliġjużi u saċerdoti. L-ewwel komunità ta’ sorijiet attivi waqqfithom fis-sena 1950. Madwar għoxrin sena wara, jiġifieri fl-1968, hi waqqfet Ordni ta’ aħwa attivi. Iż-żewġ Ordnijiet
kontemplattivi waslu wara u dawn kienu, Ordni għan-nisa fl-1976 u waħda għall-irġiel fl-1979. Fl1989, stabbiliet il-Missjunarji tal-Karità u din hi istituzzjoni klerikali reliġjuża ta’ dritt djoċesan li l-membri tagħha jagħmlu wegħdiet ta’ faqar, kastità u ubbidjenza u jagħtu servizz liberu lill-ifqar fost il-fqar. Fl-1984 hi waqqfet Ordni ta’ missjunarji lajċi u diversi movimenti li jorganizzaw ħidma ta’ karità li twieldet fi ħdan il-Missjunarji talKarità. Wieħed mill-ewwel passi biex wieħed ikun dikjarat qaddis jew qaddisa hu l-virtù erojku. Fr Kolodiejchuk qal li l-ħajja ta’ Madre Tereża kienet mgħixa kollha kemm hi b’mod erojku u dan deher ċar minn dak li ra u sema’ mill-ewwel xhieda minkejja li hu ilu biss membru tal-Missjunarji tal-Karità għal għoxrin sena. Hu qal li l-aspett l-aktar erojku f’Madre Tereża u fil-vokazzjoni tagħha huma l-ħamsin sena ta’ dlam u abbandun li ħasset wara li kienet esperjenzat ‘is-sejħa fi ħdan sejħa’ sabiex tħalli s-Sorijiet Lawretani u twaqqaf il-Missjunarji talKarità. Għalkemm is-soru Albanija dejjem kienet tidher ferriħija u bi tbissima fir-ritratti, hi għaddiet minn deżolazzjoni interjuri tassew profonda meta esperjenzat silenzju u ċaħda min-naħa ta’ Alla li kien jinħass kontinwament distanti. F’ittra lid-direttur spiritwali tagħha fl-1957, Madre Tereża kitbet
L-aspett l-aktar erojku f’Madre Tereża u fil-vokazzjoni tagħha huma l-ħamsin sena ta’ dlam u abbandun li ħasset
‘Jien insejjaħ, jien naqbad, jien irrid u ma nirċievi ebda tweġiba. Fejn nipprova ngħolli ħsibijieti lejn is-sema, jinħass vojt kbir u dawk l-istess ħsibijiet jirritornaw bħal skieken jaqtgħu u jweġġgħuli lil qalbi’. ‘Ħobb – il-kelma waħidha – ma ġġib xejn. Jgħiduli li Alla jgħix fija – u fl-istess waqt ir-realtajiet tad-dlam u tal-kesħa u l-vojt huma realtajiet tant kbar li xejn ma jmiss lil ruħi’ stqarret. Madre Tereża talbet bil-qawwa li taqsam ma’ Ġesù fit-tbatija u ħafna, anke d-direttur spiritwali, kienu jemmnu li l-ħsus tagħna ta’ abbandun u ċaħda kienu mera tal-esperjenza ta’ Kristu nnifsu meta ħass abbandun u deżolazzjoni matul il-Passjoni u l-mewt tiegħu. Minħabba l-profondità taddeżert spiritwali ta’ Madre Tereża u minħabba t-tul u d-dewmien ta’ dan, ħafna jħarsu lejha bħala mistika. Il-qassis kien iltaqa’ ma’ Madre Tereża meta kien fl-għoxrinijiet ta’ ħajtu meta kien qed jattendi l-professjoni ta’ oħtu soru li ngħaqdet mas-sorijiet tagħha. Hu
daħal mal-Missjunarji fis-sena ta’ wara. Ħafna nies jaħsbu ‘li l-qaddisin jinsabu xi mkien fis-sħab tas-sema imma wissa li dan ma kienx il-każ f’Madre Tereża li kienet spiritwali, imma li kienet tosserva u tgħin il-ħajjiet tal-oħrajn. Sa millewwel mument li ltaqa’ magħha, l-aktar kwalità li spikkat fiha kienet is-sens li hi kienet tassew omm, stqarr is-saċerdot. Hu qal li għal Madre Tereża kien ferm importanti li turi li hi omm – il-maternità kien aspett importanti għaliha. Meta ġiet eletta Superjura Ġenerali tal-Missjunarji tal-Karità, it-tweġiba immedjata tagħha kienet ‘Dak ma jfisser xejn... jien irrid inkun biss omm’. Madre Tereża kienet tqiegħed enfasi qawwija fuq it-tjubija ta’ Alla u Father Kolodiejchuk stqarr li l-kelma ‘tjubija’ kienet waħda mill-favoriti tagħha, saħansitra aktar millkelma ‘ħniena’. Hi kienet titkellem dwar it-tjubija u l-ħniena ta’ Alla u l-preżenza u l-kompassjoni tiegħu l-ħin kollu. Il-postulatur kompla jgħid: ‘Imqar fid-dlam hi xorta kellha sens intimu tat-tjubija ta’ Alla lejna’. Hi kienet tħobb tgħid: ‘Ġesù fil-qalb tiegħi, jien nemmen fl-imħabba twajba tiegħek għalija. Inħobbok’. Il-postulatur qal li l-kanonizzazzjoni tagħna matul il-Ġublew tal-Ħniena kien providenzjali ladarba l-missjoni fil-qalba tal-komunità tagħha hi fi tweġiba għall-kapitlu 25 tal-Vanġelu ta’ San Mattew. Ilpostulatur qal ukoll li ‘waħda mirraġunijiet għalfejn Madre Tereża hi ta’ eżempju hekk qawwi għaddinja hu l-fatt li hi kienet tagħmel azzjonijiet viżibbli’. Hu qal: ‘Madre Tereża kienet waħda minn dawk ilpersuni li jemmnu li aħna nirċievu meta nagħtu.
Il-Papa Benedittu XVI jistqarr li l-missjoni tal-Kardinal Gerhard Müller tibqa’ għaddejja Il-Papa Emeritu Benedittu XVI stqarr li l-ħidma tal-Kardinal Müller għadha ma ntemmitx minkejja li m’għadux il-kap talKongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Hu u jimmarka għeluq is-sebgħin sena tal-Kardinal Gerhard Müller, il-Papa rtirat, Benedittu XVI, stqarr li għalkemm il-Kardinal temm l-uffiċċju tiegħu, hu xorta waħda se jkompli jkollu rwol pubbliku fil-qadi tal-Knisja. Il-Papa kiteb l-introduzzjoni għal ktieb ta’ essays li se jonoraw lill-Kardinal Müller fl-okkażjoni tas-sebgħin sena tiegħu li għalaqhom nhar il-31 ta’ Diċembru 2017 u b’antiċipazzjoni għall-erbgħin anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu fi Frar. Il-ktieb inħareġ fil-bidu ta’ Diċembru middar pubblikatriċi Herder u jismu ‘The Tribune
God: Christian Faith in the Secular Age’. Flintroduzzjoni, il-Papa Benedittu kiteb lillBeatu Papa Pawlu VI ried li l-pożizzjonijiet l-aktar importanti tal-Kurja Rumana, b’mod partikulari dawk ta’ prefetti u segretarji talkongregazzjonijiet ‘ikunu limitati biss għal ħames snin sabiex iħares il-libertà tal-Papa u l-flessibilità tal-Kurja’. Hu u jindirizza lill-Kardinal Müller, il-Papa Benedittu stqarr: ‘il-kummissjoni tiegħek għal ħames snin fi ħdan ilKongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi għalqet u allura m’għandekx uffiċċju partikulari, imma saċerdot u isqof u kardinal ma jirtira qatt’ u din hi r-raġuni għalfejn ‘għandek tkompli sservi l-fidi’. Ir-Radju Vatikan qal li Papa Benedittu
tkellem ukoll dwar l-importanza tal-uffiċju ta’ Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Fidi – pożizzjoni li hu nnifsu żamm għal 23 sena matul il-pontifikat tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Għarfien teoloġiku hu essenzjali għar-rwol imma anke l-limiti ta’ dan l-għarfien huma importanti. Il-Papa Benedittu kkonkluda l-introduzzjoni tiegħu billi qal lill-Kardinal Müller: ‘Inti ddefendejt it-tradizzjonijiet ċari tal-fidi imma fl-ispirtu tal-Papa Franġisku ppruvajt tifhem kif dawn jistgħu jingħexu llum’. Bħala Kardinal taħt l-età ta’ 80 sena, il-Kardinal Müller għadu membru ta’ għadd ta’ kongregazzjonijiet Vatikana u kunsilli oħra u għalhekk stqarr ‘Għandi ħafna x’nagħmel f’Ruma’.
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
IL-VATIKAN Il-Leħen
7
Ħtieġa li l-liturġija ssir għal kull Nisrani skola tassew ta’ talb Il-Papa jħeġġeġ lis-saċerdoti biex fil-Quddiesa ma jgħaġġlux u jirrispettaw il-mumenti tas-silenzju Il-Papa Franġisku kompla l-katekeżi tiegħu dwar l-Ewkaristija fl-Udjenza Ġenerali u ffoka l-attenzjoni tiegħu fuq il-Glorja u t-talba talbidu tal-Quddiesa. Hu fakkar ir-rit li nirreċitaw l-innu antik tal-Glorja lil Alla fil-għoli tas-smewwiet. Dan l-innu hu eku tal-għana tal-anġli fit-Twelid tal-Mulej u l-Papa qal li aħna nfaħħru l-ħniena tal-Missier li jibgħat lil ibnu jneħħi d-dnubiet tad-dinja. Il-Papa qal ukoll li t-talba tal-bidu tissejjaħ kolletta għax tiġbor fiha u
servizz ta’ Radju Marija
info.mal@radiomaria.org
tippreżenta lil Alla fi tliet persuni fit-talb individwali kollu tagħna. Il-Papa Franġisku spjega li l-istedina tassaċerdot, “Nitolbu”, hi segwita minn mument ta’ silenzju u ħeġġeġ lis-saċerdoti biex ma jgħaġġlux iżda jirrispettaw dawn il-mumenti
ta’ silenzju għax mingħajr dan is-silenzju nirriskjaw li nittraskuraw il-ġabra tar-ruħ. Hu kompla jgħid li s-silenzju jfisser li wieħed ikun lest jisma’ lil qalbu u fuq kollox il-leħen talIspirtu s-Santu. Il-Papa temm il-katekeżi tiegħu billi qal li meta nirriflettu dwar dawn it-talbiet tant għonja u ningħaqdu mal-Knisja biex ngħolluhom lejn Alla, aħna nindunaw kemm il-liturġija ssir għal kull Nisrani skola tassew ta’ talb.
Immarkaw u ċċelebraw Jum il-Magħmudija Il-Papa Franġisku stieden l-Insara kollha biex jimmarkaw id-data tal-Magħmudija tagħhom u jiċċelebrawha bħala l-jum li fih ilMulej tahom l-Ispirtu s-Santu ħalli jmexxihom f’ħajjithom. Il-Papa kien qed jindirizza l-folla miġbura fi Pjazza San Pietru għall-Angelus tal-Ħadd wara li għammed 34 tarbija fil-kappella Sistina, avveniment annwali li jfakkar il-Magħmudija ta’ Ġesù fixXmara Ġordan. Hu fakkar lil dawk preżenti li din il-festa timmarka t-tmiem taż-żmien tal-Milied u tistedinna naħsbu dwar il-magħmudija tagħna nfusna. Il-Papa Franġisku qal li hu mpossibbli li wieħed jiftakar il-jum tal-magħmudija tiegħu iżda stieden lil dawn kollha li jemmnu biex imorru d-dar u jfittxu dik id-data importanti fil-ħajja tagħhom għax hu l-jum meta l-Missier tahom iddon tal-Ispirtu li jiftaħ l-għajnejn tal-qalb għall-verità. Manifestazzjoni Hu ddeskriva l-magħmudija ta’ Ġesù bħala manifestazzjoni talumiltà tiegħu u tad-disponibbiltà tiegħu li jinżel fix-xmara talumanità. Hu kompla li matul ixxatt tax-Xmara Ġordan, Alla żamm il-wegħda tiegħu li jieħu r-riedni tad-destin tal-bnedmin u Ġesù hu s-sinjal tanġibbli u definittiv. Alla għamel hekk permezz tal-
Il-Papa Franġisku jgħammed waħda mill-34 tifel u tifla
Ispirtu li hu d-don li l-Missier tana fil-jum tal-Magħmudija tagħna. Hu l-ispirtu li jittrasmettilna s-sbuħija tal-maħfra divina. U hu l-Ispirtu s-Santu li jwassal biex il-Kelma tal-Missier tinxtered. Għalhekk, sostna l-Papa Franġisku, il-Festa tal-Magħmudija ta’ Ġesù tistieden lil kull Nisrani biex jiftakar fil-
Magħmudija tiegħu għax jekk wieħed jinsiha jkun qed jesponi ruħu għar-riskju li jinsa dak li l-Mulej għamel għalina. Grazzi għall-Magħmudija tagħna mhux biss insiru ħolqien ġdid imlibbsa bi Kristu iżda nkunu wkoll kapaċi naħfru u nħobbu lil dawk li joffenduna u jagħmlulna
l-ħsara. Inkunu kapaċi nagħrfu fiddgħajjef u l-batut il-wiċċ ta’ Kristu li jżurna u hu qrib tagħna. Il-Papa esprima l-ferħ tiegħu għat-tfal u t-trabi li kien għadu kif għammed u talab fuqhom ilprotezzjoni ta’ Marija biex jikbru bħala dixxipli tal-Mulej.
19-il reliġjuż rikonoxxuti bħala martri Isqof, seba’ patrijiet Trappisti u 11-il reliġjuż oħra, nisa u rġiel, li nqatlu minn grupp ta’ estremisti fl-Alġerija fis-snin 90, se jkunu rikonoxxuti bħala martri. Il-kunflitt imdemmi li dam sejjer għaxar snin bejn il-forzi tal-Gvern u estremisti Islamiċi, ħalla għexieren ta’ eluf ta’ persuni mejta. Fosthom inqatlu 19-il reliġjuż li l-mewt tagħhom kienet deskritta bħala ‘martirju f’nofs baħar ta’ vjolenza u tifrik’ fl-Alġerija. Il-kunflitt fl-Alġerija beda fl-1992 meta
l-Armata ħassret l-elezzjonijiet ġenerali filpajjiż li kien jidher li se tintrebaħ minn politiċi fundamentalisti. F’dik l-okkażjoni l-Armata niżlet b’saħħa kbira fuq il-moviment politiku msejjaħ Front għas-Salvazzjoni Islamika. Gruppi li jaħdmu favur id-drittijiet talbniedem jgħidu li madwar 44,000 persuna, ilparti l-kbira tagħhom nies ordinarji, inqatlu filgwerra bejn il-forzi tal-Gvern u dawk estremisti. Ir-reliġjużi li jinsabu fit-triq tal-qdusija mietu bejn l-1993 u l-1996. Fosthom kien
hemm l-Isqof Pierre Lucien Claverie li nqatel flimkien mas-sewwieq tiegħu b’bomba li tħalliet mal-bieb tar-residenza tiegħu. Inqatlu wkoll seba’ patrijiet Trappisti li kienu nħatfu millmonasteru ta’ Tibhirine u grupp ta’ terroristi Islamiċi mħarrġa mill-Al Qaida, qatgħulhom rashom barra. L-istorja ta’ dawn il-patrijiet Trappisti spiċċat miġbura fil-film Of God and Men li rebaħ l-ogħla premju fil-Festival tal-Films ta’ Cannes fl-2010.
8
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Attakki terroristiċi li twettqu qabel il-Milied mhux se jwaqqfu l-ħidma ta’ paċi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
F’ħafna pajjiżi, in-nies stenniet b’ansjetà l-festa Qaddisa tal-Milied. Kien hemm tliet pajjiżi fejn il-Kristjani sfaw attakkati fil-ġranet ta’ qabel il-Milied: fin-Niġerja, fl-Indja u l-Lbiċ tal-Pakistan. Bi tweġiba, il-President tal-Aid to the Church in Need (ACN), Johannes Freiherr Heereman, esprima t-tħassib tiegħu u qal: “Dan hu attakk kodard fuq persuni mhux armati li marru għall-Quddies”. Il-President tal-ACN ikkundanna l-attakk brutali u enfasizza li “aħna lkoll qalbna sewda flimkien mal-vittmi. Madankollu, it-talb tagħna se jkompli. Ma jistgħux jisparaw fuqhom u għalhekk nitolbukom titolbu għall-paċi b’urġenza akbar minn qatt qabel. Alla li jċekken lilu nnifsu f’maxtura hu Alla tal-ħajja u mhux tal-qtil. “Il-periklu hu li inċidenti bħal dawn tant indraw li ma jiġux irrappurtati fl-aħbarijiet ħlief mill-midja tal-Knisja. Madankollu, l-avvenimenti għandhom jiġu kkunsidrati fil-kuntest rispettiv tagħhom”. Hu tenna li “bħalissa, Kristjani
madwar id-dinja kollha qed jiġu ppersegwitati agħar minn qatt qabel fl-istorja”. Dan hu dokumentat ukoll fl-aħħar rapport komprensiv li ppubblikat dan l-aħħar mill-ACN bl-isem Religious Freedom in the World Report. Għal ħafna snin, l-ACN ġabret informazzjoni rilevanti millpartijiet kollha tad-dinja. Id-data hi aġġornata kull sentejn filwaqt li dik li titratta l-Kristjani hi ppubblikata kull sena fit-tieni rapport, Persecuted and Forgotten? Il-President tenna li “f’dan ir-rapport, l-ACN tindika l-firxa straordinarja u n-natura sistematika tad-diskriminazzjoni u l-persekuzzjoni kontra l-Kristjani”. L-ACN se tippubblika r-rapport li jmiss din is-sena. “Hekk, l-ACN qed tagħmel dikjarazzjoni: id-dritt għal-libertà reliġjuża mhuwiex negozjabbli. Dan hu dritt fundamentali tal-bniedem”.
Stedina X’ħallew l-ISIS warajhom... Quddiesa u wirja biex jingħata ġieħ lill-Kristjani fl-Iraq u s-Sirja li sofrew persekuzzjoni taħt l-Istat Iżlamiku. Il-Ħadd, 14 ta’ Jannar fid-9.00am Il-Knisja tal-Bon Pastur, Triq Idmejda, Ħal Balzan Wara l-Quddiesa jkun hemm wirja ta’ oġġetti reliġjużi miġjuba millIraq li nstabu fi knejjes f’Teleskuf u Qaraqosh li saritilhom ħsara mill-ISIS. 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard ATD9038 ( 21487818 * info@acnmalta.org
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda talKodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
51 ACN Wirja Ogetti Sagri (Lehen is-Sewwa) revised.indd 1
08/01/2018 12:26 PM
Il-President tal-ACN Johannes Freiherr Heereman
BETLEM
Il-paċi f’dal-post qaddis dejjem kienet diffiċli Meta l-gwardjan tal-Bażilka tanNatività f’Betlem kellem lill-Aid to the Church in Need (ACN) dwar “il-problema ta’ Ġerusalemm bħala l-kapitali” ma ħasibhiex darbtejn biex jgħid kif jaħsibha hu. Il-Patri Franġiskan, Artemio Vítores, li għex 46 sena f’Ġerusalemm qabel ma mar Betlem qal: “Ġerusalemm għandha tkun omm kulħadd u mhux ilmaħbuba ta’ wieħed. Ix-xbieha ta’ Ġerusalemm bħala omm ġejja mit-Testment il-Qadim u omm qatt ma teskludi lil xi ħadd minn uliedha. Jekk tiġi mibdula filkapitali ta’ Iżrael jew tal-Palestina, tkun azzjoni esklussiva u ma jkunx hemm lok għal oħrajn. Madankollu, hu ottimist u jesprimi t-tama li: “din is-sitwazzjoni ma tissoktax u li n-nies jieqfu ftit u jirriflettu”. Hu qal: “irridu nġibu l-ferħ u t-tama lill-Kristjani tal-Art Imqaddsa. Hu għalhekk li aħna qegħdin hawn”. Fr Artemio ikkummenta li l-konsegwenzi tal-mewġa ta’ vjolenza f’Betlem u f’Ġerusalemm huma ta’ ħsara kbira għall-Kristjani. Mis-sena 1948, id-data tal-ħolqien tal-Istat ta’ Iżrael, 350,000 persuna abbandunat Betlem u ż-żoni tal-madwar. Fr. Artemio fakkar il-ħsara li saret matul it-tieni intifada “li ħalliet il-postijiet Mqaddsa mingħajr ebda pellegrin u viżitatur”. Hu stmat li bejn l-2001 u l-2005 “madwar 80 fil-mija tal-familji tħallew mingħajr dħul finanzjarju. Jekk ma jkunx hemm pellegrini, ħafna nies ma jistgħux jieklu. M’hemmx xogħol, m’hemmx ikel. L-istatistika turi ċifri ta’
Patri Artemio Vítores, Franġiskan
dieqa: minn numru ta’ Kristjani li darba kienu jagħmlu 20 fil-mija tal-abbitanti ta’ Ġerusalemm issa fadal biss 1.4 fil-mija. Hu pjuttost ċar għal dan il-Patri Franġiskan li qal “jekk ma naħdmux flimkien, il-Kristjani se jisparixxu mill-Art Imqaddsa. U kif nistgħu ngħinu? Billi nżuru din l-art. Dan jipprovdi appoġġ morali u ekonomiku liċċittadini”. Matul l-2017 l-ACN, bil-grazzja ta’ Alla u bit-talb u l-għajnuna tal-benefatturi minn madwar iddinja, tat aktar minn 16-il miljun ewro b’appoġġ għall-proġetti fl-Art Imqaddsa u l-Lvant Nofsani. Dawk li jixtieq jgħinu b’xi mod jistgħu jżuru s-sit eletroniku www. acnmalta.org jew jibagħtu ittra elettronika lil info@acnmalta.org, inkella jċemplu 2148 7818 jew jibagħtu ċekk lil ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038.
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
INTERNAZZJONALI Il-Leħen
FRANZA
FIL-QOSOR
Talba għal investigazzjoni dwar influwenza politika fuq MEPs Il-Kanonku John Ciarlò - ciarloj@onvol.net Saċerdot Djoċesan
Waqt laqgħa tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, il-Membru Parlamentari Ingliż Nigel Farage talab li ssir investigazzjoni uffiċjali dwar l-influwenza fenomenali li jeżerċita l-magħruf multi-biljunarju Amerikan George Soros u l-Open Society Foundation. Hu akkuża lil dan il-multibijunajru li għandu influwenza fuq il-politika tal-Unjoni Ewropea u fuq is-740 miljun ċittadin tagħha bliskop li jippromwovi l-aġenda xellugija tiegħu. Hu sostna li l-influwenza straordinarja ta’ Soros fi Strasburgu u fi Brussell hi waħda straordinarja. Fil-fatt kienet l-istess Open Society li ftaħret li s-sena l-oħra l-membri tagħha kellhom mat-42 laqgħa mal-Kummissjoni Ewropea. Din saħansitra waslet biex tippubblika ktieb bl-ismijiet ta’ 226 membru tal-Parlament Ewropew, terz mis-751 tal-Membri tal-Parlament kollu jqisuhom bħala alleati tagħha. Dan l-aħħar l-istess Soros offra mat-18-il miljun dollaru lill-Open
Society għall-kampanji li tagħmel f’tant naħat tad-dinja biex idgħajjef ċerti valuri tradizzjonali, kulturi u stili tal-ħajja meqjusa bħala konservattivi. Fost il-kawżi ewlenin li Soros u l-Open Society Foundation jippromwovu madwar iddinja hi dik favur l-abort. Ftit ilu kienu l-istess awtoritajiet Ingliżi li ordnaw lill-Abortion Right Campaign tal-Irlanda biex tirritorna d-donazzjoni ta’ 25,000 ewro li ngħatat mill-istess George Soros u l-Open Society għall-kampanja favur l-abort bit-tħejjija għarreferendum li se jsir fl-Irlanda biex mill-Kostituzzjoni jitneħħa l-Eight Amendment li jqis bħala ugwali l-istatus tal-ħajja tal-omm u tat-tarbija fil-ġuf.
Il-multi-biljunarju Amerikan George Soros
Anki Amnesty International Irlandiża u l-IFPA irċivew 137,000 u 132,000 ewro, rispettivament, millistess Soros għall-istess skop. Sar magruf ukoll li l-istess Soros u l-Open Society Foundation kienu wara l-protesti li saru fil-Polonja f’Ottubru mill-moviment feminista favur l-abort kif ukoll l-għajnuna li dawn jagħtu lill-The Golbal Fund for Women (GFU) li tippromvovi l-aċċess għall-abort kif ukoll l-għajnuna li bagħtu lill-Foundation of Planned Parenthood biex joffru lill-Women Rights Organization fil-Brażil u l-Indja.
IL-ĠERMANJA
Il-Kardinal Gerhard Müller u l-verità storika dwar Luteru F’artiklu fil-ġurnal Taljan La Nuova Bussola, il-Kardinal Ġermaniż Gerhard Müller, li sa ftit ilu kien il-Prefett tal-Kongregazzjoni tadDuttrina u l-Fidi, stqarr li llum ħafna jitkellmu b’entużjażmu dwar Luteru filwaqt li jinsew it-teoloġija tiegħu, il-polemika li qajjem u l-moviment diżastruż li kisser l-għaqda ta’ miljuni ta’ Nsara minn mal-Knisja Kattolika. Luteru ma kkumbattiex biss l-abbużi u d-dnubiet tal-Knisja Rinaxximentali iżda ġab bidla sħiħa u bażika tal-fidi Kattolika meta abbanduna l-prinċipji kollha tattwemmin Kattoliku, l-Iskrittura Mqaddsa, it-Tradizzjoni Appostolika u l-uffiċċju tat-tagħlim tal-Papa, tal-Konċilji u talEpiskopat. Minħabba f’hekk, kompla l-Kardinal Müller, ma nistgħux insejħu r-riforma ta’ Luteru bħala riforma tal-Knisja fis-sens Kattoliku jew ngħidu li dak li għamel kien ġej mill-Ispirtu s-Santu. Għall-kuntrarju, l-Ispirtu s-Santu jgħin lill-Knisja biex tibqa’ żżomm il-kontinwità tagħha
Il-Kardinal Ġermaniż Gerhard Müller
permezz tal-Maġisteru tal-Knisja speċjalent fis-servizz tal-ministeru Petrin. “Ahna l-Knisja bis-saħħa talgrazzja ta’ Alla u tas-sagramenti u għax aħna membri midinbin tal-Knisja neħtieġu l-maħfra u l-konverżjoni iżda fl-istess waqt ma nistgħux niċħdu l-erruri fid-duttrina u s-sagramenti”, sostna l-Kardinal Müller. Hu stqarr li jaqbel li 500 sena wara
dak li seħħ m’għadux iż-żmien li noħolqu polemika iżda nfittxu r-rikonċiljazzjoni mhux għallprezz tal-verità. Hu sew li llum ikollna relazzjonijiet mal-Insara mhux Kattoliċi iżda min-naħa l-oħra ma nistgħux nifhmu ħażin jew niffalsifikaw dak li ġara 500 sena ilu u l-effett diżastruż li ġab miegħu u li żgur ma kienx skont ir-rieda ta’ Alla.
L-Italja – F’ittra li kiteb l-Arċisqof Felice Accrocca ta’ Benevento lill-fidili tiegħu waqt li osserva li kull resident fir-reġjun tiegħu kull sena jonfoq mal-11,000 ewro fuq slot machines, logħob tal-ażżard u forom oħra ta’ logħob legali għall-flus, wissiehom fuq ilħsara li jagħmel il-gambling u qabbel lill-gamblers patoloġiċi ma’ Peter Pans li ma jridux jikbru. Il-Filippini – Wara laqgħa kordjali li n-Nunzju Appostoliku ġdid, l-Arċisqof Gabriele Giordano Caccia, kellu mal-President Rodrigo Duterte tal-Filippini, pajjiż ta’ 104 miljun ruħ li 83 fil-mija huma Kattoliċi, waqt li qal li l-President hu kburi li pajjiżu hu l-aktar pajjiż Kattoliku fl-Asja, iż-żewġ naħat iddiskutew il-faqar, it-theddid ekoloġiku, il-korruzzjoni, il-kriminalità u t-terroriżmu Iżlamiku. Franza – L-Isqfijiet Franċiżi nedew kampanja ta’ ġbir ta’ flus permezz tarradju, tal-midja soċjali u r-riklami biex il-Knisja jkollha l-flus meħtieġa ħalli tkun tista’ tħallas lil madwar 12,000 saċerdot attiv u 11,000 impjegat lajk li jaħdmu mal-Knisja. L-Italja – IlKongregazzjoni għall-Kleru flimkien mas-Segretarjat għall-Komunikazzjoni waqqfet Clerus-App bil-lingwa Taljana bl-iskop li tgħin lissaċerdoti fit-tħejjija għallomelija tal-Liturġija tal-Ħadd waqt li jirriflettu fuq il-Kelma ta’ Alla. In-Nikaragwa – Il-Kardinal Leopoldo Brebes ta’ Managua kkundanna l-vjolenza kontra n-nisa u waqt li qal li ebda mara m’għandha qatt tiġi abbużata, imsawta jew maqtula mill-partner jew minn xi ħaddieħor. Hu wissa lin-nisa biex ma jiżżewġux irġiel li jkunu ġelużi jew vjolenti u lin-nisa miżżewġa biex ma jitolbux lill-pulizija ħalli jeħilsu lil żwieġhom meta jiġu arrestati minħabba l-vjolenza domestika. Il-Venezwela – F’intervista li saritlu fuq ir-radju, ilKardinal Jorge Liberato Urosa Savino ta’ Caracas, appella lill-Gvern biex jieħu azzjoni effettiva kontra l-faqar li hemm fil-pajjiż fejn, skont il-Caritas, hemm mat-82 filmija tan-nies jgħixu fil-faqar u aktar minn 11,000 tifel u tifla mietu minħabba nuqqas ta’ mediċini. Hu talbu jiżgura li filpajjiz ikun hemm elezzjonijiet trasparenti.
9
10
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen OPINJONI
Imħabba b’ħafna tbatija Tonio Bonello – tbonello247@gmail.com Ġurnalist
Qatt, l-ebda dubju, illum aktar minn qatt qabel mill-ġenerożità tal-Maltin u l-Għawdxin. Kienet deċiżjoni xejn faċli, anzi, insejħilha radikali, forsi anki ottimista żżejjed dik tal-President Emeritu George Abela meta fl-2009 ddeċieda li daqshekk għoti ta’ rigali biex jinġabru fondi b’risq l-Istrina. Jekk forsi kien hawn xi ħadd f’dawn il-gżejjer li tassew emmen li din tista’ tkun possibbli dan ma kien ħadd għajr l-istess President Abela. U l-fatti ppruvaw li l-President Abela kien fiddirezzjoni t-tajba. Il-fatti ppruvaw kemm allura, l-istess President Abela kellu u għad għandu fiduċja bla qies filġenerożià ta’ dan il-poplu. Mhux talli hekk. F’dik l-edizzjoni stess il-ġabra kissret kull rekord tas-snin preċidenti. Il-ġenerożità mas-snin kompliet tikber. F’temp ta’ tmien snin, ilġabra li fl-2009 laħqet madwar 2.3 miljun ewro ftit jiem ilu biss kważi ttripplat! L-istorja ma tieqafx hawn. Sa ftit jiem biss wara l-istazzjonijiet televiżivi kienu bi ħġarhom qed jappellaw biex ilpoplu jerġa’ jdaħħal idejh fil-but biex, kif isir kull sena, tinġabar somma oħra b’risq id-Dar talProvidenza. U l-poplu reġa’ wieġeb. Ebda dubju Bl-istess qies m’għandi l-ebda dubju li m’hawn ħadd illum, f’dawn il-gżejjer, li ma jafx bil-ġid kbir, enormi, li jsir permezz ta’ dan il-ġbir kollu. Minkejja li ngħixu f’pajjiż meqjus, tista’ tgħid sinjur, xorta waħda għad hawn ħafna u ħafna tbatija madwarna. U dik l-akbar tbatija aktarx tinstab fost dawk l-aktar, bla vuċi, vulnerabbli, innoċenti. It-tfal. F’perijodu ta’ madwar tliet snin, jiġifieri mill-2014 ‘il hawn, xejn anqas minn 750 ġenitur akkumpanjaw l-għeżież uliedhom barra pajjiżna għall-kura. Jekk nitkellmu dwar medja jfisser kważi 21 każ kull xahar. Ma ninsewx li wħud minn dawn
il-każijiet (numru sostanzjali) jkollhom jitilgħu għal trattamenti partikolari ħafna għal aktar minn darba biex każ ikun riżolt pożittiv sakemm mhux mod ieħor! It-tbatija f’dawn iċ-ċirkostanzi m’għadha l-ebda mod kif tiġi valutata. Meta l-istess ġenituri u l-istess ulied diġà jinsabu jesperjenzaw każi simili, bħal sajjetta fil-bnazzi li jibdlulhom ħajjithom radikalment, ittbatija tirdoppja għax tali kura normalment hi magħrufa li tiswa’ flejjes kbar. Saru sagrifiċċji kbar fost ħafna minn dawn biex setgħu waslu fejn waslu biex jaraw lil uliedhom aħjar! Aktar minn dan, iżda, ittbatija titripplika meta wieħed jirrealizza li għar minn dan kollu l-kura meħtieġa sal-lum għad ma tingħatax f’Malta iżda f’artijiet oħra mbiegħda. Fost dawn, l-aktar komuni, madwar tliet sigħat vjaġġ b’ajruplan fl-Ingilterra. It-tbatija hekk saret waħda ħolistika. Dik umana, speċjalment fost ulied żgħar fraġili. Dik finanzjarja li twassal ġenituri jiddispraw u jippruvaw jagħmlu l-impossibbli biex isalvaw l-istess ħajja tal-ulied. U t-tbatija taddistanza li, apparti l-iskariġġ, ilħin u r-riskji li jorbtu magħha fuq kollox hemm dak id-distakk bejn l-istess ġenituri u l-kumplament tal-ulied meta jkun il-każ. Distakk bejn il-ġenituri Saħansitra d-distakk bejn l-istess ġenituri u l-ġenituri tagħhom, jiġifieri n-nanniet, flimkien ma’ zijiet, kuġini u oħrajn li kieku l-kura qed tingħata f’pajjiżna stess, dawn setgħu jkunu ta’ solliev biex itaffu ftit mittbatija konsistenti li jgħaddu dawn
F’perijodu ta’ tliet snin 750 ġenitur akkumpanjaw lill-uliedhom barra pajjiżna għall-kura
To me there is no picture so beautiful as smiling, bright-eyed, happy children. No music so sweet as their clear and ringing laughter – P. T. Barnum
il-ġenituri meta f’art barranija. Solitudni u dulur li jridu jġorru waħidhom ‘hekk kif joħorġu mqarr għal ftit mill-isptar fejn qed tingħata l-kura. Żgur li m’għandi l-ebda kompitenza fil-kamp mediku u m’għandi l-ebda pretensjoni nasal għal xi konklużjonijiet jien. Iżda sa qabel illum, meta qed naqsam magħkom dawn il-kelmtejn, dejjem kelli domanda bejni u bejn ruħi: Iva possibbli, għandna sptar attrezzat tant, ippakkjat b’teknoloġija, ġiena jiswa l-miljuni, daqstant impossibbli li l-apparat li jintuża barra għal tali kura u t-taħriġ li persuni fil-mediċina jkunu meħtieġa jispeċjalizzaw, aħna se nibqgħu ma naslux li xi darba jkunu offruti f’Malta wkoll?
Nerġa’ nirrepeti. M’għandi l-ebda awtorità li nitkellem dwar dan. Anzi, bil-kontra, jien konvint li kull amministrazzjoni, kull Gvern li kellna, dejjem ħabirku biex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu u jingħata l-aqwa kura ta’ saħħa possibbli. Iżda fejn qed tinqata’ dik il-linja li tasal tiddentifika sa fejn kapaċi naslu aħna stess? Waqt li nawgura lill-poplu kollu li dejjem baqa’ fidil lejn sejħiet daqstant nobbli bħal dawn, tassew, minn hawn inħeġġeġ lil partijiet kollha konċernati: Gvern, Oppożizzjoni u kulmin b’xi mod għandu sehem f’din il-missjoni tant delikata biex jagħmlu analiżi tas-sitwazzjoni bit-tama li xi darba din it-tbatija kollha minn fostna tieqaf. Jekk le, li tal-anqas tittaffa’.
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
OPINJONI Il-Leħen
Il-Leħen
Gazzetta ta’ ispirazzjoni Kattolika maħruġa nhar ta’ Ħadd mill-Azzjoni Kattolika Maltija
Editur Michael Caruana Istitut Kattoliku, Il-Furjana FRN 1441 Telefon 2703 2961 Fax 2122 5563 E-mail: editur-illehen@akmalta.org
11
Stampatur Progress Press Co. Ltd. Distributuri Abbonamenti Maltapost plc tel: 2122 4421 Ħwienet Allied Malta Newspapers Ltd. tel: 2276 4443
L-Editorjal
Il-qasam soċjali f’pajjiżna Il-qasam soċjali f’pajjiżna hu wieħed vast li jkopri diversi setturi bħall-familja, il-persuni bi bżonnijiet speċjali, dawk li ma jaħdmux u l-anzjani. Dawn is-setturi għaddejjin uħud minnhom tajjeb. Forsi settur li jinħtieġ aktar attenzjoni, għalkemm bil-miżuri mħabbra fil-Baġit u li bdew jiġu attwati proprju f’dawn il-ġranet, hu dak tal-pensjonanti. Nisimgħu u naqraw ħafna dwar pensjonanti li mhumiex ilaħħqu malħajja. Li l-pensjoni mhix isservihom sal-aħħar tax-xahar. Dan beda jiġi indirizzat biż-żieda mogħtija lill-pensjonanti għall-għoli tal-ħajja u bittneħħija tat-taxxa fuq id-dħul tal-pensjoni. Iżda settur li jinħtieġ mhux biss attenzjoni iżda wkoll azzjoni hu dak tal-akkomodazzjoni soċjali u tal-kera. Każijiet li nisimgħu dwarhom jinkwetawk u jalla d-deċiżjoni tal-Gvern imħabbra wkoll fid-diskors tal-
Baġit għal din is-sena li jerġgħu jibdew jinbnew appartamenti u djar għal dawk li verament għandhom bżonn tfittex issir realtà. Informazzjoni li għandna tindika li huma eluf dawk il-familji, il-koppji u s-single parents li qed jistennew il-ħruġ b’kera soċjali ta’ djar u appartamenti fejn jistgħu jgħixu diċentement. Ma’ din id-deċiżjoni – jekk ma rridux inkomplu nżidu l-lista ta’ dawk li qed jistennew li jikru post tal-Gvern – hemm dawk li bil-kera li qed jiġu mitluba jħallsu (u li s-sidien qed jgħollu minn żmien għall-ieħor) mhumiex ilaħħqu mal-ispejjeż l-oħra tal-ħajja inkluż il-ħlas tal-elettriku, l-ilma u l-gass. Nisimgħu ħafna kliem sabiħ mill-politiċi dwar il-ħidma, is-servizz, li huma jagħtu. Kieku kliem sabiħ ħafna dak li jingħad iżda meta niġu għall-prattika nsibu baħar jaqsam bejn il-kliem u l-fatti. Kemm il-ħidma, isservizz, tal-politiċi hi għall-ġid tas-soċjetà
kollha l-aktar ta’ dawk li mwarrba. Ta’ dawk fil-bżonn. Jinħtieġ naslu għall-punt li fil-ħidma, fis-servizz, li jagħtu jżommu bħala ċentru l-bniedem fil-bżonn. Ma jarawx biss fil-ħidma, fis-servizz, il-voti li jistgħu jakkwistaw f’elezzjoni ġenerali. Irridu jkunu solidari ta’ veru. Żgur li jridu juru solidarjetà ma’ dawk milquta mill-problema dejjem tikber tal-akkomodazzjoni soċjali. Ma jistgħux f’din il-problema juru żewġt uċuh. Ma jistgħux joġgħbu lil min irid jikri jew lil min qiegħed f’kera għolja u fl-istess lis-sidien tal-proprjetà. Min jikri għandu jkollu l-qligħ ġust tiegħu imma min japprofitta ruħu millbżonnijiet ta’ ħaddieħor u jagħmel qligħ inġust ikun qed jisraq u jonqos mill-użu tajjeb talġid. editur-illehen@akmalta.org
Il-karba tal-fqar J.M. Bonnici
Il-Milied hu staġun li jqanqal sentimenti ta’ tjubija u ferħ. Fil-fatt, hu żmien li fih niftakru f’dawk li jeħtieġu l-għajnuna u l-imħabba tagħna. insistenza f’dak iż-żmien – semma Il-Maltin jispikkaw billi l-faqar naqas bin-nofs. Ma nafx ġenerożità tagħhom kif wera x’tgħid hawn l-istatistika li tiġi l-ġbir kollu li sar f’dak iż-żmien mġebbda ’l hawn u ’l hinn – imma bl-Istrina u l-Festa ta’ Ġenerożità min hu qalb in-nies jaf li donnu b’risq id-Dar tal-Providenza. Huma f’dal-qasam ma morniex għallħwejjeġ sbieħ li jagħmlulek kuraġġ. aħjar u n-nies fil-faqar ma jidhrux Mingħajr ma trid tgħid: għax mhux li naqsu. Hawn min f’pajjiżna jrid dejjem Milied? Għaliex f’din isjgħix b’benefiċċju soċjali ta’ 420 soċjetà tagħna hemm min għandu ewro li minnhom irid iħallas €260 żżejjed u jrid iżjed u hawn min kera fix-xahar u jibqagħlu €160 m’għandux il-meħtieġ għall-ħajja? biss biex jgħix bihom. Il-qaddis Papa Ġwanni Pawlu Hawn minn fil-lejl tal-ġranet II kien isemmi spiss “l-istrutturi tal-Milied, bil-kesħa kbira li kien tad-dnub” li nħolqu fis-soċjetajiet hawn, raqad f’karozza jew f’għalqa kapitalisti tal-Punent li huma għax m’għandux fejn joqgħod għajn ta’ inġustizzji soċjali li u l-postijiet ta’ għajnuna huma joħolqu ħafna tbatija fost iż-żgħar mimlija. Hawn min m’għandux u l-fqar. Hi mentalità li daħlet x’jiekol u applika għall-għajnuna ukoll f’pajjiżna u li qed naraw soċjali imma l-applikazzjoni diġà l-konsegwenzi tagħha. Għax, tiegħu – speċjalment fil-ġranet indipendentement mill-istatistika tal-festi – tieħu erba’ xhur biex tiġi li l-politiċi jużaw għall-iskopijiet mistħarrġa u mwieġba. tagħhom, f’Malta tal-lum (bilJeħtieġ li jkun hawn profeti li ftaħir kollu dwar it-tkabbir jwasslu l-għajta ta’ dawn in-nies ekonomiku) jeżisti l-faqar. U min li m’għandhomx il-meħtieġ biex hu verament qalb in-nies żgur li jgħixu ħajja diċenti. Tieħu pjaċir li jinduna bih. jkun hawn nies bħal Charles Miceli tal-Alleanza Kontra l-Faqar f’ItProfeti Torċa u l-Onorevoli Ivan Bartolo F’pajjiżna llum jeħtieġ li jkun f’In-Nazzjon fis-sensiela “vuċi bla hemm profeti li mingħajr ma jkunu ħoss” li jwasslu dawn l-esperjenzi maħkuma mill-partiġġjaniżmu biex iqanqlu sensibbiltà dwar dan politiku jwasslu l-karba tal-fqar. il-bżonn soċjali. Fid-diskors tal-Prim Ministru tal-aħħar tas-sena mxandar fuq Kuxjenza l-istazzjon televiżiv nazzjonali In-Nisrani, fid-dawl tal– diskors li kien jistona ftit malVanġelu, għandu d-dmir li joħloq ispirtu tal-għaqda li fuqu tant sar
In-Nisrani, fid-dawl tal-Vanġelu, għandu d-dmir li joħloq kuxjenza favur il-foqra
kuxjenza favur il-foqra. Il-Papa li għandu jkun ta’ ispirazzjoni kbira għalina f’dal-qasam f’waħda mill-omeliji li jagħmel filQuddies li jiċċelebra f’Santa Marta qal: “l-imħabba Nisranija mhix imħabba tar-rumanzi. Le, hi ħaġa oħra. L-imħabba Nisranija għandha dejjem kwalità waħda: hi konkreta. Ġesù stess, meta jitkellem dwar l-imħabba, ikellimna fuq ħwejjeġ konkreti: titma’ lil min hu bil-ġuħ, iżżur il-morda u tant ħwejjeġ oħra konkreti”. Fit-tieni ġurnata tas-sena l-ġdida għamilna l-festa ta’ San Bażilju l-Kbir u San Girgor Nazjanzenu. San Bażilju hu Duttur tal-Knisja li forsi mhux magħruf biżżejjed. Kien jgħid: “il-ħobż li ma tużax, hu l-ħobż ta’ min hu bil-ġuħ. L-ilbies li għandek filgwardarobba, hu l-ilbies ta’ min hu għarwien. Iż-żarbun li ma tilbisx hu ż-żarbun ta’ min hu ħafi. Il-flus li għandek imwarrba huma l-flus
tal-fqar. L-atti ta’ karità li ma tagħmilx huma inġustizzji li int twettaq”. Huma r-raġunament talqaddisin bħalma kienet Madre Tereża li juruna l-ideal Nisrani fil-milja tiegħu. Hi din il-kuxjenza evanġelika li għandha tkun xprun għall-ħidma tagħna fis-soċjetà ta’ madwarna. Appell Il-politiċi tagħna li tant jgħidu kliem sabiħ iridu jżommu fil-ħidma tagħhom l-ideal veru ta’ ‘missjoni nobbli’ għall-ġid tas-soċjetà u l-aktar ta’ dawk li huma mwarrba. F’kulma jagħmlu jridu jżommu bħala ċentru l-bniedem fil-bżonn u mhux il-voti. Fil-libertà jridu jħeġġu s-solidarjetà vera. Bħalissa f’pajjiżna hawn il-problema kbira tal-akkomodazzjoni soċjali. Ma jistgħux il-politiċi jaħslu jdejhom minn din il-problema biex ma jindaħlux fis-suq tal-proprjetà.
12
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen OPINJONI
In-Nisrani: preżenti fil-politika u fil-ħajja biex inissel it-tama Edwin Vassallo - edwin@vassalloedwin.com Membru tal-Parlament
Is-soċjetà għandha bżonn ix-xhieda tan-Nisrani fil-politika u f’kull settur tal-ħajja u professjoni. Daqshekk ieħor in-Nisrani għandu bżonn is-soċjetà biex fiha u magħha jixhed għal dak li jemmen fih. Permezz tax-xhieda talfidi, in-Nisrani jkun qed joffri alternattiva lis-soċjetà li llum qed tkun imqarrqa minn dawk li qed ikollhom aktar interess li jużawha biex jirbħu l-poter minn fuq daharha. Sar hawn klassi ta’ politiċi li l-uniku interess tagħhom hu li jirbħu l-poter u għaldaqstant ikunu lesti jgħidu ‘iva’ għal dak li s-soċjetà tkun qed titlob. F’pajjiżna, din il-klassi ta’ politiċi qed tieħu l-ħajja u qed twarrab kull interess fit-tfittxija għall-verità. Qed jitwarrbu l-valuri umani li jisħqu fuq il-valur ewlieni tal-ġid komuni. Il-politika tfittex li togħġob lil kull settur tas-soċjetà biex jintrebħu l-voti. Kull deċiżjoni qed tingħata konsiderazzjoni għaliha nfisha fuq ilmerti tagħha u ftit li xejn qed jidher li fil-politika Maltija d-deċiżjonijiet jittieħdu skont il-ġid komuni. Illum il-politiċi huma mhedda mir-rebħa tal-voti u ħafna qed jispiċċaw jirraġunaw ta’ popolisti. Meta jsir hekk jintilef l-interess tat-tfittxija għall-verità. Is-soċjetà se jkollha tħallas prezz qares kull meta tintalab terfa’ t-toqol tal-uġigħ li ċerti deċiżjonijiet
ser jikkawżaw. Qed jidher li b’din l-attitudni s-soċjetà mhux se tkun ikkunsidrata aktar bħala realtà għax dak li issa sar jgħodd huma l-klassijiet u s-setturi differenti tassoċjetà. Il-politiku Nisrani jirraġuna differenti mill-bqija. Fil-ktieb tiegħu Ħejju t-Triq għall-Mulej, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona fil-kapitlu dwar ‘L-Impenn Nisrani fil-Politika’ jikteb hekk: “B’fidi hawnhekk qed nifhmu t-twemmin li jibda minn għarfien differenti tar-realtà taddinja ta’ madwaru, u allura għal għarfien ta’ valuri differenti, u għalhekk trid twassal għal impenn personali skont dawn il-valuri”. Dwar sehem in-Nisrani filpolitika jissokta: “Is-soċjetà tagħna għandha bżonn ix-xhieda sħiħa tan-Nisrani f’konfront ma’ oħrajn, fil-ħsieb u fil-prassi, biex tinbena komunità inkella l-post fejn in-Nisrani jista’ jesprimi ruħu u jitwettaq storikament, anki jekk f’dimensjoni komunitarja u jaħdem f’solidarjetà politika għall-ġid ta’ kulħadd”. Dwar l-imġiba tan-Nisrani filpolitika jikteb: “Fil-każ tal-lajk -
Il-politiku Nisrani jirraġuna differenti mill-bqija
jiġifieri l-imgħammed li l-missjoni tiegħu hi speċifikament li jgħix fid-dinja sekulari u jimlieha bilvaluri tal-Vanġelu fuq il-bniedem - l-għażla trid tkun iktar speċifika. Irid jagħmel għażliet li jkunu fiddieher. Hu liberu li jagħmel iddeċiżjonijiet partikolari tiegħu iżda hu jaf li ma jista’ qatt jagħmel għażliet lejn partit jew persuna qabel il-valuri tal-Vanġelu u li qatt ma jagħmel għażliet assoluti hekk li jintrabat ma’ mument storiku u mhux ma’ viżjoni ta’ tama fil-futur Kristjan. Għalhekk l-għażliet tan-Nisrani lajk iridu jkunu għażliet fuq valuri umani: ħaġa li titlob ħafna iktar formazzjoni tal-lajċi Nsara. Il-fatt li f’sistema demokratika għandu iktar sehem fid-delegazzjoni tal-poter, kull Nisrani għandu jagħmel l-għażliet tiegħu fiddawl tal-valuri u tal-prinċipji”. Dawn il-ħsibijiet tal-Arċisqof
Emeritu Cremona juru x’għandha tkun il-linja tal-ħsieb li għandu jkollu n-Nisrani fil-politika. Hu jnissel tama fil-ġejjieni għax iddeċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu riflessjoni tal-valuri talVanġelu. Hu l-alternattiva għallmentalità popolista. Hu l-uniku tama għal min irid jara politika li tassew tħares u tiddefendi d-dinjità umana. Għalih il-persuna umana mhix oġġett li minn fuqha jirbaħ il-poter billi jgħid ‘iva’ għal kulma jkun mitlub iżda billi joffri direzzjoni b’kuraġġ favur it-tisħiħ tad-dinjità umana. Ikun hawn min jgħid li dan hu raġunar li postu hu fil-Knisja. Jien ngħid li dan hu raġunar li postu hu f’kull ħin u waqt tat-teħid taddeċiżjonijiet għal min ikun tassew interessat li jkattar is-servizz tiegħu lejn il-bniedem u mhux ilħakma tiegħu fuqu.
Il-libertà li tħares il-ġid Fr Ivan Attard – ivan.attardop1977@gmail.com Dumnikan
Skont it-twemmin Nisrani l-libertà hi l-possibbiltà li nagħżel it-tajjeb mill-ħażin wara li nkun għaraft x’inhu s-sew li rrid nagħmel u l-ħsara li għandi nevita. Jien għandi nagħżel dejjem it-tajjeb biex inkun ta’ ġid u nevita l-ħażin ħalli ma nkunx ta’ ħsara. Jekk miniex liberu, it-tajjeb ma nagħżlux għax irridu jew għax għaraft il-valur tiegħu, imma bilfors, għax m’għandix triq oħra. Jien nagħżel it-tajjeb u mhux il-ħażin, għax nagħraf li t-tajjeb għandu valur ogħla millħażin. Jekk jien nagħżel il-ħażin, minflok it-tajjeb, ifisser li għalija, il-ħażin għandu valur iktar mit-tajjeb: il-ħażin inqisu itjeb mis-sewwa. U din hi assurdità. Fi kliem ieħor, jien nagħżel il-ħażin, għax inqisu bħala tajjeb: jiġifieri naħseb li talinqas hu ta’ ġid għalija. Kieku ma nagħżlux.
m’għandu dritt iċaħħadni minn dak li rrid. Din hi l-fehma tal-liberali u mhux tal-fidi tagħna. Skont din l-ideoloġija, l-individwu għandu jkun ħieles minn kull ostaklu, minn kull liġi jew xi forma ta’ limitu, biex iwettaq dak li jrid. Kull regola hi meqjusa bħala forma ta’ oppressjoni. Madankollu, ħassieba liberali jagħrfu li ma jistgħux iqisu l-libertà bħala ħelsien assolut li wieħed jagħmel li jrid, ladarba aħna ngħixu f’soċjetà. Għalhekk huma tal-fehma li l-libertà tiegħi għandha tieqaf hemm fejn tibda l-libertà ta’ ħaddieħor. B’dal-mod, il-libertà u l-interessi ta’ ħaddieħor jiġu meqjusa bħala limitu għallinteressi u l-libertà tiegħi. Mela jien ma nagħżilx li nieqaf għax nagħraf li hu ta’ ġid imma nieqaf minħabba l-ieħor. L-ieħor jew l-oħrajn joħonqu l-interessi tiegħi.
Il-libertà x’mhijiex? Għalina l-Insara l-libertà ma tfissirx: nagħmel li rrid u kif ifettilli ġo moħħi għax ħajti hi tiegħi u b’ħajti għandi dritt nagħmel li rrid. Ħadd m’għandu dritt jindaħalli u ħadd
Liema libertà? Kif wieħed jista’ jara l-libertà tal-liberali hi egoista u toħloq ħafna abbużi ta’ poter u għira. Min hu b’saħħtu u jaħseb biss fih innifsu jista’ jagħmel li jrid, ħafna drabi, b’dannu għal min
hu dgħajjef. Min ma jistax jagħmel li jfettilu ġo moħħu jibda jgħir għal dawk li jistgħu jagħmlu li jridu u jaspira li jkun bħalhom. Skont ilfehma liberali, bħala individwu, jien inqis biss dak li jaqbilli: l-aqwa li komdu u moqdi jien. x’jimpurtani minn ħaddieħor! Mhux biss l-interessi tiegħek huma kontra dak li rrid jien, imma wkoll huma ta’ xkiel għalija, għax biex inħares l-interessi tiegħek, kontra qalbi, nispiċċa jkolli nċaħħad lili nnifsi minn dak li rrid. Ma nistax ingawdi minħabba fik. Inti u l-oħrajn għandkom taddattaw ruħkom għal dak li rrid jien u mhux bil-kontra. Min-naħa l-oħra, il-libertà f’sens Nisrani tfittex il-ġid ta’ kulħadd u tagħraf li l-ġid tiegħi u tal-oħrajn huma komplimentari, mhux kontra xulxin, jiġifieri, biex inħares il-ġid tiegħi jeħtieġ li nħares ukoll il-ġid ta’ ħaddieħor. M’hemmx wieħed mingħajr l-ieħor. Din il-libertà ma tagħlaqniex fina nfusna imma tiftaħna għall-oħrajn. B’dan il-mod, il-libertà Nisranija tassigura l-ġustizzja, l-imħabba u l-paċi vera.
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
SPEKTRUM Il-Leħen
13
Adrian Strickland Dun Julian Cassar – dungiljan@gmail.com Saċerdot Djoċesan
Bi ftit nobbiltà f’demmu, kollezzjonista u espert tal-Coat-of-Arms, exTerritorial u artist b’talent moħbi, Adrian Strickland illum hu rtirat, imma ħajtu hi mimlija attvità kontinwa, kif sirt naf meta ltqajt miegħu fl-uffiċċju tiegħu f’Hilltop Gardens, in-Naxxar. Bl-isem ta’ Strickland, xtaqt inkun naf mill-ewwel x’jiġi mill-ex-Prim Ministru ta’ Malta, Sir Gerald Strickland — jiġi ħu nannuh. Mabel tiġi l-ewwel kuġina ta’ missieru. Adrian twieled fl-20 ta’ Novembru 1940, f’dar privata tal-maternità fil-Gżira. Beda jattendi l-iskola magħrufa bħala ċ-Chiswick House f’Tas-Sliema minn fejn għadda għal St Edward’s College sakemm kellu 13-il sena. Minn hemm mar l-Ingilterra fejn beda jattendi d-Douai Secondary School fil-Berkshires. Meta ġie lura Malta beda jaħdem mill-ewwel ma’ missieru f’kumpanija talElectronics ‘Charles A. Micallef & Co,’ fejn flimkien ma’ sieħbu Joe Bartolo Parnis, kienu r-rappreżentanti Maltin ta’ Philips. Il-familja Strickland L-ewwel Strickland kien wasal min-naħa ta’ fuq ta’ Franza fi żmien William the Conquerer. L-ewwel wieħed f’Malta kien Walter li wasal fuq bastiment talqlugħ fl-1843, fejn kellu jqatta’ ftit ġranet kwarantina fil-Lazzaretto. Hu kien Kattoliku devot ħafna u meta żżewweġ lil Louisa Bonici, littfal tagħhom kollha għammduhom fil-knisja ta’ San Pawl, il-Belt. Dawn kienu Gerald, li kien il-Prim Ministru Malti bejn l-1927 u l-1932, Paul, li kien saċerdot Ġiżwita talProvinċja Taljana, Walter Jr li miet ta’ 10 snin, Joseph u Charles, li jiġi n-nannu ta’ Adrian. Dawn issubien kollha marru skola Taljana,
magħrufa bħala Mondragone, skola li kienet tilqa’ fiha tfal tan-nobbli. Issa Charles u martu Ella kellhom dawn it-tfal: Walter, Mary, Theresa, Catherine, Roger, George u Gerald, li hu missier Adrian. Gerald iżżewweġ lil martu Matilde Falco minn Turin, u kellhom lil Adrian, Jarrard u Roger. Fl-aħħar nett Adrian iżżewweġ lil Jacqui Micallef fl-1969 u għandhom tlett itfal, Lara, Gerald u Ella, it-tlieta li huma bi tlett itfal, uħud minnhom subien, u għalhekk l-isem Strickland għadu għaddej b’saħħtu. Xogħol u militar Nerġgħu mmorru issa għal meta Adrian beda jaħdem ma’ missieru. Sortunatament ma tantx dam jaħdem miegħu għaliex missieru, li kien uffiċjal tal-Army, kien ukoll dilettant tas-sub-aqua, u anke tal-fotografija taħt il-baħar, għereq fl-1959. Adrian kompla x-xogħol interessanti tal-filming li kien beda missieru, u għalhekk kien jiffilmja diversi avventimenti Maltin fil-bidu tas-snin 60, fosthom iċ-ċelebrazzjonijiet taċCentinarju Pawlin, il-kwistjoni politiko-reliġuża, l-Indipendenza u avvenimenti oħra. Naħseb li rajna ħafna minn dawn il-films fil-Movietone News qabel xi film fitteatri taċ-ċinema. Dak kollu li kien
Adrian Strickland mal-mijiet ta’ kotba li għandu fl-uffiċċju tiegħu d-dar
jiffilmja, kien jibagħtu mill-ewwel l-Ingilterra fejn kienu jipproċessawh u juruh kważi mill-ewwel. Flimkien ma’ missieru u ħutu, Adrian kien membru tat-Territorials. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ilKing’s Own Malta Regiment ġie xolt, imma fl-1953, reġgħu ġew iffurmati għad-dilettanti, biex isiru midħla tal-armamenti, parati, drills u marċijiet. Infatti kienu jsiru ħafna attivitajiet f’Malta f’ambjent militari, li waqfu kompletament fl-1972. Però fl-1967, ir-Reġina Eliżabetta kienet ippreżentat żewġ stendardi lit-territorials, ilQueen’s Colors lil Narcy Calamatta u r-Regimental Colors lil Adrian Strickland. Interess fil-‘Heraldry’ L-interess ta’ Adrian fil-militar u l-armi beda meta ngħaqad marreġiment tat-Territorials, meta beda jiċċekkja dwar uniformijiet,
midalji, u armi li lkoll għandhom storja twila. Ngħidilkom is-sewwa meta urieni ftit mill-Journals li kien iżomm kull meta kien jivvjaġġja, affaxxinajt ruħi biddettall u l-preċizjoni tat-tpinġijiet tiegħu. Bis-sistema ta’ pen-and-ink irnexxielu jiġbor u jpinġi mijiet ta’ coat-of-arms mid-dinja kollha, li mbagħad kien jagħtihom ilkulur bl-akkwarelli. Però minbarra l-armi, kien ipinġi wkoll bi preċizjoni straordinarja palazzi, knejjes, monumenti u postijiet oħra li kien jiltaqa’ magħhom. Adrian spjegali kif it-tarki li kienu jintużaw mis-suldati, kienu jservu għal żewġ skopijiet. L-ewwel nett bħala protezzjoni, u wkoll biex jingħarfu battaljun minn ieħor, u għalhekk kienu jtuhom xi kulur differenti. Minn hawn bdew jiżdiedu d-dettalji, ornamentazzjonijiet u iktar kuluri, u spiċċaw bħala coat-of arms, kif nafuhom illum. Ambaxxatur u Filantropista
Adrian Strickland meta żżewweġ lil Jacqui Micallef fl-1964
Fis-sena 2000, Adrian inħatar ambaxxatur ta’ Malta għall-Olanda fejn għamel 5 snin ta’ xogħol, li jiddeskrivih bħala l-aħjar żmien ta’ ħajtu, u fejn sar midħla tar-Reġina Beatrix, li lilha kien ippreżenta l-kredenzjali tiegħu. Meta spiċċa fl-2005, kien intagħżel bħala l-Ambaxxatur tas-Sena. Barra minn hekk, Adrian hu membru attiv fl-Ordni ta’ Malta, wieħed mill-pilastri ta’ din l-għaqda filantropika li jorganizzaw vjaġġi lejn Lourdes għal dawk morda jew li jgħixu f’dar tal-anzjani. Kien influwenti wkoll biex jibda jorganizza pellegrinaġġi lejn Ta’ Pinu, u waqqaf ukoll il-grupp VOTO (Volunteers Of The Order) biex jikkoordina dawn iż-żjajjar, vjaġġi u pellegrinaġġi tant imfittxija millMaltin u l-Għawdxin u l-morda kollha li jistgħu jivvjaġġaw.
14
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen WIĊĊ IMB’WIĊĊ
Il-pensjoni tat-tieni pilastru Il-progress fil-mediċina u s-servizzi tassaħħa ġabu effetti pożittivi fosthom li l-ħajja li individwu jgħix twalet ġmielha. Iżda dan l-iżvilupp issarraf ukoll f’aspetti li qed jinkwetaw lill-Gvernijiet mad-dinja żviluppata kollha. Forsi l-akbar uġigħ ta’ ras hu l-kwistjoni tal-pensjonijiet. Aktar ma ttul il-ħajja tal-bniedem – u inqas ma jitwieldu trabi – akbar tkun il-problema ta’ kemm il-pensjonijiet se jibqgħu sostenibbli. S’issa hawn madwar erba’ ħaddiema għal kull pensjonant u bit-taxxi li nħallsu l-Gvern ikollu minn fejn iħallas il-pensjonijiet mingħajr diffikultà. Imma aktar ma nibqgħu ngħixu wara li nirtiraw mix-xogħol, anqas il-pensjonijiet se jkunu sostenibbli. Sal-2050 se jkun hemm biss żewġ ħaddiema għal kull pensjonant. Minn fejn se jiġu l-flus għall-pensjonijiet li jridu jkunu ta’ livell li jippermettulna ngħixu mhux ħażin għax hekk drajna? Ilna li ntbaħna li s-sitwazzjoni tal-
Manuel Mangani – manmang@onvol.net Social Worker
pensjonijiet kienet imwiegħra. Xi 15-il sena ilu l-Bank Dinji fetaħ għajnejn il-Gvern Malti u wrieh li s-sistema tal-pensjonijiet kienet waslet f’tarf l-irdum. Il-Gvern ħatar Kumitat biex joħroġ bil-proposti u wara xi snin issistema nbidlet: minflok 35 sena ħlas ta’ kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali, dawk li twieldu mill-1962 ’il hawn irid ikollhom b’40 sena bolol imħallsa. Dan fisser li l-età talirtirar telgħet għal 65 sena. Billi l-Kumitat ried iqis ukoll li min jirtira jkollu dħul xieraq li jippermettilu jgħix kemm jista’ jkun komdu, ippropona wkoll li barra l-pensjoni tal-irtirar ikun hemm żewġ ‘pilastri’ oħra: pensjoni obbligatorja li għaliha jikkonontribwixxu kemm-il ħaddiem kif ukoll min iħaddem (it-tieni pilastru) u l-pensjoni
Għaliex le?
volontarja li għaliha jikkontribwixxi l-ħaddiem biss u l-Gvern jgħinu fit-taxxa (it-tielet pilastru). It-tielet pilastru ddaħħal sentejn ilu. Fuq it-tieni pilastru – dak li dari kienu jgħidulu l-pensjoni tas-servizz – hemm nuqqas ta’ qbil. Fl-2016 l-istess Chairman tal-Kumitat ippropona l-pensjoni tat-tieni pilastru iżda aktar tard qal li kien ikun aħjar li kieku ma ppropona xejn. Dawk li jħaddmu huma, filparti l-kbira tagħhom, kontra li tiddaħħal din il-pensjoni b’mod obbligatorju għax tgħabbi lil min iħaddem b’piżijiet li jista’ ma jkunx jiflaħ għalihom. U l-unions? X’jaħsbu r-rappreżentanti tal-ħaddiema fuq it-tieni pilastru? Tkun idea tajba li tiddaħħal din il-pensjoni? Jew tassew se tkun ta’ piż kbir fuq il-ħaddiema u dawk li jħaddmu li t-tnejn iridu jikkontribwixxu għaliha? Biex iwieġbu din il-mistoqsija tlabna lis-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja u lill-Kap Eżekuttiv talUnion Ħaddiema Magħqudin, Josef Vella.
Nilludu ruħna
Josef Vella
Josef Bugeja
Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers
Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union
Il-UĦM Voice of the Workers għadha tisħaq li għandha tinstab soluzzjoni għall-pensjonijiet. Din il-Union kienet u għadha tissuġġerixxi li tkun applikata l-Pensjoni tax-Xogħol jew, aħjar, il-Pensjoni tat-Tieni Pilastru. Dan biex nissalvagwardjaw il-futur tal-pensjonijiet f’Malta. L-idea wara dan l-istudju hi biex Il-UĦM Voice of the Workers wieħed jindika x’alternattivi hemm tikkontendi li, filwaqt li l-aspett bħala policies biex ikunu applikati tas-sostenibbiltà tqajjem spiss fidskemi għal intrapriżi privati u għal diskussjonijiet dwar il-pensjonijiet, entitajiet pubbliċi. wieħed ukoll għandu jitkellem dwar Il-UĦM Voice of the Workers l-adekwatezza. tibqa’ tippersisti dwar il-Pensjoni Il-pensjoni tal-ewwel pilastru tat-Tieni Pilastru imma ħadd millmhix adekwata. Għalkemm ittieħdu partiti politiċi ma jrid jikkommetti inizjattivi u ġew żviluppati inċentivi ruħu. Il-UĦM qed tisħaq mal-Gvern biex wieħed jidħol fi skemi ta’ biex jikkommetti ruħu u jressaq pensjonijiet privati, jiġifieri il-Pensjoni tat-Tieni Pilastru fuq l-Pensjonijiet tat-Tielet Pilastru, il-mejda tad-djalogu soċjali. Ma hu xieraq li tingħata importanza lil nistgħux nibqgħu ndeffsu rasna skemi għall-ħaddiema li jaħdmu fir-ramel u nippretendu li nistgħu fis-Settur Pubbliku u fis-settur naħarbu din it-tip ta’ pensjoni. privat. Din il-Union tistaqsi: min L-Ewropa xi darba se tħabbtilna mhux qed jaqla’ biżżejjed biex l-bieb u tgħidilna li hemm bżonn ilaħħaq sal-aħħar tax-xahar jista’ nintroduċuha. Il-Pensjoni tat-Tieni jiġi offrut il-Pensjoni tat-Tielet Pilastru għandha tiġi ntrodotta biex Pilastru? Jekk ħaddiem mhux qed il-ħaddiema Maltin u Għawdxin ilaħħaq mal-affarijiet neċessarji jidraw ifaddlu bil-għaqal għal meta tal-familja, għandu flus x’iwarrab jiġu biex jirtiraw. għal skema privata? Il-UĦM tibqa’ tistaqsi għax Fi kliem ieħor, għandu jkun din il-proposta qed tkun skartata hemm skemi li jwasslu għallmill-Gvern mingħajr l-iċken ħjiel Pensjoni tat-Tieni Pilastru fejn ta’ studju fuq kemm hi fattibbli. il-ħaddiem ma jikkontribwixxix Il-politika dwar il-pensjonijiet waħdu imma jkun hemm ukoll ilgħandha bżonn tħares lil hinn kontribuzzjoni ta’ min iħaddem. mill-aspett elettorali. Il-pajjiż Tali skemi għandhom ikunu meta se jiddiskuti l-Pensjoni tatstudjati iżjed. Fil-fatt, il-UĦM Tieni Pilastru jekk mhux illum ikkummissjonat studju, blli l-ekonomija ta’ pajjiżna hi għajnuna ta’ Dr. Philip von b’saħħitha? Jekk tassew inħobbu lil Brockdorff mill-Università ta’ Malta uliedna allura għandna nisħqu biex u ta’ Professur Iain Clacher milldin is-sistema tkun addottata llum Università ta’ Leeds fir-Renju Unit qabel għada biex inħallulhom wirt li biex tkun mistħarrġa l-vijabbiltà jixirqilhom. tal-Pensjoni tat-Tieni Pilastru.
Il-General Workers’ Union dejjem kienet tal-fehma li forom ta’ skemi ta’ pensjoni privata qatt m’għandhom ikunu mandatorji iżda jitħallew b’mod volontarju. Għaldaqstant il-GWU hi kontra li tidħol fis-seħħ il-pensjoni tat-tieni pilastru. l-ekonomija, jinħolqu aktar Bħala Union dejjem sostnejna postijiet tax-xogħol kif ukoll biex li pensjoni waħda kontributorja tinħoloq politika ta’ integrazzjoni u mandatorja tista’ tibqa’ tkun li permezz tagħha kull persuna sostenibbli kemm-il darba barranija f’pajjiżna taħdem u l-ekonomija Maltija tikber u tikkontribwixxi b’mod sħiħ għalltissaħħaħ u titjieb il-qagħda soċjali finanzi tal-pajjiż. tal-poplu. L-introduzzjoni ta’ pensjoni F’dawn l-aħħar erba’ snin privata mandatorja mhux biss hi rajna kif it-tkabbir ekonomiku, piż żejjed fuq il-ħaddiem u min l-inċentivi biex iħeġġu aktar iħaddem iżda wkoll tnaqqas ilnisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol kompetittività tal-pajjiż. Wieħed u l-influs ta’ ħaddiema barranin ma jridx jinsa li l-pensjoni tat-tieni qed iħalli l-frott tant li l-Unjoni pilastru hi addizzjoni mandatorja Ewropea ma baqgħetx titlob li jsir ma’ dak li l-ħaddiema u min qed xi tibdil fis-sistema tal-pensjonijiet iħaddem diġà jikkontribwixxi matul tagħna. Barra minn hekk, tant is-sena. Żieda ta’ piż finanzjarju il-pensjonijiet saru sostenibbli li addizzjonali fuq il-ħaddiema se f’dawn l-aħħar sentejn li l-Gvern twassal għal effetti sekondarji oħra żied u saħħaħ il-pensjonijiet kemm bħalma huma talbiet akbar għal kontributorji kif ukoll mhumiex, żidiet fil-pagi tal-istess ħaddiema. introduċa skema ta’ krediti li tpatti Għaldaqstant, bħala GWU għas-snin nieqsa ta’ kontribuzzjoni nibqgħu nsostnu li l-Gvern għandu soċjali għall-pensjoni tal-irtirar jiggarantixxi li l-pensjoni tal– bħalma huma dawk għal min irtirar tkun ta’ 60 fil-mija tadkompla bl-istudji tiegħu u lilldħul medju f’pajjiżna biex b’hekk ommijiet – kif ukoll saħħaħ l-inil-pensjonanti jkollhom livell ta’ work benefits. għejxien diċenti meta jkunu qed Il-pensjoni tal-irtirar tibqa’ igawdu s-snin ta’ wara l-irtirar vijabbli kemm-il darba l-Gvern mid-dinja tax-xogħol. Jekk naħsbu ikollu dħul stabbli f’dawk li huma li l-pensjoni tat-tieni pilastru hi kontribuzzjonijiet soċjali. Għalhekk s-soluzzjoni ta’ kollox inkunu qed il-GWU tħeġġeġ lill-Gvern biex nilludu ruħna. jaħdem dejjem aktar ħalli jkabbar l-investiment fil-pajjiż, tikber
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
PARROĊĊI Il-Leħen
15
Il-proġett tal-festa 2018 tal-parroċċa Familja Mqaddsa, L-Iklin
Xiri ta’ kompjuters għat-tfal ‘tal-miżbla’ Il-proġett imniedi din is-sena mill-parroċċa Familja Mqaddsa, L-Iklin, se jkun li jinġabru biżżejjed fondi biex mill-inqas tixtri tliet kompjuters u printer għall-missjoni ta’ Sr Ina fi Spittali l-Albanija. Dawn il-kompjuters u l-printer se jkunu qed jintużaw mit-tfal li jaħdmu fil-miżbla ta’ Spittale u li jattendu l-After School Club li waqqfet għalihom Sr Ina. Il-Kappillan tal-parroċċa Familja Mqaddsa tal-Iklin, Dun Keith Bonnici, qal li l-flus meħtieġa biex jinxtraw tliet kompjuters u printer se jkunu qed jinġabru waqt il-ġimgħa tal-festa tal-Familja Mqaddsa. Hu qal li matul din ilġimgħa l-parroċċa se tiftakar fi Sr Ina li ilha tgħix għal dawn l-aħħar għaxar snin fi Spitalle, ħdejn Durres, fl-Albanija. Spittale hu subborg fqir ħafna u hu parti mill-parroċċa tadDumnikani Maltin. Fr Keith żied li n-nies t’hemm jaħdmu fil-miżbla biex jaqilgħu xi ħaġa tal-flus u t-tfal tagħhom ma jmorrux skola biex jgħinu lill-ġenituri tagħhom fil-miżbla wkoll. Is-salarju ta’ kull familja hu ta’ 120 ewro fix-xahar.
Ġenituri flimkien ma’ uliedhom jaħdmu f’waħda mill-miżbliet fl-Albanija
Sr Ina fetħet After School Club għal dawn it-tfal ‘tal-miżbla’ biex hemmhekk jagħmlu l-homework. Imma hi għandha biss kompjuter wieħed u sett tat-televiżjoni. Sr Ina, sostna l-Kappillan tal-Iklin, għandha bżonn tixtri minimu ta’ tliet kompjuters u printer. Il-parruċċani ta’ din il-parroċċa matul il-ġimgħa tal-festa se jiġu mħeġġa jikkontribwixxu għal dan l-iskop. Sadattant, il-ġimgħa tal-festa Familja Mqaddsa se tiġi ċċelebrata
bejn il-Ġimgħa 19 u l-Ħadd 28 ta’ Jannar. It-tema magħżula għal din is-sena hi Kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-Appostli, fl-għaqda ta’ bejniethom u fil-qsim tal-ħobż u fittalb (Atti 2: 42). L-attivitajiet jinkludu Quddiesa u adorazzjoni biex il-Ġimgħa talFesta tħalli frott spiritwali; ikla għall-familji tal-Iklin; Quddiesa għall-koppji li se jiċċelebraw 5, 10, 15, 20, 25, 30, 35, 40, 45 u 50 sena ta’ żwieġ din is-sena; Quddiesa għat-tfal kollha tal-parroċċa;
Quddiesa li fiha jsir talb għal dawk il-familji mill-Iklin li għandhom nies morda fil-familji tagħhom; Quddiesa li matulha l-Kappillan Dun Keith Bonnici jagħti l-Mandat lil-Letturi tal-parroċċa; Quddiesa li matulha l-Kappillan jagħti l-Mandat lid-Distributuri talperjodiku tal-Arċidkjoċesi Flimkien u lill-membri tal-Kunsill Pastorali, tal-Kunsill Ekonomiku, tal-Kummissjoni Djakonija, Koordinaturi Grupp 60 plus, membri tal-Kummissjonijiet tal-Liturgija u tal-Familja u lill-koppji mexxejja tal-korsijiet Tħejjija għaż-Żwieġ talMoviment ta’ Kana. Attivitajiet oħra huma ġurnata ta’ adorazzjoni millkommunità parrokkjali quddiem Ġesù Sagramentat; Quddiesa li matulha l-Kappillan Dun Keith Bonnici jagħti l-Mandat lillMinistri Straordinarji tat-Tqarbin; il-Quddiesa solenni tal-festa; Quddiesa bil-preżentazzjonijiet lill-Familja Mqaddsa tat-trabi li tgħammdu tul is-sena li għaddiet u Quddiesa li fiha jsir talb għan-nisa u l-rġiel mejta tal-parroċċa.
“Jiena magħkom dejjem” Mitt sena parroċċa, Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema Fr Paul Attard Kappillan
Il-Ħamis, 28 ta’ Settembru 2017, il-parroċċa Franġiskana, Madonna tasSacro Cuor, Tas-Sliema, tat bidu għall-festi ċentinarji b’lejla mużiko letterarja. tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesù, l-Omm Il-lejla nfeħet b’diskors tagħna tas-Sema kienet diġà minni ndirizzat lill-komunità tefgħet għajnejja fuq din il-għolja Franġiskana, lir-Reliġjużi, lillf’dawn l-inħawi ta’ Tas-Sliema. għaqdiet soċjali u lill-komunità Mhux is-snin li jgħoddu. parrokkjali. Wara ndaqqu siltiet Mhux il-festi u ċ-ċentinarju iżda mużikali minn Silvio Zammit u l-mirakli u x-xita ta’ grazzji misRamona Zammit Formosa bħala sema li xerrdet f’mitt sena sħaħ! tifħir u ringrazzjament lil Alla. Sar Dan hu li qed niċċelebraw ukoll id-diskors prinċipali tal-lejla bħala parroċċa. Niċċelebraw ilminn Patri Frank Borg OP li hu ferħ li fl-1918 l-ewwel Kappillan wkoll iben l-istess parroċċa. Patri Wiġ Attard OFM mirHu spjega t-tifsira ta’ x’inhi Rabat u l-komunità Franġiskana parroċċa u bħala test għargħexu meta l-knisja Sacro Cuor riflessjoni uża l-ġrajja tal-Vanġelu ġiet maħtura parroċċa! Ferħ u tal-laqgħa tad-dixxipli ta’ Emmaws entużjażmu li rridu nkomplu ma’ Ġesù. Wara ndaqqu siltiet oħra ngħadduh lit-3,860 parruċċani fi u mbagħad saret il-preżentazzjoni ħdan l-1,467 Familja fil-preżent. u l-ispjega tal-logo taċ-ċentinarju Ferħ li rridu ngħadduh lillmill-artist żgħażugħ Għawdxi ġenerazzjoni ta’ warajna! Ferħ li Adonai Camilleri Cauchi. Indaqqu rridu naraw kif se ngħadduh lit-tfal siltiet oħra u fi tmiem is-serata u liż-żgħażagħ li għalihom trid nxtegħlu d-dati tal-anniversarju tkun il-preokkupazzjoni tagħna mal-faċċata tal-knisja. f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet! Qabel ma’ Dun Pawl Vella 145 Kif staqsa l-Arċisqof Charles J. sena ilu erħielha għall-villeġġjatura Scicluna fil-pussess tiegħi: ‘fejn mill-Belt Valletta għal Tas-Sliema; huma ż-żgħażagħ f’din il-knisja’? qabel mal-Patrijiet Franġiskani L-eku tal-Papa Franġisku li ħames snin wara, fit-12 ta’ qal: ‘let us entrust this dream into the Novembru 1881 ħadu f’idejhom hands of Providence’ isib għeruqu dan it-tempju maestuż u qabel fin-nisġa tal-Vanġelu minn fomm ma’ Ġlormu Darmanin ħareġ ilKristu: ‘Jien magħkom dejjem’! kapulavur tal-istatwa tas-Sultana
Kliem ta’ kuraġġ magħżul bħala l-motto għalina li mitt sena wara kellna nduqu dinja sekularizzata. Dinja li qed tara jitfarrku l-valuri Nsara bil-wisq iktar mill-ħerba li ħalliet warajha t-Tieni Gwerra Dinjija! Illum irridu iktar minn qatt qabel inxammru l-kmiem biex inkomplu nibnu pontijiet addattati għall-isfidi moderni li l-ġenerazzjoni moderna qed tħabbat wiċċha magħhom! Ilħarsa tas-Sultana tagħna tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesù llum tisfidana biex noħorġu nfittxu lil dawk li jinsabu fil-periferija! Lil dawk li għal raġuni jew oħra mhumiex jiċċelebraw magħna avolja jgħixu magħna! Fil-ftuħ ta’ dan iċ-ċentinarju, aħna u intom irridu umilment inwiegħdu li se nkomplu nkunu l-leħen ta’ Ġesù li wiegħdna: ‘Jien magħkom dejjem’! U b’wiċċna minn quddiem inkunu nistgħu mmorru quddiem ix-xbieha artistika ta’ Ommna Marija u ngħidulha: Viva dejjem, is-sultana tal-qalb ħelwa ta’ Ġesù. Il-logo taċ-ċentinarju mitt sena parroċċa sar mill-artist Għawdxi Adonai Camilleri Cauchi. Fin-nofs tiegħu naraw forma ta’ qalb. Il-qalb ta’ din il-parroċċa Franġiskana ddedikata lis-Sultana bl-emblema Franġiskana u dik
Marjana. Il-qalb hi mdawra bilward, simbolu ta’ talb u tifħir magħquda flimkien f’armonija, bil-knisja parrokkjali fuq in-naħa ta’ fuq, kartellun żigarella ċelesti bl-iskrizzjoni 100 sena parroċċa, Madonna tas-Sacro Cuor, TasSliema. L-għada tal-bidu tal-festi ċentinarji, jiġifieri l-Ġimgħa, 29 ta’ Settembru, saret Quddiesa konċelebrata mmexxija minn Monsinjur Joe Galea Curmi, ilVigarju Ġenerali, li bbaża l-Omelija tiegħu fuq kwotazzjoni mill-Papa Franġisku dwar kif għandha tkun parroċċa. It-tliet punti kienu: akkoljenza, akkumpanjament u outreach. Tliet punti li fetħu orizzonti tajba ħafna biex fuqhom nibnu programm għal din is-sena ċentinarja fil-parroċċa tagħna. Waqt l-offertorju ġiet ippreżentata l-lampa taċċentinarju. Wara t-Tqarbin, Patri Paul Galea OFM, il-Gwardjan, għamel ringrazzjamenti u stieden il-komunità biex tkanta flimkien l-antifona tal-Madonna. Il-Vigarju bierek u xegħel il-lampa votiva u poġġiha quddiem l-istatwa titulari tas-Sultana tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesù. Din se tibqa’ tixgħel matul din is-sena ċentinarja.
16
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen ITTRI
Qlub nieqsa mill-apprezzament
Is-sengħa tal-kitba tal-Malti In-Nutar Carmelo Lia minn Ħaż-Żabbar, jikteb: Il-Leħen qed tagħmel mill-aħjar biex tgħin studenti li jridu jitħarrġu fil-kitba tal-Malti. L-ilsien Malti hu lsien ta’ poplu żgħir fi gżira żgħira li hi kburija li ghandha lsienha għax gżejjer oħra, akbar minnha, flistess baħar Mediterran, ilsna tagħhom m’għandhomx. Imħabba ċ-ċokon tagħna lsienna bilfors irid jissellef kliem minn ilsna oħra u dan il-kliem barrani sar kliem Malti u jifhmu l-poplu kollu bħal, per eżempju, tajpriter, telefon, televixin, hamberger, cipps, sufflè u tant kliem ieħor li sar parti millilsien Malti.
Din hi l-pożizzjoni tal-Professur Joe Friggieri, il-Kap tal-Akkademja tal-Malti. It-taħwid li jinqala’ jiġri meta awturi u għalliema tal-Malti jużaw kliem bħal “dehumidifikazzjoni”, “awtodefinizzjoni” u kliem barrani li ebda Malti ma juża meta jkun jitkellem. L-istudent meta jara lil min hu akbar minnu qed jesprimi ruħu bilkitba ta’ dan il-kliem li ftit jew xejn jinftiehem, allura jħoss li fil-kitba jdaħħal kliem li jifhmuħ bejniethom iż-żgħażagħ. Hawn tgħaqad ilkawlata. Imbagħad jiġi l-eżami u povri studenti ma jgħaddux għax batuti fis-sengha tal-kitba.
52. Il-knisja tal-Vitorja, In-Naxxar Ħbieb il-Kappelli Maltin
Meta Monsinjur Pietru Dusina żar il-knisja ta’ Santa Luċija, jgħidilna li din kienet tmiss ma’ knisja oħra. Hekk wieħed irid jassumi li l-knisja li kienet tmiss ma’ dik ta’ Santa Luċija kienet dik tal-Vitorja u għalhekk hi antika daqsha. Fin-Naxxar jidher li kien hemm żewġ knejjes oħra li kienu jmissu ma’ xulxin minbarra dawn it-tnejn. Dawn kienu waħda ddedikata lil San Sebastjan u l-oħra lil Santa Margerita li iżda twaqqgħu biex sar Vjal ix-Xogħol. Dan jindika li dawn iż-żewġ kappelli wkoll kienu antiki għaliex jixhdu x-xejra li kien hemm fil-passat. Il-knisja parrokkja meta nbniet ħadet post diversi knejjes li kienu jmissu ma’ xulxin. Il-knisja tal-Vitorja qabel kienet iddedikata lit-Tlugħ isSema tal-Madonna, iżda fl-1594 ġiet iddedikata kif nafuha llum – għat-Twelid tal-Madonna (il-festa hi fit-8 ta’ Settembru). Fl-1618 l-Isqof Baldassere Cagliares jgħid li l-knisja kellha tinbena mill-ġdid għax kienet żgħira ħafna, u hekk reġa’ ġara xi għaxar snin wara. Il-pittura ta’ fuq l-altar kienet turi l-Madonna flimkien ma’ San Ġwann u San Pawl. Fl-1771 żdiedu żewġ kwadri oħra fuq kull naħa tal-kwadru — il-Martirju ta’ San Lawrenz u l-ieħor il-Madonna ma’ San Pawl u San Gejtanu. Il-knisja għandha saqaf troll b’erba’ arkati li jserrħu fuq ċinta li ddur mal-knisja u li jingħaqdu b’xorok u b’ħafna rużuni żgħar li jagħtu dehra
Ritratt: Louis Fenech
hkm.articles@gmail.com
tassew eleganti. Għandha altar wieħed ġo prospettiva ħelwa ħafna. It-titular juri t-twelid tal-Madonna. Fl-1852 l-artal inbidel ma’ dak li kien hemm filknisja ta’ Santa Luċija. Fuq kull naħa tal-altar insibu żewġ niċeċ żgħar bl-istatwi ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin. Xi 40 sena ilu sar xi tibdil fil-faċċata, li fuq kull naħa tal-bieb hemm żewġ niċeċ żgħar, kif ukoll saru l-opramorta u l-pedament. Il-kappella tal-Vitorja għandha faċċata komuni ma’ dik ta’ Santa Luċija. Din il-faċċata kienet inbniet fil-bidu tas-seklu għoxrin, meta nbena wkoll kampnar li qiegħed bejn iż-żewġ kappelli u li jservi għat-tnejn li huma. Għandha bieb kwadru bejn żewġ pilastri ta’ stil Toskan, b’entablatura li fuqha hemm pediment trijangulari maqsum. Aktar ’l fuq naraw gwarniċa rettangolari madwar skrizzjoni u fuqha tieqa żgħira tonda.
Paul Abela mill-Mosta, jikteb: Nirreferi għall-proverbju Ċiniż li jgħid: “jekk trid ferħ ta’ siegħa pprova ħu nagħsa ħelwa… jekk trid ferħ ta’ ġurnata mur fejn il-baħar biex tistagħad… jekk trid ferħ ta’ sena pprova akkwista wirt għani… jekk trid li jkollok ferħ f’ħajtek kollha kkommetti ruħek biex tgħin lil ħaddieħor. Fil-ħajja mgħaġġla moderna ħafna huma dawk li jimpurtahom minnhom infushom biss mingħajr ma jħabblu rashom għal dawk fil-bżonn. Dan għax ma jħossux is-sbuħija tal-paċi vera ta’ meta b’xi mod tipprova tassisti lil ħaddieħor. Ma jħossux il-ferħ sensittiv li jiġi mill-barka ta’ Alla fuq dawk li jissagrifikaw ruħhom ħalli jassistu f`xi bżonn meħtieġ jew fl-apprezzament għall-ġid li jkunu rċivew fil-ħajja. San Pawl stess fl-ittra lil Korintin (12:12-31) iwissi li n-Nisrani veru jidher fl-appostolat tiegħu f’xi ħidma ta’ djakonija. Flistess kmandamenti ta’ Alla nsibu li sitta minnhom huma relatati mal-mod kif għandna nġibu ruħna mal-proxxmu. Fost dawn insibu l-ħames kmandament dwar iddmir tagħna li ngħinu lill-ġenituri u lill-benefatturi b’kull mod possibbli taħt kull ċirkustanza. In-Nisrani li ma japprezzax is-sbuħija tal-assistenza lejn ilproxxmu jkun jixbah lis-sinjur
fil-parabbola tal-fqir u l-għani li ħsiebu biss kien fl-ikel u lbies millaħjar waqt li ma wera ebda ħniena mal-fqajjar Azzru jitkarrab anki għall-frak tal-ikel li jaqa’ millmejda. X’differenza mill-attitudni talmissier (fil-parabbola tal-Iben ilĦali) li mar hu stess jilqa’ lill-ibnu li rah ġej mill-bogħod. Kemm ħassejtni mnikket dan l-aħħar meta saċerdot anzjan f’dar partikulari lmenta miegħi li jħossu qalbu sewda għax minsi mill-istess lajċi u saċerdoti li ħadem magħhom bħala Kappillan f’aktar minn parroċċa waħda. L-istess jista’ jingħad mill-uġih ta’ qalb li jħossu dawk il-ġenituri abbandunati millfamiljari tagħhom stess. Dan jista’ jiġri wkoll fl-istess saqaf tal-familji u fil-kunventi. Kemm tagħmel sens it-twissija ta’ Kristu li b’mod ċar qalilna kif se nkunu ġġudikati fuq l-opri talħniena li nkunu ppratikajna jew warrabna f’ħajjitna. Dmirna għalhekk jitlob biex ngħożżu dejjem is-sbuħija ta’ ħajja mimlija kompassjoni l-aktar lejn dawk kollha li minnhom ma rajniex ħlief ġid. Kien għalhekk f’waqtu l-messaġġ tal-Isqof Mario Grech fil-bażilka San Ġorġ Victoria filfesta tal-Milied dwar id-dmir talInsara biex kulħadd jagħti wiċċ lil min ikun verament fil-bżonn.
Ir-restawr tal-paviment tal-knisja San Pawl il-Belt Valletta Lorenzo Zahra mill-Marsa, jikteb: Tassew kien xieraq li l-paviment tal-knisja pawlina tal-Belt Valletta jkun restawrat. Hawn knejjes oħra fejn hemm lapidi li fihom xogħol artistiku ta’ min jikkurah. Huma xogħol kollu fl-irħam ta’ idejn bosta marmisti Maltin. Għalhekk ħaqqu rikonoxximent. B’xogħol bħal dan lapidi simili jkunu ħafna aktar apprezzati. Nieħu l-okkażjoni ngħid kemm missirjietna kienu japprezzaw dawn ixxogħlijiet. Inżid li meta sar l-artal maġġur ta’ din il-knisja pawlina li nħadem minn giovanni battista minuella fuq disinn ta’ Lorenzo Gafa. Il-benefattur kien Vincenzo Caruana u meta tlesta x-xogħol talab lil mattia preti jeżamina x-xogħol biex jiċċertifika li kien skont id-disinn. Dan juri kemm dawn l-opri kienu fl-attenzjoni. * * *
Karmenu Bonavia u Winston Zahra Xtaqt infakkar lil żewġ ħbieb tiegħi fil-qasam tal-istorja li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem f’dawn l-aħħar ġimgħat. Huma s-sur Karmenu Bonavia u s-sur Winston Zammit. it-tnejn kienu għalliema u riċerkaturi fl-istorja tagħna. Kienu magħrufa biżżejjed għall-kitbiet tagħhom li minnhom kienu jidhru r-riċerki interessanti ta’ xogħolhom. Tislima lejhom billi niftakru fihom fit-talb tagħna.
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
ITTRI Il-Leħen
17
Il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati 2018
Appell tal-Kummissjoni Emigranti dwar l-integrazzjoni tar-refuġjati Għaddew 30 sena minn meta fit-2 ta’ Diċembru, 1987, l-organizzazzjoni tal-United Nations High Commissioner for Refugees (UNHCR) bdiet uffiċjalment ilħidma tagħha f’Malta permezz tal-Kummissjoni Emigranti bħala Operational Partner. Għaddew ukoll 15-il sena minn meta, fl-2002, Malta rat l-ewwel mewġa enormi ta’ persuni jaslu fuq xtutha bid-dgħajjes ifittxu protezzjoni internazzjonali. Kien il-bidu ta’ fenomenu li fetaħ il-bieb għal dik li probabbilment hi l-akbar sfida soċjali u kulturali li ħabbat wiċċu magħha pajjiżna għal ħafna żmien. F’dawn is-snin kollha, ilpoplu Malti kellu l-okkażjoni jara, b’esperjenza diretta, kemm hu veru dak li l-Papa Franġisku jgħid fil-messaġġ tiegħu għallJum Dinji tal-Migranti u Refuġjati ċċelebrat illum li, dwar l-isfida talmigrazzjoni, ‘it-tweġiba komuni tagħna tista’ tiġi artikolata b’erba’ verbi li jsibu s-sisien tagħhom filprinċipji tad-duttrina tal-Knisja: nilqgħu, nipproteġu, nippromwovu u nintegraw’. It-triq li mxejna, bħala poplu, fit-twettiq ta’ dawn il-prinċipji kellha s-sabiħ u l-inqas sabiħ tagħha. Kien hemm u għad hemm min sabha diffiċli jifhem, jew baqa’ ma jridx jifhem, li kull immigrant li jasal f’pajjiżna jfittex l-ażil jew l-għajnuna umanitarja jfisser sfida għas-sens ta’ solidarjetà tagħna. Kien hemm u għad hemm ukoll oqsma fejn il-pass li mxejna bih fl-operat tagħna biex nilqgħu, nipproteġu, nippromwovu u nintegraw seta’ kien jew jista’ jkun iktar imgħaġġel u iżjed effettiv. Madankollu, meta nħarsu lura lejn minn fejn bdejna għandna għax inħossu s-sodisfazzjon li sar ħafna xogħol tajjeb speċjalment fl-oqsma tal-merħba u l-ħarsien li minnu
Jaslu fuq xtutna bid-dgħajjes ifittxu protezzjoni internazzjonali
gawdew eluf ta’ refuġjati u nies f’qagħda li tixbaħ lil dik ta’ refuġjat. Fiċ-ċirkustanzi u r-realtà tal-lum forsi l-ikbar provi li għad għandna quddiemna jolqtu l-prinċipji tal-promozzjoni u l-integrazzjoni. Il-Papa Franġisku jgħidilna li, ‘nippromwovu essenzjalment tfisser li naħdmu b’determinazzjoni biex jiġi żgurat li l-migranti u r-refuġjati kollha, kif ukoll ilkomunitajiet li jilqgħuhom, ikunu mgħejjunin jiksbu l-potenzjal kollu tagħhom bħala persuni fid-dimensjonijiet kollha li jikkostitwixxu l-umanità li jrid ilĦallieq’. F’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess tal-integrazzjoni tar-refuġjati u l-migranti, imbagħad, li tant ilna nisimgħu u nittamaw dwaru, hemm bżonn li lejn din l-isfida nħarsu mil-lenti tal-opportunitajiet li għandha
Aqra u xtarr Robbie Mamo
Henjin intom li tifhmu li riġlejja marru u jdejja jitriegħdu. Henjin intom li tifhmu li widnejja ttarrxu u ma nismagħkomx dejjem. Henjin intom li tifhmu li għajnejja ċċajpru u ħsibijieti tħawwdu. Henjin intom li tafu kemm nifraħ bi tbissima ta’ xi ħadd ta’ ġewwa u daqsxejn ta’ diskursata. Henjin intom li qatt ma tgħiduli: “din smajnieha darb’oħra”. Henjin intom li tifhmu kemm huma għal qalbi t-tifkiriet talimgħoddi. Henjin intom li tafu kemm inħossni waħdi u tiġu tarawni. Henjin intom li tħennu għalija u tgħinuni nimxi l-aħħar biċċa triq lejn l-eternità.
marbuta magħha għal arrikkament interkulturali. Kif jispjega l-Papa Franġisku, l-integrazzjoni mhix assimilazzjoni li twassal għassoppressjoni jew biex dak li jkun jinsa l-identità kulturali tiegħu. Ilkuntatt mal-oħrajn pjuttost għandu jgħin biex dak li jkun jiskopri ‘is-sigriet’ tagħhom, li jinfetaħ għalihom biex jilqa’ l-aspetti validi tagħhom u hekk jagħti sehmu biex isiru jafu lil xulxin aħjar. Dan hu proċess twil li l-mira tiegħu hi li jifforma soċjetajiet u kulturi li jagħmilhom dejjem iżjed rifless tad-doni, f’ħafna forom, ta’ Alla għall-bnedmin. Fi kliem il-Papa Franġisku, dan il-proċess jista’ jitħaffef bl-offerta ta’ ċittadinanza li ma tkunx marbuta ma’ kundizzjonijiet ekonomiċi jew ta’ lingwa u bilfaċilità ta’ regolarizzazzjoni straordinarja għal migranti li jkollhom każ biex jibqgħu fit-tul
fil-pajjiż. Il-Papa Franġisku jtenni l-bżonn li tiġi mgħejjuna b’kull mod il-kultura tal-inkontru billi jitkattru l-opportunitajiet għal bdil interkulturali, biddokumentazzjoni u b’ħidma biex ikunu magħrufa l-metodi t-tajbin għall-integrazzjoni u bl-iżvilupp ta’ programmi maħsuba biex iħejju l-komunitajiet lokali għal proċess ta’ integrazzjoni.
Il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati se jiġi ċċelebrat b’Quddiesa li n-Nunzju Appostoliku, l-Arċisqof Alessandro D’Errico, se jippresiedi fil-knisja tal-Kapuċċini l-Furjana, illum il-Ħadd, 14 ta’ Jannar, fid-9 a.m. Il-Quddiesa se tixxandar dirett fuq TVM2.
L-ittri tagħkom fil-gazzetta
Il-Leħen
L-ittri tagħkom għall-pubblikazzjoni f’Il-Leħen, jistgħu jintbagħtu fi tliet modi 1. bil-posta indirizzati Ittri lill-Editur, Il-Leħen, Istitut Kattoliku, il-Furjana FRN 1441 2. bil-fax fuq numru 2122 5563 3. fl-indirizz elettroniku editur-illehen@akmalta.org Biex jiġu ppubblikati, l-ittri 1. iridu jkunu akkumpanjati bl-isem u l-indirizz sħaħ ta’ min jibgħathom 2. ma jridux ikunu itwal minn 250 kelma Napprezzaw jekk wieħed jibgħat in-numru tat-telefon fejn jista’ jiġi kkuntattjat f’każ ta’ bżonn. Ittri bin-nom-de-plume ma jiġux ippubblikati u l-Editur iżomm id-dritt li jirrifjuta li jippubblika kull ittra li jirċievi u li jqassar kull ittra, basta jżomm is-suġġett tagħha.
18
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen IL-FAMILJA
Gwida ġenerali ta’ kif tista’ tikkonsma l-frott Evita li tixrob te (speċjalment bil-ħalib) wara li tkun ħadt xi frott taċċitru. Dan għax hu magħruf li t-te fih komponenti li jistgħu jassorbixxu l-ħadid sa 64 fil-mija. Għalhekk jissuġġerixxu li mill-inqas għandna nħallu siegħa tgħaddi qabel jew wara l-ikel qabel ma nieħdu t-te. Il-kiwi hi frotta sinjura ħafna fil-vitamina Ċ. Fil-fatt għandha d-doppju milli għandu l-frott taċ-ċitru. Meta tiddeċiedi li minflok tiekol il-frotta, tixorbu bħala smoothie, hu mportanti li tagħmlu int mingħajr żieda ta’ zokkor. Fejn tista’ uża l-frotta bil-qoxra b’kollox biex ma titlifx mill-valur nutrittiv tagħha.
Biċċa stikka tfakkrek biex ittaffi l-uġigħ kemm tiegħek kif ukoll ta’ ħaddieħor
Rigal b’differenza Rita Azzopardi - ritazzopardi@yahoo.com Għalliema fi skola Primarja
M’ilux waqt laqgħa tqassmu dawn ir-‘rigali’ daqsxejn differenti minn rigali li soltu mdorrija nirċievu. Dawn kienu jikkonsistu minn kaxxa mgeżwra sabiħ b’għadd ta’ oġġetti żgħar li nużawhom fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. għandu kollox taħt il-kontroll tiegħu u Għall-ewwel in-nies preżenti jaf int x’għandek bżonn. (Rum. 8, baqgħu skantati mingħajr ma 28). setgħu jifhmu s-sinifikat ta’ dak Stikka: Biex tiftakar tfejjaq ilir-rigal. Imma mbagħad indunaw weġgħat kemm tiegħek kif ukoll ta’ li ma’ dawn l-oġġetti kien hemm ħaddieħor (Kol. 3, 12-14). karta ċkejkna li fuqha kien hemm Lapis: Biex tiftakar tniżżel ilmiktub dan li ġej: Din hi survival grazzji kollha li tak Alla fil-ħajja kit. Biex tużaha sew għandek bżonn tiegħek (Ef. 1, 3). il-Bibbja. Kull oġġett għandu tifsira. Salvauomo: Biex tiftakar li Alla Il-versi ta’ maġenbhom jgħinuk qiegħed hemm biex jgħinek u jsalvak fl-iktar mumenti li jkollok bżonn. (Salm 46, 1). Għalhekk, żomm kalm u uża dan Biċċa puzzle: Biex tiftakar li is-survival kit. mingħajr Alla ħadd u xejn m’hu Ta’ min jagħtiha titwila! komplut (Prov. 14, 20). Toothpick: Biex tiftakar tagħżel Tea bag: Biex kultant tieqaf ftit it-tajjeb f’kulħadd u ma tħarisx biss u tistrieħ waqt li tieħu kikkra te u lejn il-ħażin (Mt. 7, 11). tiftakar trodd ħajr lil Alla għal dak Lasktu: Biex tiftakar li filkollu li għandek (1 Tess. 5, 18). ħajja għandek tkun flessibbli. Alla
Il-frott taċ-ċitru
Il-ħafur Skutella ħafur (oats) meħuda filgħodu bħala kolazzjon tagħtik l-enerġija meħtieġa biex tiffaċċja ġurnata oħra ta’ xogħol jew studju. Il-ħafur hu magħruf ukoll għall-benefiċċji kontra mard bħaddijabete u mard tal-qalb. Minħabba l-kontenut ta’ fibra li fih, il-ħafur hu għodda essenzjali wkoll kontra l-kolesterol.
IR-RIĊETTA TAL-ĠIMGĦA
Għaġina tal-pizza magħmula mill-patata ħelwa Il-patata ħelwa qiegħda ssir popolari f’pajjiżna wkoll. Illum din il-patata qed titkabbar ukoll f’pajjiżna. Tingħaraf millforma daqsxejn goffa tagħha u mill-kulur oranġjo. Hi totalment differenti mill-patata li aħna mdorrija biha. Hi tajba għas-saħħa. Ingredjenti 2-3 patatiet ħelwin imdaqqsa (li jkollok daqs kikkra patata msajra u mgħaffġa) kikkra lewż mitħun kuċċarina baking powder kuċċarina melħ mgħarrfa ħwawar
Metodu Ibda billi ssaħħan il-forn f’temperatura 200C. Sadattant, poġġi borma ilma fuq innar. Għalli l-patata mqaxxra sakemm tara li saret sew. Qattarha mill-ilma u għaffiġha sew. Ġo skutella mdaqqsa ħallat kikkra patata mgħaffġa, il-ħwawar niexfa, il-baking soda, il-lewż mitħun u l-melħ. Ħawwad kollox b’idejk sakemm ittaħlita ssir qisha ballun oranġjo. Iftaħ b’idejk stess din l-għaġina u ħawwarha bl-ingredjenti li tixtieq int. Għaġina tal-pizza magħmula mill-patata ħelwa
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
IL-FAMILJA Il-Leħen
19
Anġli u Bambini (it-tieni parti) Joseph Mangion - josephm@maltanet.net Terapista tal-Familja
Ommi kienet xorta oħra minn dik tal-pupa. Jien kont il-mimmi t’għajnejha tant li kont inġib l-għira lil missieri għax donnu kien beda jaħseb li issa ommi kienet biss moħħha fija u hu waqa’ second. Ommi kienet tinduna minn għajnejh u kienet tassigurah li hi għadha tħobbu ferm aktar issa li għandha dan il-bambin frott ta’ mħabbithom. Mal-ewwel bikja jien kont stmat differenti, qisni l-prinċep eredi “Bambin ħelu tiegħi, kemm inħobbu jien!” qaltli u minn taħt il-għajn sibt ruħi inġebbed imma mhux gażaża tal-flixkun tal-ħġieġ bħal dak tal-pupa imma nerda’ minn sider ommi u hi kollha ħlewwa tmellisli l-ftit xagħar bellusi li kelli. Kont nieħu gost inħoss dik issħana u nerġa’ nisma’ dak it-taħbit ta’ qalb ommi. Qalb ta’ vera omm li tagħraf il-bżonnijiet ta’ binha. Kienet tieħu gost turini li tħobbni u turini xi jfissru l-wens, is-seqda, il-protezzjoni u l-għożża. Kont insarraf għaliha u kont inqatta’ ħin twil fuqha u magħha, tħares lejja u titpaxxa, tfissidni u tgħannaqni magħha tmissni u tbusni u tkellmini b’ħafna ħlewwa “Hawn, bambin sabiħ, x’ġaralu... Bambin ta’ qalbi, kemm inħobbu jien... Int il-bambin tagħna, tafx... Bambinu, miskin għandu l-mimmi hux?” u erħilha togħrokli żaqqi jew tipprova ittaptapli b’ħafna ħlewwa fuq dari biex nitfewwaq jew terġa’ tipprova tisqieni mill-ħalib bnin tagħha għax ikun qabadni s-sulluzzu. Kont noħlom b’għanja ħelwa ta’ leħinha u kliemha ħlejju u dik ittbissimha anġelika tagħha quddiem il-bambin. Jien tifel ormaj kuntent bil-ħajja u nħossni konfidenti bija nnifsi. Naf li jien niswa u nsarraf għax naf li għandi nies li veru jħobbuni u naf li meta kelli bżonnhom sibthom spalla, bastun u faraġ. Naf li nieħu l-affarijiet kif inhuma u tgħallimt li ma nogħtorx jekk niltaqa’ ma diżappunt fil-ħajja. Forsi kif qalet il-pupa jien kelli xortija differenti minn tagħha għax sibt omm li kien jimpurtaha minni u wrietni li tħobbni kif jien mhux biss kif xtaqet li nkun. Nixtieq nintroduċikom ma’ kollega ieħor ta’ din in-nisġa ta’ ġrajjiet qosra meta konna talfisqija. Anġli Jien, proprja ommi, xtaqet tifla fuq żewġt itfal u kieku riedet issemmini għan-nanna Anġla li kienet rabbietha. Wara ż-żmien
tal-ħlas ġejt jien tifel u semmietni Anġlu, bla ġwienaħ u bla raġġiera. Ommi kellha tqala diffiċli bija u għamlet żmien mhux ħażin fissodda u fil-bidu sirt naf li kienet kważi tilfitni, imma mbagħad wara żmien ta’ mistrieħ kollox mar sew sakemm twelidt. Kif qalulha li għandha tifel wiċċha tqarras u l-ħolm kollu li kellha fuq Anġla u l-kuluri roża taru mar-riħ u kollox sar blu anke l-burdati tagħha Mill-bidu kienet omm ambivalenti. F’ħinijiet tridni, tidħakli, ħafna bews u karezzi u ma nilħaqx inqarras wiċċi li ma terfagħnix biex tara x’għandi u drabi oħra lanqas hekk inkun qed nogħxa ma tagħti kasi u donnha lanqas biss tkun trid tarani u kliemha jkun żorr u bla emozzjoni. Quddiem missieri u nies oħra, hi kollha xeni u teatrini ta’ bews, karezzi u tgħanniq u meta nkunu jien u hi biss tkun mara oħra barra ommi. Bil-moħħ ċkejken tiegħi ppruvajt nagħti sens ta’ dan kollu biex forsi nsib ftit loġika imma moħħi ma kienx jagħtini daqshekk. Naf biss li bdejt nitħawwad għax ma nkunx naf x’inhu ġej fuqi jekk hux sħun fietel jew kiesaħ silġ, jekk hux ser naqla’ xi tgħanniqa u bewsa jew għajta jew l-ebda rispons ta’ xejn. Messaġġi kontradittorji wieħed f’wieħed. Qisu xi ħadd kien qed jgħidli inħobbok... ma nħobbokx! Beda jiġri spiss li meta veru jkolli bżonnha għax inkun bil-ġuħ, imxarrab jew muġugħ ma nsibhiex u hi meta tkun tridni jien inkun imdejjaq u ma jkollhiex aptitha tgħallimt inġib ruħi ta’ pastaż imma fl-istess ħin nkun irridha tagħti kasi. Hi minflok tifhimni, tirrabja u tissuppervja u aktar tagħmel biex tinjorani. Jien ma nistax ngħix mingħajrha avolja hi l-għajn tal-uġigħ tiegħi. Naqla’ rejection u bdejt nagħti rejection. Ċirku vizzjuż li t-tnejn dħalna fih imma jien anġlu ċkejken b’moħħ sempliċi, fejn naħrab dak kollu li jbeżżagħni u nfittex il-protezzjoni. Ommi hi ommi li suppost
L-Aħwa LICARI (Lija) IRIS armla ta’ MICHAEL, VICTOR, MARIE LOURDES, JOSEPH B., SR HELENDINA, MARLENE armla ta’ BERNARD, M’DOLORES DIONYSSOPOULOS, ESTHER VELLA BONNICI, PAUL, RUTH AQUILINA u EDWARD jagħtu offerta għall-ispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għar-ruħ għażiża tal-papà tagħhom JOSEPH li miet fil-15 ta’ Jannar 1986. Mulej, agħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.
Issa hi wkoll ma setgħetx issib tarfi u bdejt niqliel u nsir diffiċli biex nieqaf u nistabar
tifhimni u tagħdirni jekk naġixxi b’mod primittiv. Sfortunatament, ommi meta tarani qisu tliftha u ma nistax nieqaf mill-biki u xenati hi aktar tinjorani u jien ħallini nogħxa li kważi naqsam qalbi bil-biki. Naf li ġieli ma jkolli bżonn xejn u xorta sirt nagħmel ix-xenati u nolfoq mill-qalb qisha qiegħda toqtolni. Issa hi wkoll ma setgħetx issib tarfi u bdejt niqliel u nsir diffiċli biex nieqaf u nistabar. Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien u ma narax konsistenza f’ommi aktar bdejt nitlef il-kontroll fuq l-emozzjonijiet tiegħi qisu l-anġlu li qatt ma hu kuntent u donnu għandu bżonn xi ħaġa u ma jistax isibha f’ommu. Jien l-oppost talpupa, l-kollega li tkellmet fil-bidu. Hi tgħallmet iżżomm kollox ġewwa u jien bdejt nitgħallem ma nżomm xejn u nferra’ kollox barra. It-tnejn li aħna ansjużi mhux ħażin, mhux bħal bambin, imma u l-mod kif inħarsu lejn ir-relazzjonijiet hu differenti minn xulxin.
Jien, l-imġiba tiegħi llum hi wkoll xi ftit ambivalenti: ma sarx għandi kwiet f’ġismi, inbati bilburdati u mhux faċli li xi ħadd jifhimni. Pjuttost impulsiv u wara nkun nixtieq nerġa’ niġbed lura diskorsi imma mhux dejjem ikun possibbli. Għandi diversi tikketti tekniċi li issa nġorr kull fejn inkun bħal inbati minn ‘Temper tantrums Oppositional Defiant Disorder, Attention Deficit Hyperactivity Disorder u oħrajn. Ommi diġà ressqitni għand psikjatra biex forsi jagħtini xi ħaġa għall-qilla u l-imqarbezza li għandi. Sirt qisni xifajk żgħir mhux Anġlu tal-presepju. Ma nafx kemm hemm mill-genes għax illum jien hekk! Jew forsi ta’ kif trabbejt u sawwart surti fuq surit ta’ min kien jieħu ħsiebi. Aħna t-tfal nixorbu bħal karta xuga u l-marki jibqgħu fuqna. L-istorja tiegħi mhi xejn ħdejn ta’ dawk sħabi l-Oħrajn.
F’ħarġa oħra:
L-OĦRAJN
Il-ktieb
Kitbiet imżewqa Twemmin, storja, arti u folklor ta’ Rafel Bonnici Calì għall-bejgħ bil-prezz ta’ €10 mill-Bookshop tal-Istitut Kattoliku, Il-Furjana miftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8 a.m sa nofsinhar u mill-4 sas-7 p.m. Ċempel 2123 7031 Dan il-ktieb jittratta, fost oħrajn, il-festi ta’ dari Il-kotba għall-bejgħ huma limitati u d-dħul minnhom se jmur biex jinbeda l-proċess għall-pubblikazzjoni tat-tieni volum ta’ dan il-ktieb
20
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen ĦSIBIJIET
L-ajkla, is-serp u l-inbid ta’ San Ġwann l-Evanġelista Michael Zammit - mpzammit50@gmail.com Eks Assistent Kap ta’ Skola Sekondarja
Normalment lil San Ġwann l-Evanġelista jġibuh bilqiegħda b’ajkla ħdejh waqt li hu qed jikteb l-Ittri u l-Ktieb tal-Apokalissi. L-ajkla tittajjar ħafna fl-għoli u billi għandha vista mill-aqwa tara ’l bogħod. Dan norbtuh mal-viżjoni tal-Apokalissi li l-Qaddis kellu fuq il-gżira Griega ta’ Patmos fejn, skont San Irinew ta’ Lyon, l-Evanġelista kiteb il-Ktieb talApokalissi. Nafu wkoll kemm, bħall-ajkla, San Ġwann jittajjar u jogħla ’l fuq f’kitbietu li hi teoloġikament profonda ħafna. Lil San Ġwann l-Evanġelista ġieli jġibuh ukoll b’kalċi bl-inbid f’idu u minn dal-kalċi jidher ħiereġ serp aħdar. Il-festa ta’ San Ġwann l-Evanġelista ssir fis-27 ta’ Diċembru. Sas-seklu li għadda
kien hawn drawwa li meta tmur ilQuddies f’jum il-festa tiegħu, tieħu miegħek xi fliexken tal-inbid jew cider biex jitbierku. Imbagħad kull darba li fid-dar jinfetaħ xi flixkun minnhom, iferrgħu ftit inbid minn dak il-flixkun imbierek, fi flixkun ġdid. F’xi reġjuni, dan l-inbid (imlaqqam “L-Imħabba ta’ San Ġwann”) jingħata lill-għarajjes nhar it-tieġ tagħhom jew ikun amministrat lill-moribondi bħala sagramentali. It-tradizzjoni ġejja minn storja marbuta malbijografija tal-qaddis: jingħad li waqt li kien Efesu, lil Ġwanni offrewlu tazza inbid bil-velenu. Qabel xorbu, San Ġwann bierek ix-xorb u l-velenu ħareġ mit-tazza taħt forma ta’ serp aħdar.
Il-fjura għan-nanna Rev. John R. Ramsey jgħid li darba persuna tatu warda għallpavru. Tifel qallu: “X’se tagħmel biha dik il-fjura?” Għall-ewwel il-predikatur ma fehemx għalliema fjura kien qiegħed jirreferi, imbagħad qallu: “Jaqaw qed tgħid għal din li għandi mal-pavru?” “Iva, jekk tkun se tarmiha, agħtihieli!” qallu t-tifel. Il-predikatur tbissem u qallu li seta’ jeħodha dak il-ħin stess, iżda qabel staqsih: “X’se tagħmel
biha?” It-tifel ħares lejh u qallu: “Se nagħtiha lin-nanna. Ommi u missieri ddivorzjaw is-sena l-oħra. Għall-ewwel kont qed ngħix ma’ ommi, imbagħad reġgħet iżżewġet u riditni nibda ngħix ma’ missieri. Għamilt xi ftit taż-żmien miegħu, iżda mbagħad qalli li ma setax iżommni aktar u bagħatni għand in-nanna. Kemm tħobbni! Issajjarli u tieħu ħsiebi wisq. Tant hi twajba miegħi li xtaqt nagħtiha dik il-fjura sabiħa li għandek mal-pavru.”
Il-predikatur ma felaħx jitkellem. Għajnejh mtlew biddmugħ. Neħħa l-warda, ħares lejn it-tifel u qallu: “Ibni, qatt ma smajt ħaġa sabiħa bħal din, iżda ma nistax nagħtik din il-fjura għax din mhix biżżejjed. Jekk tħares quddiem il-pulptu, tara bukkett kbir ta’ fjuri. Ħudhom għax in-nanna jixirqilha l-aqwa.” It-tifel qallu: “Kemm hu jum sabiħ dan! Tlabt fjura u qlajt bukkett sħiħ!” Hekk Alla jġib ruħu magħna, bħan-nanna tat-tifel.
‘Full marks’ lis-sewwieqa tat-‘taxis’ Full marks lil dawk il-50 xufier tat-taxis li ta’ kull sena jorganizzaw festa kbira ta’ jum sħiħ lit-tfal fl-istituti. Nistħajjel lil Ġesu jgħidilhom: “Kont l-Istitut u intom ħadtu ħsiebi, ħabbejtuni, ħriġtuni u tajtuni rigali sbieħ.”
Ġesù: l-ispirazzjoni tar-Reġina Eliżabetta Ta’ min itenni kif waqt ilmessaġġ tal-Milied li għadda, ir-Reġina Eliżabetta qalet li Sidna Ġesu Kristu ispiraha kemm fiżżminijiet tajbin kif ukoll f’dawk ħżiena. U żiedet: “We remember the birth of Jesus Christ, whose only sanctuary was a stable in Bethlehem. He knew rejection, hardship and persecution.”
L-ewwel il-fatti San Karlu Borromeo jgħid: “Kun żgur li l-ewwel tipprietka bil-mod kif tgħix. Jekk le, in-nies tosserva li int tgħid ħaġa u tgħix mod ieħor u kliemek iġib biss daħq u ċaqliq ċiniku tar-ras.”
Protesta silenzjuża Waqt il-break ta’ nofsinhar flUniversità ta’ Kalifornja f’Berkeley, għandek issib għadd ta’ persuni li jippruvaw jiġbdu l-attenzjoni għall-kawża tagħhom. Darba kien hemm wieħed li qagħad f’nofs ilfolla u għolla kartellun bil-kliem: “Protesta Silenzjuża”. Xi ħadd taptaplu fuq spallejh u staqsieh: “Għalxiex qiegħed tipprotesta?” U dak għolla kartellun ieħor li fuqu kien hemm miktub: “L-Istorbju”
‘Qaddisin’ Ġieli smajtu bihom dawn il-qaddisin protetturi ta’ xi wħud fostna l-Maltin: San Farfar, San Wikki. San Warrab. San Gerger. San Ħalli.
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
ESPERJENZI Il-Leħen
21
“Ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” Fr Martin Micallef Direttur - Id-Dar tal-Provvidenza
Meta San Pawl fi triqtu lejn Ruma ra l-għarqa flimkien ma’ priġunieri oħra u l-ekwipaġġ kollu sabu ruħhom fuq gżira jisimha Malta. Gżira żgħira f’nofs il-Mediterran. San Luqa li kiteb l-Atti talAppostli u li kien qed jakkumpanja lil Pawlu kien impressjonat blakkoljenza u l-imħabba li biha kienu milqugħha li qal: “Ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28, 2). Hekk jistgħu jgħidu r-residenti tad-Dar tal-Providenza u kull min japprezza l-ħidma li s-Sorijiet tal-Karità wettqu u għandhom iwettqu f’din id-Dar tant għal qalb il-poplu Malti u Għawdxi. Dar li waqqaf f’Malta s-saċerdot qaddis u benefattur kbir tas-soċjetà Maltija Dun Mikiel Azzopardi fl-1965. Is-Sorijiet tal-Karità jew aħjar is-sorijiet Santa Giovanna Antida Thouret ġew Malta fl-1868 u minnufih il-Gvern fdalhom f’idejhom l-orfanatrofji tiegħu li dak iż-żmien kienu l-Belt Valletta. Biż-żmien il-Gvern fdalhom ukoll tliet skejjel żgħar, il-Baħrija, l-Imtaħleb u Birżebbuġa. Issorijiet bdew jieħdu ħsieb ukoll il-Konservatorju Vincenzo Bugeja f’Santa Venera u l-Konservatorju tal-Isqof f’Victoria, Għawdex. Fetħu wkoll skejjel f’Ħal Tarxien, San Ġiljan u l-Gudja. L-akbar ħidma tagħhom kienet fl-isptarijiet fejn fetħu skola għall-infermiera. Fl-1965, meta Dun Mikiel Azzopardi beda l-ħidma biex jibni fis-Siġġiewi l-ewwel dar f’Malta għall-persuni b’diżabbiltà, ħass li ma setax imexxi din id-Dar mingħajr l-esperjenza ta’ xi kongregzzjoni reliġjuża. Bl-approvazzjoni tadDirettur Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija ppreżenta memorandum bi pjan għall-iżvilupp tad-Dar u mar Ruma fejn għamel kuntatti mal-Opera di Don Orione biex jiġu Malta u jieħdu ħsieb ittmexxija tad-Dar. Meta dawn innegozjati fallew hu rrikorra għand Kongregazzjoni oħra dik tas-Servi della Carità (Opera Don Guantella). L-AKM kellha diversi laqgħat anki hawn Malta mas-Superjur Ġenerali, Padre Amado Pudino u diriġenti oħra tal-istess Opra iżda dan it-tentattiv falla wkoll. Kienu avviċinati s-Sorijiet Franġiskani Qalb ta’ Ġesù f’Malta iżda dawn ukoll ma aċċettawx. Wara Dun Mikiel irrrikorra għas-Sorijiet tal-Karità li issa kienu stabbiliti sew fil-ħidma karittatevoli tagħhom f’Malta. Fl-1967 Dun Mikiel kiteb lil Madre Ġenerali f’Ruma Sr Maria Candida Torchino jitlobha li tagħti l-barka tagħha lill-Provinċja Maltija biex tiftaħ komunità
tal-Kongregazzjoni tagħha fidDar tal-Providenza. Il-Madre Ġenerali aċċettat it-talba u tat ilkunsens tagħha lill-Provinċjal ta’ Malta, Sr Angela Maria Corbella. Fil-bidu tal-1968 il-bini talewwel dar li Dun Mikiel semma Villa Monsinjur Gonzi bħala rikonoxximent lill-Arċisqof ta’ dak iż-żmien, Sir Mikiel Gonzi, li ta donazzjoni sostanzjali għal din l-opra kien għoddu lest biex tilqa’ l-ewwel residenti. L-ewwel residenti Fit-12 ta’ Jannar 1968, xahar qabel daħlu l-ewwel residenti f’Villa Monsinjur Gonzi, ilMadre Provinċjali bagħtet komunità żgħira ta’ sorijiet li bdew jgħixu u jippreparaw għal din il-ħidma ġdida fid-Dar talProvidenza. L-ewwel superjura ta’ din il-komunità kienet Sr Maria Assunta Mallia. Magħha kien hemm Sr Alexandra Delazzaio u Sr Agostina Cutajar. Bħala kunvent issorijiet ingħataw binja li sal-1962 kienet tintuża mill-fizzjali Ingliżi billi l-post fejn Dun Mikiel beda jibni Villa Monsinjur Gonzi kien Rest Camp tan-Navy Ingliża. Il-Ħadd 11 ta’ Frar 1968, ilfesta tal-ewwel dehra tal-Madonna lil Bernardette fil-grotta ta’ Masabielle f’Lourdes, Dun Mikiel u s-sorijiet laqgħu l-ewwel tlett residenti f’Villa Monsinjur Gonzi. Fl-24 ta’ Frar ta’ dik issena, imbagħad, ġie ffirmat ftehim uffiċjali bl-approvazzjoni tal-Arċisqof bejn l-AKM u l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Santa Giovanna Antida Thouret biex ilProvinċja Maltija tagħti s-servizzi tagħha lid-Dar. Minn dakinhar sal-lum, din il-komunità baqgħet taqdi lirresidenti tad-Dar b’dedikazzjoni u mħabba kbira. 42 soru taw isservizz tagħhom lir-residenti tul il-ħamsin sena ta’ ħidma f’din id-Dar. Tul daż-żmien is-superjuri ta’ din il-komunità kienu Sr Maria Assunta Mallia, Sr Annunziata Cortis, Sr Cecilia Frendo, Sr Maria Ersilia Mifsud, Sr Madalena Fava, Sr Maria Antida Mifsud u Sr Lorenza Borg. Fl-2003 is-sorijiet tewmin, Sr Madalena u Sr Fortunata Fava li servew lid-Dar bejn l-1982 u l-1994 ingħataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi bħala rikonoxximent għall-ħidma tagħhom. Dan ilpremju beda jingħata kull sena mill-1995 bħala rikonoxximent
L-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-ewwel żjara tiegħu fid-Dar tal-Providenza flimkien mad-Direttur u s-Sorijiet tal-Karità u Fr Lino Cardona, Ġiżwita
pubbliku lil dawk il-persuni li jkunu taw kontribut fil-qasam talpersuni b’diżabbiltà jew fid-Dar tal-Providenza. Fl-1 ta’ Diċembru li għadda waqt il-kunċert annwali mtella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta fil-Konkatidral San Ġwann b’risq id-Dar tal-Providenza dan il-Premju ngħata lillKongregazzjoni Sorijiet Santa Giovanna Antida Thouret bħal rikonoxximent għall-50 sena ta’ ħidma fid-Dar tal-Providenza. Żewġ sorijiet li ilhom jaħdmu fid-Dar tal-Providenza għal numru ta’ snin huma Sr Geswin Mangion li ilha mill-1979 u Sr Bertha Bezzina li ħadmet fid-Dar bejn l-1972 u l-1973 u mill-1992 sal-lum. Sr Bertha tirrakkonta li fil-bidu l-esperjenza kienet iebsa ħafna għaliha però wara ndunat li aktar irċeviet milli tat. “L-apprezzament tar-residenti bit-tbissima tagħhom filgħodu kif iqumu hu ħaġa kbira. Ix-xogħol tagħna kien dejjem mar-residenti. Niftakar żmien meta ma kellniex ħafna carers jaħdmu magħna u dan kien ifisser ħafna xogħol iebes kuljum”. Hi għadha tiftakar lil Dun Mikiel joħloq mar-residenti kanzunetta forma ta’ talba li r-residenti għadhom ikantaw kuljum sallum fil-Quddiesa wara t-tqarbin. L-isbaħ esperjenzi tagħha kemm ilha taħdem id-Dar tal-Providenza kienu meta takkumpanja residenti għal xi pellegrinaġġ f’Lourdes imma żgur li l-isbaħ esperjenza li tibqa’ fil-memorja tagħha kienet meta telgħet flimkien mas-sorijiet l-oħra takkumpanja lir-residenti biex jiltaqgħu mal-Papa Franġisku fil-Vatikan fl-okkazjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar. Dakinhar lill-Papa qaltlu li huma dejjem jitolbu għalih u hu, biex jiċċajta, qalilha: “Non mi fido delle suore”. Sr Ġeswina tgħid li fir-residenti rat ħafna mħabba u sinċerità u dawn il-kwalitajiet fihom kabbruha spiritwalment tant li ġagħluha tħobb iżjed, taċċetta iżjed il-ħajja u tkun aktar paċenzjuża u sinċiera.
Dan kabbarha u għamilha tħossha tibqa’ żagħżugħa minkejja li issa kibret fl-età. Raġel ta’ qalb kbira Sr Ġeswina ħadmet tmien snin mal-fundatur tad-Dar u hi tiddeskrivih bħala raġel ta’ qalb kbira li kien ta’ ispirazzjoni kbira għaliha fil-ħidma tagħha malpersuni b’diżabbiltà. “Kien jimpressjonani li minkejja li kien bniedem kolt ħafna kien kapaċi jinżel għal-livell tagħhom, jara li jkunu kuntenti u li ma jonqoshom xejn. Dun Mikiel kien ifittex dawk il-persuni b’diżabbiltà li l-aktar kienu emarġinati u moħbija. Sr Ġeswina u Sr Bertha jgħidu li d-Dar tal-Providenza dejjem iddipendiet fuq il-providenza biex tista’ taħdem u huma xhieda li l-providenza ta’ Alla qatt ma naqset il-bżonnijiet tad-Dar. Sr Lorenza Borg li tmexxi l-komunità tas-Sorijiet tal-Karità fid-Dar tal-Providenza tgħid li s-sorijiet fuq l-eżempju ta’ San Vinċenz de Paul u l-fundatriċi tagħhom Santa Giovanna Antida Thouret, li tant ħadmu mal-foqra, jagħmlu ħilithom biex quddiem dawk li l-Mulej isejħilhom jaħdmu magħhom ikunu xhieda ta’ mħabba sempliċi u umli. Hu sabiħ li l-bniedem fil-bżonn anki jekk ma jistax jesprimi bilkliem il-gratitudni tiegħu lejn min jagħtih l-appoġġ li jkun jeħtieġ jista’ jgħid f’qalbu l-kliem sabiħ li esprima San Luqa għall-imħabba u l-akkoljenza tal-Maltin wara li salvaw mill-għarqa: “Ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha”. F’ħamsin sena ta’ ħidma marresidenti tad-Dar tal-Providenza s-Sorijiet tal-Karità ddedikaw l-enerġija kollha tagħhom f’għotja sħiħa u disinteressata biex il-persuni b’diżabbiltà li jgħixu fid-Dar isibu ambjent li jirrispetta d-dinjità u d-drittijiet tagħhom. L-eżempju tagħhom ta’ ħidma u ta’ servizz fis-skiet jibqa’ ta’ ispirazzjoni għal kulħadd.
22
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen NOSTALĠIJA
Tifkiriet mid-dinja tax-xogħol (1)
L-ewwel impjieg tiegħi Carmel Portelli - carmport@gmail.com Eks Kap tal-Uffiċċju Elettorali
F’Diċembru tas-sena 1951 kien se jsir eżami għad-dħul ta’ skrivani malR.A.F. Applikajt u flimkien ma’ xi mitejn kandidat ieħor għamilt l-eżami fl-Astra Hall, fl-ajruport ta’ Ħal Luqa. L-Astra Hall kienet mibnija millpriġunieri Ġermaniżi li kienu nġiebu hawn kif spiċċat il-Gwerra. Kienet isservi għad-divertiment tal-personnel tal-R.A.F. u l-familji tagħhom; kellhom ukoll kumpanija teatrali bl-isem tal-Arial Players li kienet famuża għall-pantomima fiż-żmien tal-Milied. Naħseb li minn hemm nibtet ilħajra mid-dilettanti Maltin għal dan il-ġeneru ta’ spettaklu teatrali li llum hu tant popolari fost sezzjoni kbira tal-popolazzjoni. Għall-eżami kellna żewġ karti: waħda Ingliż u l-oħra Matematika. Waqt l-eżami tal-Ingliż, wieħed mill-kandidati, Remiġ Farruġia attivist kbir Laburista li kien joqgħod l-Imsida, qam jipprotesta li l-karta tal-Ingliż kienet twila wisq biex titlesta fil-ħin stipulat. Wara l-eżami tal-Ingliż u l-Matematika kellna interview quddiem tliet Civilian Officers Maltin: Kelly, Sacco u Gruppetta. Waqt l-interview, wieħed minnhom qalli: “Issa int x’taf, ġej mit-Technical School?” Għalkemm ġa kont għaddejt minn ħames suġġetti tal-Oxford ‘O’ Level, dik ir-rimarka ħassejtha bħala insult u sfida. Sfida biex nagħmel ħilti biex nimxi ’l quddiem fil-ħajja u nirbaħ kull ostaklu. Jien, Farrugia u għaxra oħra, fosthom Mario Padovani, għaddejna milleżami. Bdejna x-xogħol fil-bidu ta’ Jannar 1952. Lili bagħtuni l-Headquarters, f’South Street, ilBelt. Meta l-Awtoritajiet tal-R.A.F. saru jafu min hu Remiġ Farrugia poġġewh fuq xogħol li ma kienx ta’ natura sensittiva u konfidenzjali! Il-Gara Katekistika għall-Aspiranti Mario ftit dam mal-R.A.F. għax wara ftit xhur għadda mill-eżami taċ-Ċivil. Jien ma kontx għamiltu dak l-eżami peress li kont ġuvni u l-paga ta’ skrivan mal-R.A.F. kienet ekwivalenti għal dik ta’ Executive Officer fiċ-Ċivil; barra minn hekk
konna naħdmu mit-Tnejn sas-Sibt mis-7.00 a.m. sas-1.30 p.m. biss. Waranofsinhar kont inħobb immur nimxi għal sagħtejn mill-Gżira għall-Imsieraħ, in-Naxxar, ilMosta u lura. Bejn il-5.00 u d-9.00 p.m. kont ikun iċ-Ċirkolu tal-A.K. fejn għaddejt l-isbaħ żmien ta’ ħajti. Hemm kont nieħu ħsieb u nipprepara lill-Aspiranti għall-Gara Katekistika li kienet issir kull sena fuq suġġett li jkun magħżul midDirezzjoni Djoċesana tal-Aspiranti. Fil-Gara, li kienet issir fil-Knisja Parrokkjali quddiem folla kbira, bleżaminaturi jkunu tliet saċerdoti, kien ikun magħżul l-aħjar wieħed mill-grupp li jkunu kkwalifikaw biex jieħdu sehem. Ir-rebbieħ kien imbagħad jieħu sehem fil-Gara Djoċesana li kienet issir fil-knisja ta’ San Franġisk, Strada Rjali, ilBelt, ma’ Aspiranti rebbieħa minn Ċirkoli oħra. Dun Edward Corrado Dak iż-żmien fil-Gżira kien hemm Ċirkoli tal-Irġiel, tan-Nisa, taż-Żagħżagħ u tat-tfal subien u bniet. Kull Ċirkolu kellu l-Assistent Ekkleżjastiku tiegħu. Aħna, l-Aspiranti u l-Ġuvintur kellna lil Dun Edward Corrado, organista fil-Konkattidral ta’ San Ġwann; qassis twajjeb u pulit li kebbes fina l-imħabba lejn il-mużika klassika u operistika. Kien jiġborna fil-kamra tiegħu, fid-dar tal-Kappillan, idoqq
Wieħed mill-aspiranti jwieġeb il-mistoqsijiet tal-eżaminaturi
Il-Kappillan Dun Pawl Galea jippresiedi l-Gara Kateketika Parrokkjali tal-1957. Jidhru wkoll Dun Ġużepp Theuma (xellug) u l-Presidenti taċ-Ċirkoli tal-Ġuvintur u l-irġiel, Tony Bellia u Ġużi Muscat, rispettivament
fuq gramophone diski ta’ Jussi Bjorling, Elizabeth Schwarzkopf u l-preludji u l-korijiet tal-opri. Fuq orgni żgħir li kellu kien jakkumpanjana fil-kant tal-kor tal-Pellegrini tat-Tanhauser, talIskjavi Lhud mill-Mosè ta’ Rossini, Va Pensiero u oħrajn. Mhux kollha kellna vuċi tajba u biċ-ċajt, kultant, kien jgħidilna li qisna baħrin fissakra. Dun Edward ikkompona mużika għal innijiet sagri, fosthom wieħed lill-Madonna tal-Karmnu, u kien jidderiġiena fil-kant waqt funzjonijiet fil-knisja, speċjalment fil-Ġimgħa l-Kbira u fi żmien ilMilied. Mario Padovani Ma’ Mario erġajt iltqajt meta fl-1967 kont trasferit midDipartiment tas-Saħħa għallUffiċċju tal-Prim Ministru fissezzjoni tal-Establishments f’Nru. 90 Triq il-Punent, il-Belt. Minħabba l-kwistjoni tal-Kanal tas-Suez u r-Rundown tas-Servizzi Ingliżi f’Malta kont għamilt u għaddejt mill-eżami taċ-Ċivil f’Jannar tal1963. Mario kien jassisti lis-Sur Ġorġ Borg, is-Segretarju tal-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier. Meta
fl-1970 tela’ l-Partit Laburista fil-Gvern Mario kien trasferit għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet fil-Furjana; minn hemm kien trasferit għall-barriera taż-żrar li l-Gvern kellu f’Ta’ Żuta fil-limiti tas-Siġġiewi fejn ma jagħmel xejn! L-istess kien, u għadu, jiġri lil xi impjegati għolja ma’ kull tibdil ta’ Amministrazzjoni! X’ħasra. Il-kwistjoni tat-tobba Meta fl-1977 qamet il-kwistjoni tat-tobba mal-Gvern Mario kellu żewġt itfal qed jistudjaw idDentistrija fl-Università f’TalQroqq. Biex ma jiqfux mill-kors u jkomplu l-istudji tagħhom, Mario iddeċieda li jbigħ id-dar li kellu f’Tas-Sliema biex bil-flus tagħha jkun jista’ jħallsilhom biex ikomplu l-kors f’università fl-Ingilterra. Bħal Mario kien hemm ġenituri oħra, fosthom it-tabib John Vella tal-Gżira, li kellhom jagħmlu sagrifiċċji kbar biex uliedhom ikomplu l-istudji tagħhom barra minn Malta. Minħabba dik ilkwistjoni, ħafna tobba Maltin u speċjalisti kellhom isiefru biex isibu xogħol barra minn xtutna b’detriment għas-servizz tas-saħħa f’Malta.
L-erba’ eżaminaturi waqt l-istess Gara Kateketika
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
ARTI U KULTURA Il-Leħen
23
Il-knisja l-qadima ta’ Birkirkara
Ġawhra storika li teħtieġ l-attenzjoni Il-Knisja Santa Marija f’Birkirkara, magħrufa aħjar bħala Il-knisja l-qadima teħtieġ attenzjoni kontinwa biex jiġi żgurat li l-istorja tagħha ma tirrepetiex ruħha. Mibnija kmieni fis-seklu sbatax, il-knisja għandha disinn tarrinaxximent attribwit għall-periti Vittorio Cassar u Tommaso Dingli b’dak tal-ewwel jiġi t-tifel talfamuż Gerolamo Cassar. Il-knisja serviet bħala l-knisja parrokkjali ta’ Birkirkara sal-konsagrazzjoni talknisja Santa Liena fl-1745 u wara ma baqgħetx tintuża. Il-koppla tal-knisja u partijiet mis-saqaf waqgħu, probabbilment waqt terremot li laqat lill-gżejjer Maltin fl-1856 u baqgħet fi stat ta’ rovina għal aktar minn seklu. Fl1910 twaqqaf kumitat għar-restawr tagħha. Madanakollu x-xogħlijiet bdew fl-1969 bil-knisja terġa’ ssir knisja parrokkjali fl-2005.
Il-Kappillan Dun Reuben Deguara dawwar lil Charles Azzopardi, il-Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta madwar il-knisja u spjegalu li l-knisja hi mibnija fuq art ratba u li l-erożjoni tal-art ta’ taħt u ċ-ċaqliq strutturali qegħdin kontinwament jiġu mmonitorjati biex jiġi evitat li dan il-monument nazzjonali ta’ grad wieħed jerġa’ jaqa’. Il-kollaborazzjoni tal-Bank of Valletta ma’ din il-knisja tmur lura għall-2012 meta l-Bank għen firrestawr tal-pittura Il-kruċifikazzjoni ta’ Giuseppe Briffa li tinsab f’din il-knisja. Din il-knisja hi ġawhra arkitettonika bi storja ferm ċelebri li jeħtieġ li tiġi protetta u li ssirilha manutenzjoni biex tkun tista’ tkompli titgawda millġenerazzjonijiet futuri u millkomunità li taqdi.
Charles Azzopardi, il-Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing tal-Bank of Valletta malKappillan Dun Reuben Deguara
CD b’innijiet devozzjonali dedikati lil San Leonardu Matul is-sena li għadha kif intemmet l-Għaqda Mużikali San Leonardu ppreżentat il-proġett D Hymns: Digitising, Documenting and Disseminating Kirkop’s musical heritage – a 425th anniversary celebration bl-għajnuna talkomunitajiet kreattivi fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti. l-innijiet devozzjonali kollha Permezz ta’ dan il-proġett, li nafu bihom sal-lum dedikati l-Għaqda Mużikali San Leonardu lill-Patrun San Leonardu. Kienet ħadet l-opportunità biex tiġbor
opportunità unika li l-innijiet jinqalbu b’mod diġitali biex jiġu priservati aħjar, jiġu dokumentati u jkomplu jxerrdu d-devozzjoni lejn San Leonardu. Kien proġett li nvolva ħafna xogħol ta’ riċerka biex illum l-Għaqda Mużikali San
Il-Banda San Leonardo u l-kor waqt l-Akkademja Mużikali fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Kirkop f’Awwissu li għadda
Attività għall-familja kollha
Festa tradizzjonali ta’ San Anton Abbati Knisja San Mark Patrijiet Agostinjani, Ir-Rabat Il-Ħadd, 14 ta’ Jannar fl-10 a.m. Quddiesa mmexxija mill-Provinċjal Fr Raymond Francalanza OSA bl-animazzjoni ta’ Antoine u Daniela u l-Kor San Mark
Leonardu tħaddan numru sabiħ ta’ innijiet devozzjonali. Il-festa 2017 kienet ikkaraterizzata mill-wasla tal-Kranju Mqaddes tal-Patrun San Leonardu flimkien mal-Confrerie de Saint Leonard de Noblat minn Franza. Kien għalhekk li f’għeluq dawn il-festi, l-Banda San Leonardo organizzat Akkademja Mużikali fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Kirkop l-Erbgħa 23 t’Awwissu fejn esegwit dawn l-innijiet kollha. Dawn l-istess innijiet ġew rekordjati b’mod professjonali fi studio. Fl-għeluq ta’ dan il-proġett, l-Għaqda Mużikali San Leonardu fis-sede tagħha nhar l-Erbgħa nehdiet uffiċjalment din is-CD li tinkorpora għaxar siltiet taħt iddirezzjoni mużikali tas-Surmast Direttur Daniel Vella bis-sehem tal-Coro Bel Canto, it-Tenur Charles Vella Zarb, il-Baritonu Alfred Camilleri u l-kantanti Debbie Scerri, Mark Tonna, Sachelle Schembri u Keith Zammit.
Għin lid-Dar tal-Providenza Ibgħat SMS fuq 5061 8922 għal donazzjoni ta’ €6.99
Iż-ŻAK għandha bżonnok fil-ħidma tagħha maż-żgħażagħ
Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Anton Abbati bis-sehem tal-Banda L’Isle Adam u tberik tal-annimali
Ibgħat SMS fuq 5061 8807 għal donazzjoni ta’ €6.99 jew 5061 9248 għal donazzjoni ta’ €11.65
Ikun hemm ukoll tiġrija għat-tfal.
GRAZZI
24
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen IL-KELMA
GĦEJJUN TA’ ILMA FRISK U DEJJEM ĦAJ (16) Sensiela mħejjija kull tieni Ħadd tax-xahar mis-Soċjetà Patristika Maltija
San Ċirillu ta’ Lixandra
It-Tieni Ħadd ta’ matul is-sena (B)
Il-Professur Dun Hector Scerri – hector.scerri@um.edu.mt
L-Ewwel Qari
Il-President tas-Soċjetà Patristika Maltija
Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel (3, 3b-10.19)
San Ċirillu ta’ Lixandra (ċ.370–440) għadda żmien f’ħajja monastika. Fis-sena 412 hu laħaq Arċisqof ta’ Lixandra wara zijuh Teofilu. Ċirillu xorob ħafna mill-karattru ta’ zijuh, l-aktar l-aggressività tiegħu waqt ilpolemika f’kontroversji teoloġiċi. Kontroversja kbira li nqalgħet fil-Knisja kienet l-ereżija Nestorjana li kienet tgħid li filVerb li sar bniedem kien hemm żewġ persuni, persuna divina u persuna umana, b’mod u manjiera li Marija kienet omm Kristu (Christotokos) u mhux omm Alla (Theotokos). Ċirillu ħadha qatta bla ħabel kontra din l-ereżija u kiteb żewġ ittri magħrufa fuq is-suġġett fis-snin 429 u 430 u talab lill-Papa Ċelestinu biex jindaħal f’din ilkwistjoni. Dan laqqa’ Sinodu f’Ruma u ta l-appoġġ lil Ċirillu filwaqt li ċanfar lil Nestorju, l-Isqof ta’ Kostantinopli, biex jirtira t-tagħlim żbaljat. Dan ma tax widen u s-sena ta’ wara tlaqqa’ l-Konċilju ta’ Efesu (431) fejn Nestorju ġie skomunikat u mneħħi minn Isqof. Hu fatt importanti li l-Konċilju ta’ Efesu ma ħareġ l-ebda kredu jew tagħlim uffiċjali għajr li ħa l-ittri ta’ Ċirillu ta’ Lixandra u tahom valur dommatiku. Sadattant, Ċirillu għadda minn bosta inkwiet peress li grupp ta’ 43 Isqof, immexxija minn Ġwanni ta’ Antjokja, irnexxielhom jitfgħuh il-ħabs. Hemmhekk Ċirillu kiteb dokument li fih fisser lillImperatur Teodosju II it-tagħlim korrett u kemm kien mexa sew flimġiba tiegħu. Dan wassal biex Ċirillu jinħeles u jirritorna Lixandra fejn ma waqafx jiddefendi t-tagħlim korrett dwar Ġesù u Marija permezz ta’ diskorsi u ittri. Fost ix-xogħlijiet tiegħu nsibu kummentarji dwar ħafna kotba talIskrittura, opri dommatiċi kontra
F’dak iż-żmien, Samwel kien mimdud fit-tempju tal-Mulej, fejn kien hemm l-arka ta’ Alla. Il-Mulej sejjaħ: “Samwel!” U dan wieġeb: “Hawn jien!” U mar jiġri għand Għeli. “Hawn jien,” qallu, “għalfejn sejjaħtli?” “Ma sejjaħtlekx,” wieġeb, “erġa’ mur imtedd.” U raġa’ mar jorqod. U ssokta l-Mulej isejjaħ: “Samwel!” U Samwel qam u mar għand Għeli u qallu: “Hawn jien! Għalfejn sejjaħtli?” “Ma sejjaħtlekx, ibni,” wieġeb, “erġa’ mur orqod.” Samwel kien għadu ma għarafx il-Mulej, u anqas kienet għadha ma ttgħarrfitlu l-kelma tal-Mulej. U ssokta l-Mulej isejjaħ: “Samwel!” għat-tielet darba. U dan qam, u mar għand Għeli, u qallu: “Hawn jien! Għalfejn sejjaħtli?” U Għeli fehem li l-Mulej kien qed isejjaħ iż-żagħżugħ. U qal lil Samwel: “Mur orqod. Jekk jerġa’ jsejjaħlek, wieġeb: Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qed jisma’.” U Samwel mar jorqod f’postu. U l-Mulej ġie, waqaf ħdejh, u sejjaħ bħal drabi oħra: “Samwel! Samwel!” U Samwel wieġeb: “Tkellem, għax il-qaddej tiegħek qed jisma’.” Samwel kiber, u l-Mulej kien miegħu, u ma ħalla ebda kelma milli qal tmur fix-xejn. Il-Kelma tal-Mulej. Salm Responsorjali Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek!
It-Tieni Qari San Ċirillu ta’ Lixandra
l-polemiċi li nqalgħu, ġabra ta’ 22 omelija dwar il-kristoloġija u għadd kbir ta’ ittri. F’omelija li Ċirillu għamel waqt il-Konċilju ta’ Efesu, hu stqarr: “Insellmulek, Marija, Omm Alla, teżor ta’ ġieħ tad-dinja kollha, dawl li ma jintefiex, dijadema talverġni, xettru tat-tagħlim sewwa, tempju li ma jiġġarrafx, post li lqajt fik lil min xejn ma jesgħu, omm u verġni”. Meta jfisser il-Vanġelu ta’ San Ġwann, jgħid: “Meta l-Verb ta’ Alla, li jagħti l-ħajja, ħa n-natura ta’ bniedem, ġeddidha għall-ġid tagħha u taha ħajja ġdida: innatura ta’ Alla magħquda, b’għaqda tal-għaġeb li ma tistax titfisser, man-natura ta’ bniedem fi Kristu, għamlet in-natura tal-bniedem għajn ta’ ħajja kif kienet għajn ta’ ħajja n-natura ta’ Alla”.
Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin (6, 13c-15a.17-20)
Ħuti, il-ġisem mhuwiex għaż-żina iżda għall-Mulej, u l-Mulej hu għall-ġisem. U Alla qajjem il-Mulej u jqajjem lilna wkoll bil-qawwa tiegħu. Ma tafux li l-iġsma tagħkom huma membri ta’ Kristu? Min jingħaqad mal-Mulej hu ruħ waħda miegħu. Aħarbu ż-żina! Kull dnub li wieħed jagħmel hu ’l barra minn ġismu, iżda min jagħmel iż-żina jkun qed jidneb kontra ġismu stess. Jew ma tafux li ġisimkom hu tempju tal-Ispirtu s-Santu, li jinsab jgħammar fikom, li għandkom minn Alla? Ma tafux li intom m’intomx tagħkom infuskom? Bil-għoli kontu mixtrija! Mela agħtu ġieħ lil Alla permezz ta’ ġisimkom. Il-Kelma tal-Mulej. Hallelujah. Hallelujah. “Sibna l-Messija:” Il-grazzja u l-verità seħħu permezz tiegħu. Hallelujah!
L-Evanġelju Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann (1, 35-42)
F’dak iż-żmien, Ġwanni, kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla.” Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù. Ġesù dar u rahom mexjin warajh, u qalilhom: “Xi tridu?” Iżda huma staqsewh: “Rabbi” - li tfisser, Mgħallem - “fejn toqgħod?” Hu weġibhom: “Ejjew u taraw.” U marru miegħu u raw fejn kien joqgħod, u dakinhar baqgħu miegħu. Kien ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar. Wieħed mit-tnejn li semgħu x’kien qal Ġwanni u marru wara Ġesù kien Indrì, ħu Xmun Pietru. L-ewwel ma għamel mar isib lil ħuh Xmun, u qallu: “Sibna l-Messija” - li tfisser Kristu. U ħadu għand Ġesù. Ġesù ħares lejh u qallu: “Int Xmun, bin Ġwanni. Int tissejjaħ Kefa” - jew Pietru. Il-Kelma tal-Mulej.
IL-MISSJONI L-KBIRA tagħti offerta għall-ispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għall-erwieħ għeżież tas-saċerdoti mejtin tal-MISSJONI L-KBIRA. Mulej, agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
IL-KELMA Il-Leħen
25
Ir-riflessjoni tal-Vanġelu miġbura miż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika It-Tieni Ħadd matul is-sena (Ġw. 1, 35-42)
Qed tersaq lejn Ġesù permezz tat-talb personali u l-Ewkaristija? Probabilment int li qed taqra din irriflessjoni għandek smart phone u għalhekk taf kemm permezz ta’ din it-teknoloġija qed jirnexxilna nagħmlu affarijiet differenti. Nisserfjaw fl-internet, niċċetjaw, inħallsu kontijiet, naqraw l-aħbarijiet, nilagħbu, inżommu aġġornat l-midja soċjali differenti u tant affarijiet oħra. Eh iva... nistgħu wkoll nirċievu jew nagħmlu telefonati! Meta tirċievi telefonata jkollok għażla. Jekk jidher l-isem tal-persuna li ċemplitlek u forsi wkoll ir-ritratt ikollok għażla jekk tweġibx lill-persuna jew le. Jekk in-numru ma jkunx storjat fl-address book għax ma tkunx taf il-persuna jew tkun ilek ma’ tiltaqa’ mal-persuna, jidher biss in-numru. Għalhekk
Fr Reuben Gauci
iktar u iktar taħsibha darbtejn biex twieġeb dik it-telefonata. Kull persuna rċieva xi ‘telefonata’ mingħand il-Mulej. Il-mistoqsija hi: ilkoll nagħrfuh in-numru tiegħu? Il-preżenza ta’ Ġesù qiegħda fl-address book ta’ ħajjitna? Qed insiru aktar familjari ma’ Ġesù matul ħajjitna? Ġwanni l-Battista għaraf lil Ġesù u billi kien jaf li hu l-Messija, għarraf lid-dixxipli li kienu miegħu biex jitilqu minn miegħu u jmorru wara l-“Ħaruf ta’ Alla”. Il-Battista qal lid-dixxipli li Ġesù hu l-persuna vera li kellha ssalva lillbniedem mid-dnub jiġifieri minn dak kollu
li jbiegħed lill-bniedem minn ma’ Alla li hu Mħabba. Id-dixxipli telqu wara Ġesù u fil-Vanġelu ta’ San Ġwann Ġesù jitkellem għall-ewwel darba permezz ta’ mistoqsija: “Xi tridu”? Iddixxipli xtaqu li jkunu jafu aktar u għalhekk Ġesù stedinhom biex jmorru warajh u jqattgħu ħin miegħu. Dan hu l-mod kif insiru aktar ta’ Ġesù u nsiru nixbħuh. Imbagħad bl-eżempju u blesperjenza tagħna tal-Imgħallem nħeġġu lil ħaddieħor jiltaqa’ ma’ Ġesù bħalma għamel Indri ma’ ħuh Pietru. Int qed tersaq lejn Ġesù permezz tat-talb personali u l-Ewkaristija biex imbagħad tkun tista’ tħeġġeġ lill-ħaddieħor jersaq lejn Ġesù?
Iż-żwieġ sagrament (2)
Se niżżewweġ, ara se titgħallaq? Patri Pawl Cremona, Dumnikan – paulcremona@gmail.com Arċisqof Emeritu
Dan kollu ġie rifless fl-istorja tal-bnedmin. Bidlu dan il-pjan ta’ Alla ma’ ħsibijiet oħra. Ħa naraw x’qed jiġri fi żminijietna. Jien mhux qed nagħmel dan b’akkuża personali iżda bħala riflessjoni fuq il-konsegwenzi fuq is-soċjetà. Il-Papa San Ġwanni Pawlu II kiteb fl-Ittra Appostolika tiegħu Tertio Millennio Adveniente (10 ta’ Novembru, 1994) li l-Knisja mhix qiegħda hemm biex tiġġudika (il-ġudizzju jsir iżda minn Alla), iżda biex issalva. In-Nisrani hu tenut li jħobb lil kulħadd bħala xbieha ta’ Alla indipendentement mill-kundizzjonijiet jew l-għażliet personali tal-ieħor jew l-oħra. IlKnisja għandha l-missjoni tagħha li turi t-triq — f’dal-każ fuq iż-żwieġ u l-familja — skont il-pjan ta’ Alla. Jien mhux se nitkellem fuq realtajiet, għażliet u għemejjel personali għax dawn l-għażliet differenti qed nagħmluhom bħala pjan sħiħ għas-soċjetà kollha. Sintendi kien hemm (u għad hemm, għalkemm naqsu) preġudizzji fuq dawn il-minoranzi, bħal persuni gay u transgender. L-ebda Nisrani veru (u l-ebda bniedem) ma’ jista’ qatt jiġġustifika dan l-aġir tiegħu quddiem Alla. Il-Knisja temmen li anki dawn il-minoranzi għandhom
ikunu rispettati fid-drittijiet tagħhom. Tajjeb li s-soċjetà tagħraf mhux biss x’inhu li ksibna biex inkunu naqblu mad-dinja ta’ madwarna iżda tajjeb li naħsbu wkoll x’inkunu qed nitilfu. U fuq dan nagħmlu riflessjoni dwar liema pjan se jagħmel l-aktar ġid lis-soċjetà. Fuq id-dinjità tal-persuna, l-aktar il-mara. Ħafna drabi l-mara tiġi ppreżentata bħala ‘oġġett’ biss tal-pjaċir tar-raġel: pornografija, prostituzzjoni, traffikar ta’ nisa minn pajjiż għall-ieħor. Illum qed jinbtu fostna l-Gentlemen’s Clubs. Qabel konna ngħidu li bniedem jistħoqqlu t-titlu ta’ gentleman għax hu bniedem ġentili u jirrispetta lil kulħadd. Illum bniedem li jmur fil-klabb biex jisfrutta n-nisa jista’ jissejjaħ kollox iżda mhux gentleman! Hi misnomer kbir kif qed jitkellmu fuqhom organizzazzjonijiet tan-nisa. Żdiedet ħafna l-promiskwità qabel iż-żwieġ, fiż-żwieġ u wara ż-żwieġ. Żgur li l-pornografija — anki dawk il-programmi jew stejjer li juru l-mara bħala oġġett
IL-MISSJONI Ż-ŻGĦIRA tagħti offerta għall-ispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-mejtin tal-MISSJONI Ż-ŻGĦIRA. Mulej, agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.
Bdiet l-ideoloġija tal-gender pjuttost f’kuntest ta’ żwieġ li jkun miftuħ għal kull relazzjoni
jew li l-att sesswali jippreżentawh mingħajr ir-responsabbiltà tiegħu — tifforma l-mentalità l-aktar taż-żgħażagħ. Mhux faċli mbagħad li tkun għext ħajtek b’dawn l-ideat fuq il-mara bħala oġġett li tasal biex tħares lejn il-mara bħala persuna li kapaċi tagħmel relazzjoni ta’ mħabba dejjiema magħha. Importanti li nirriflettu fuq din irrealtà għax il-midja tant hi qawwija li ma tħalliniex naraw l-effetti li tħalli fuqna. Ir-‘rivoluzzjoni sesswali’ (b’mod speċjali dik immexxija minn Marcuse u Reich fis-sittinijiet), ma ġabitx libertà pożittiva lill-mara iżda skjavitù oħra. L-idea ta’ ‘mħabba’ fiżżwieġ: Kultant tkun dominazzjoni minn parti lejn l-oħra li kultant twassal għall-vjolenza, fiżika jew emozzjonali, li ħafna drabi tkun ilmara l-vittma tal-abbuż. Ir-rabta ta’ bejniethom: Fis-
soċjetà tagħna iktar jiġi aġevolat ittmiem tal-għaqda ta’ bejniethom, bħad-divorzju, milli għajnuna biex tkompli sseħħ l-għaqda dejjiema. Dan kollu hu ta’ detriment għallparti li titħalla weħidha — ħafna drabi l-mara — u għat-tfal. It-teorija tal-gender: Din qed tiġi imposta fuq is-soċjetà tagħna kollha bħala l-‘mudell’ ta’ kif inħarsu lejn is-soċjetà u mhux biss bħala aċċettazzjoni u rispett lejn l-għażliet ta’ wħud fostna. Din tmur direttament kontra l-pjan ta’ Alla minbarra li ġġib tfixkil fis-soċjetà għax tmur kontra dak li jidher min-natura stess talbniedem, raġel u mara. Nibża’ li bdiet din l-ideoloġija tal-gender pjuttost f’kuntest ta’ żwieġ li jkun miftuħ għal kull relazzjoni u mbagħad twessa’ għarrealtà kollha. Dan kollu jmur kontra n-natura stess kif iffurmat ruħha jew kif Alla ħalaqha.
26
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen TIFKIRIET
B’tifkira għażiża ta’ JOAN DEBONO li marret tiltaqa’ mal-Mulej fl14 ta’ Awwissu 2017, fl-età ta’ 54 sena. Qatt minsija minn żewġha Leonard, bintha Sarah Jane, ommha Mary u missierha Robert, omm ir-raġel Lilian u missieru Victor, ħuha Eric, oħt ir-raġel Victoria u żewġha Frank, in-neputijiet Annabelle, Christian u Andrew, bosta qraba u ħbieb. B’tifkira għażiża ta’ ROSINA MUSCAT millĦamrun li mietet fit13 ta’ Ġunju 1998. Qatt minsija minn uliedha Lina u Maryanne u żwieġhom, Frans l-armel ta’ Christina, neputijiet, qraba u ħbieb.
B’tifkira għażiża f’għeluq il-ħames snin mill-mewt ta’ CARMEN GAUCI, ex-Headteacher, minn Kerċem, Għawdex, li ġrat fid19 ta’ Jannar 2013. Imfakkra b’għożża kbira u qatt minsija minn ħutha, neputijiet, qraba u ħbieb.
B’tifkira għażiża ta’ TONI BORG millBelt Valletta, Terzjarju Dumnikan u exSagristan tal-parroċċa ta’ San Duminku, li miet fis-16 ta’ Jannar 1999, fl-għomor ta’ 91 sena. Qatt minsi minn uliedu kollha, l-irġiel u n-nisa tagħhom, neputijiet, kuġini, qraba u ħbieb. Se jsir diversi quddies għal ruħu. B’tifkira għażiża ta’ JOSEPH LICARI minn Ħal Lija, li miet fil-15 ta’ Jannar 1986. Qatt minsi minn uliedu, fosthom Sr Helendina ta’ St Joseph, in-nisa u l-irġiel tagħhom, neputijiet, qraba u ħbieb. B’tifkira għażiża f’għeluq it-tmienja u ħamsin sena mill-mewt ta’ MONSINJUR ANTON VELLA ex-Arċipriet talParroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, li miet fil15 ta’ Jannar 1960. Qatt minsi min-neputijiet, qraba u ħbieb. B’tifkira għażiża f’għeluq l-erbgħa u tletin sena mill-mewt ta’ EVELYN CAMENZULI minn Raħal Ġdid, li mietet fil-15 ta’ Jannar 1984. Qatt minsija minn ħutha u l-familji tagħhom. Se jsir quddies b’suffraġju għal ruħha. B’tifkira għażiża f’għeluq it-tnejn u tletin sena mill-mewt ta’ FRANCESCO MICALLEF mill-Birgu, ex-Soċju tal-Museum, li miet fis16 ta’ Jannar 1986. Qatt minsi mill-familja ta’ oħtu Antonia u ta’ ħuh Lorenzo, qraba u ħbieb.
B’tifkira għażiża f’għeluq l-ewwel sena mill-mewt ta’ PAUL CACHIA mir-Rabat, Malta, li mar jiltaqa’ mal-Mulej fit-12 ta’ Jannar 2017, fl-għomor ta’ 64 sena. Qatt minsi minn martu Julie, uliedhom Maria u żewġha Chris, Paul, Joseph, in-neputijiet Angie, Zac u Beppe, oħtu Annie, omm ilmara Tereż, bosta qraba u ħbieb. B’tifkira għażiża f’għeluq it-tnax-il sena mill-mewt ta’ VIRGINIA BONAVIA mill-Mosta u li kienet toqgħod B’Kara, li marret tiltaqa’ malMulej, fit-12 ta’ Jannar 2006, fl-għomor ta’ 69 sena. Qatt minsija minn ħuha Joseph, in-neputijiet David u James li jinsabu l-Awstralja, Emanuel armel ta’ Tessie Parnis, kuġini fosthom Monsinjur Norrie Bonavia, qraba u ħbieb.
B’tifkira għażiża f’għeluq il-ħdax-il sena mill-mewt ta’ MARY SCHEMBRI. Qatt minsija minn żewġha Frank, uliedhom Andrè u Yvette u r-raġel Ivan, ħutha, neputijiet, qraba u ħbieb.
B’tifkira għażiża f’għeluq is-sebgħa u tletin sena mill-mewt ta’ CARMEL GRIMA miż-Żejtun, li miet fid-19 ta’ Jannar 1981, fl-għomor ta’ 77 sena. Qatt minsi minn uliedu Ġemma u żewġha Joseph Brownrigg u minn uliedhom Rowena, Donald u Ingrid, minn ibnu Charles u martu Maria, neputijiet, qraba u ħbieb. B’tifkira għażiża f’għeluq it-tlettaxil sena mill-mewt ta’ MARIA CAMENZULI mill-Belt, li ġrat fit13 ta’ Jannar 2005, flgħomor ta’ 88 sena. Qatt minsija minneputija Vivienne u r-raġel tagħha Edwin, qraba u ħbieb.
B’tifkira għażiża ta’ M’DOLORES AGIUS minn B’Kara, li marret tiltaqa’ mal-Mulej fis17 ta’ Lulju 2017, flgħomor ta’ 98 sena. Qatt minsija minneputijiet fosthom Karmenu, Eileen u Speranza, qraba u ħbieb u sħabha l-membri tal-Museum.
B’tifkira għażiża ta’ CARMELA BORG li mietet fis-17 ta’ Jannar 1994, flgħomor ta’ 71 sena u ta’ żewġha JOHN MARY BORG mir-Rabat, li miet fit8 ta’ Ottubru 1990, fl-għomor ta’ 69 sena. Qatt minsija mis-seba’ wliedhom, l-irġiel u n-nisa tagħhom, neputijiet, qraba u ħbieb.
B’tifkira għażiża ta’ URSOLA MANGION minn Ħal Qormi f’għeluq is-sentejn li ngħaqdet mal-Mulej fil-15 ta’ Jannar 2016, fl-għomor ta’ 64 sena. Imfakkra b’tant għożża minn ħutha Sr Maria O.P., Carmen, Gaetana, Joseph, Nazzareno, Liliana armla ta’ John, Sebastian, Dun Ġorġ, Sam u Karmenu, il-familji tagħhom, neputijiet fosthom Fr Mario Mangion, helpers talparroċċa ta’ San Bastjan, kuġini u ħbieb.
B’tifkira għażiża ta’ PAWLU DEGUARA li mar jiltaqa mal Mulej fit-23 ta’ Diċembru 2016 fl-għomor ta’ 94 sena u ta’ martu MARIA DEGUARA li ħalliet din id-dinja fl-24 ta’ Ottubru, 2006 flgħomor ta’ 89 sena. Qatt minsi min ibnu Joe u martu Frances, min-neputi Emanuel u martu Edith Maria, Martin, neputijiet, bosta qraba u ħbieb.
B’tifkira għażiża ta’ GIORGINA ZAMMIT minn Santa Venera, li mietet fid-19 ta’ Marzu 2012, fl-għomor ta’ 87 sena. Qatt minsija minneputijiet Mary Rose u Frederick, Josette, Violet, Raymond, Wilfred u Valerie armla ta’ Lino u l-familji tagħhom, qraba u ħbieb.
B’tifkira għażiża ta’ BEATRICE BORG li mietet fit-13 ta’ Ottubru 2003, fl-għomor ta’ 87 sena u ta’ żewġha JOSEPH BORG li miet fis-7 ta’ Awwissu 1986, fl-għomor ta’ 71 sena, it-tnejn minn Santa Venera. Qatt minsija minn uliedhom Mary Rose u Frederick, qraba u ħbieb.
TAGĦRIF Illum il-Ħadd, 14 ta’ Jannar Jum il-Migranti u r-Refuġjati Fil-knisja parrokkjali tal-Qawra fid-9.30 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-bidu tal-Viżta Pastorali f’din il-parroċċa Fil-knisja Santa Tereża, Birkirkara, fil-5 p.m., talb għallvokazzjonijiet Karmelitani Tereżjani u wara Quddiesa Għada, it-Tnejn, 15 ta’ Jannar Fis-Santwarju Madonna TasSamra, Il-Ħamrun fil-11 a.m., adorazzjoni u f’nofsinhar Quddiesa It-Tlieta, 16 ta’ Jannar Fil-kappella San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ, mill-10 sal-11 a.m., adorazzjoni L-Erbgħa, 17 ta’ Jannar Fil-knisja parrokkjali Marija Annunziata, Ħal Tarxien, fid-9.30 a.m., adorazzjoni Fiċ-Ċentru Parrokkjali, Santa Venera, fid-9.15 a.m., laqgħa talAzzjoni Kattolika Fil-post nru 51 Tarxien Road, Ħal Tarxien, mid-9 a.m. sa nofsinhar, bazaar b’risq ilFondazzjoni St Jeanne Antide Il-Ħamis, 18 ta’ Jannar Fil-kappella Madonna Ta’ Pompej (Sorijiet Dumnikani), Victoria, mill-10 sal-11 a.m., adorazzjoni. Fid-Dar Parrokkjali fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, mid-9.30 sal-10.30 a.m., laqgħa għall-irġiel anzjani Il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar Fl-istitut Ġesù Nazarenu, Iż-Żejtun, mill-10 sal-11 a.m., adorazzjoni Fil-bażilka Twelid tal-
Verġni Marija, fl-Isla, fis-6.30 p.m., l-Arċisqof imexxi Servizz Ekumeniku Djoċesan Fil-knisja Sant’Anna, Marsaskala, fis-7.30 p.m., illaqgħa ta’ talb u evanġelizzazzjoni Ejjew Għandi li tinkludi taħdita, adorazzjoni u talb għallfejqan. Kulħadd hu mistieden jattendi u min imur hu mħeġġeġ jieħu miegħu għotjiet ta’ ikel biex jingħataw għall-karità Is-Sibt, 20 ta’ Jannar Fil-kappella tal-Little Sisters of the Poor il-Ħamrun, fid-9 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-komunità tas-sorijiet flokkażjoni taż-żjara tal-Madre Ġenerali tagħhom Maria del Monte Auxiliadora. Fil-knisja Ragħaj it-Tajjeb, f’Taċ-Ċawla, fit-8 p.m., lejl ta’ adorazzjoni li jibda bil-Quddiesa u jkun hemm Quddiesa oħra f’nofs il-lejl Il-Ħadd, 21 ta’ Jannar Fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Luċija, fis-6.30 p.m., l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l-pussess lill-Kanonku Dun Joseph Mizzi bħala l-Kappillan ilġdid tal-parroċċa Fis-santwarju Madonna talMellieha, fis-7 p.m., adorazzjoni Fil-knisja Santa Tereża, Birkirkara, fil-5 p.m., talb għallvokazzjonijiet Karemlitani Tereżjani u wara Quddiesa Fit-Teatru tal-Junior College, l-Imsida, fis-7 p.m., ir-raba’ kunċert tal-istaġun organizzat mill-Istitut Kulturali Malti. Kulħadd mistieden għall-kunċert. Fil-bieb tkun mitluba donazzjoni biex tkopri parti mill-ispejjez u l-użu tat-teatru
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
TAGĦRIF Il-Leħen
It-Tnejn, 22 ta’ Jannar Fil-knisja Ragħaj it-Tajjeb, Victoria, fis-6 p.m., Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fl-okkażjoni tat-12-l anniversarju mill-konsagrazzjoni talIsqof Mario Grech Fil-kripta San Bastjan, Ħal Qormi, mill-10 sal-11 a.m., adorazzjoni
It-Tlieta, 23 ta’ Jannar Fiċ-Ċentru Pax et Bonum IlMosta, wara l-Quddiesa tad-9 a.m., adorazzjoni
L-Erbgħa, 24 ta’ Jannar Fil-kappella tas-Sorijiet Franġiskani, Victoria, fil-5 p.m., Quddiesa għall-operaturi fil-midja flokkażjoni tal-festa ta’ San Franġisk ta’ Sales Fiċ-Ċentru Parrokkjali, Santa Venera, fid-9.15 a.m., laqgħa talAzzjoni Kattolika
L-Akkademja tal-Malti
Il-preżenza talilsien Malti filproġetti kirografiċi u Semjotiċi ta’ William Wolkowski Taħdita pubblika minn Dr Mario Cassar f’Dar l-Ewropa, il-Belt Valletta, il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar fis6.15 p.m. Il-kirografija hi l-istudju talarti tal-kitba bl-idejn bħala għodda espressiva u li għaldaqstant għandha dimensjoni estetika daqskemm semjotika. William Wolkowski hu professur Franċiż-Pollakk li ħakem l-arti tal-kirografija u li bħal skriba medjevali jfittex jagħti kulur, timbru u karattru lil dawk it-testi li jagħżel jinterpreta. Mill-1987 ’il hawn espona l-kollezzjonijiet kirografiċi tiegħu fi sbatax-il pajjiż differenti. F’dawn ix-xogħlijiet kultant jitfaċċaw anki kontribuzzjonijiet bil-Malti. Interpretazzjonijiet kirografiċi ta’ poeżiji sa jidhru għall-ewwel darba waqt din it-taħdita. Jekk jogħġbok irreġistra ruħek li se tattendi billi tibgħat email fl-indirizz elettroniku: info@ akkademjatalmalti.org Għal raġuni ta’ sigurtà uri l-karta tal-identità fil-bieb prinċipali ta’ Dar l-
Fil-post nru 51 Tarxien Road, Ħal Tarxien, mid-9 a.m. sa nofsinhar, bazaar b’risq il-Fondazzjoni St Jeanne Antide
Il-Ħamis, 25 ta’ Jannar Fil-kolleġġjata San Pawl Nawfragu l-Belt Valletta fid-9 a.m., Quddiesa u wara adorazzjoni għall-fidi f’Malta
Il-Ħamis, 17 ta’ Novembru Fid-Dar Parrokkjali fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, mid-9.30 sal10.30 a.m., laqgħa għall-irġiel anzjani
Il-Ġimgħa, 26 ta’ Jannar Fiċ-Ċentru Sant’Andrija, Tarġa Gap, Il-Mosta, mill-10 sal-11a.m., adorazzjoni Fil-knisja Sant’Anna, Iż-Żebbiegħ, fil-5 p.m., adorazzjoni u fis-6 Quddiesa
Is-Sibt, 27 ta’ Jannar Il-Belt Valletta, San Pawl Nawfragu L-Iklin, Il-Familja Mqaddsa Fil-Knisja San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta, fid-9 a.m., l-Arċisqof jiċċelebra Pontifikal Solenni fil-festa tan-Nawfraġu ta’ San Pawl Fil-kappella tal-Oratorju Don Bosco, Victoria, fit-8 p.m., lejl ta’ adorazzjoni li jibda bil-Quddiesa u jkun hemm Quddiesa oħra f’nofs illejl
Għoti ta’ demm
Il-Mobile Blood Donation Unit se tkun maġenb ċ-Ċentru Żgħażagħ Ta’ Warda fi Pjazza San Filep (maġenb il-knisja parrokkjali) Ħaż-Żebbuġ u fid-Dipartiment tal-Outpatients flIsptar Ġenerali t’Għawdex illum bejn it-8.30 a.m. u s-1 p.m. Dawl li jmorru jagħtu d-demm huma mitluba jieħdu magħhom il-karta tal-identità. ***
Servizz ta’ Tobba fiċ-Ċentri tasSaħħa fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għallemerġenzi, 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċĊentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8 a.m. u l-5 p.m. u jkun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8 a.m. u t-8 p.m. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Ċaħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
651
Tisliba bi premju minn Librerija Preca
ie u għ f’kaxxa waħda
Il-Ħadd, 28 ta’ Jannar Jum il-Lebrużi L-Imdina, Il-konverżjoni ta’ San Pawl Fil-katidral tal-Imdina, fid-9.15 a.m., l-Arċisqof jagħti l-pussess lill-Kanonċi l-ġodda tal-Kapitlu Metropolitan u wara jiċċelebra l-Pontifikal Solenni tal-Konverżjoni ta’ San Pawl. Il-Quddiesa tixxandar live fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta Fil-knisja Santa Tereża, Birkirkara, fil-5 p.m., talb għallvokazzjonijiet Karmelitani Tereżjani u wara Quddiesa
It-Tnejn, 29 ta’ Jannar Għand is-Sorijiet Ġesù Nazzarenu, Marsaxlokk mill-10 sal-11 a.m., adorazzjoni
L-Erbgħa, 31 ta’ Jannar Fiċ-Ċentru Parrokkjali, Santa Venera, fid-9.15 a.m., laqgħa talAzzjoni Kattolika Fil-post nru 51 Tarxien Road, Ħal Tarxien, mid-9 a.m. sa nofsinhar, bazaar b’risq il-Fondazzjoni St Jeanne Antide
Il-Ħamis, 1 ta’ Frar Fid-Dar Parrokkjali fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, mid-9.30 sal10.30 a.m., laqgħa għall-irġiel anzjani Fis-Seminarju Qalb ta’ Ġesù, Victoria, ġurnata adorazzjoni għallvokazzjonijiet. Fis-6.30 a.m. Quddiesa
27
mas-seminaristi, espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija u tifħir ta’ sbiħ il-jum, adorazzjoni fis-skiet, f’nofsinhar talba ta’ nofs il-jum masseminarist u fis-7 p.m., riflessjoni mis-saċerdot, talba tal-għasar u barka Sagramentali.
Il-Ħamis, 1 ta’ Marzu Fid-Dar Parrokkjali fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, mid-9.30 sal10.30 a.m., laqgħa għall-irġiel anzjani Fis-Seminarju Qalb ta’ Ġesù, Victoria, Għawdex, ġurnata adorazzjoni għall-vokazzjonijiet. Fis6.30 a.m. Quddiesa mas-seminaristi, espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija u tifħir ta’ sbiħ il-jum, adorazzjoni fis-skiet, f’nofsinhar talba ta’ nofs il-jum mas-seminarist u fis-7 p.m., riflessjoni mis-saċerdot, talba talgħasar u barka Sagramentali
Il-Ħamis, 3 ta’ Mejju Fid-Dar Parrokkjali fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, mid-9.30 sal10.30 a.m., laqgħa għall-irġiel anzjani Fis-Seminarju Qalb ta’ Ġesù, Victoria, Għawdex, ġurnata adorazzjoni għall-vokazzjonijiet. Fis6.30 a.m. Quddiesa mas-seminaristi, espożizzjoni ta’ Ġesù Ewkaristija u tifħir ta’ sbiħ il-jum, adorazzjoni fis-skiet, f’nofsinhar talba ta’ nofs il-jum mas-seminarist u fis-7 p.m., riflessjoni mis-saċerdot, talba talgħasar u barka Sagramentali
L-ispiżeriji li se jiftħu llum MALTA New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta............. 21244813 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, il-Marsa......................................21221118 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera..................................... 21444648 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara......................................... 21441513 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex....... 21341649 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ.........................................21371062 Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema........ 21334627 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, l-Iklin................................................... 21415499 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta.......................21411197 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, il-Qawra .................................................. 21576308 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien................................................ 21672757 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, il-Fgura......................... 21673811 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar....................................... 21663750 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillam c/w Triq William Baker il-Gudja...........21696422 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop...........................................21682028 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ............................21465346 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Malta.......................................... 21454274 GĦAWDEX Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria..............................................21563233 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem.....................................21563017
Mimdudin: 1. Bla dubju (4) 4. Jistgħu jkunu mimlijin żejt jew mimlijin ilma (4) 6. Qatt ma konna ħbieb tal-qalb u qatt ma kilt din miegħu (5) 7. Bihom iħammlu l-portijiet (5) 9. Insemmuhom mal-iskorfini (4) 10. Reċipjenti antiki għal-linka (6) 12. La jkanta l-Innu ta’ Mameli, mela hu ta’ hekk (6) 14. La aħna .... ta’ xulxin, kif nonqsu daqshekk lil xulxin? (4) 17. Eżattezza, aqleb (5) 18. Ġieli nixegħlu xi waħda quddiem inniċeċ (5) 19. Dqiq abjad mill-ifjen (4) 20. Issikka jew jekk trid kulu (4) Weqfin: 2. Margerita mqassra a la Maltija (5) 3. It-tim tal-futbol ċampjin tad-dinja (4, 6) 4. Bagalja mill-kbar (6) 5. Is-soqfa u l-ħitan ġieli jimtlew b’din (aqleb) (5) 6. Reċipjent kbir li minnu jinbiegħ ilħut (7)
8. Ħabbieża tal-ħobż (7) 11. Ara 3 weqfin (6) 13. B’dan ġieli tinqeda aktar malajr milli bl-isem (5) 15. Hemm ..... ħwejjeġ biex nagħmlu Qrara tajba (5) 16. Il-partijiet ta’ barra tal-frott (4) Soluzzjoni Mimdudin: 1. Xraf; 4. Xita; 6. Gidja; 7. Baram; 9. Ruma; 10. Kaless; 12. Lestew; 154. Ġeru; 17. Aġent; 18. Traba; 19. Ġamm; 20. Triq. Weqfin: 2. Radam; 3. Frar; 4. Xebbaħ; 5. Turme; 6. Gorilla; 8. Misluta; 11. Settem; 13. Sfera; 15. Eżami; 16. Ntat Ir-rebbieħa Ir-rebbieħ tal-aħħar tisliba hu s-Sur Joseph Sammut miż-Żurrieq li se jirċievi ittra mingħand l-Editur biex imur biha l-Librerija Preca u jiġbor il-ktieb tiegħu. Librerija Preca ta’ Triq Dun Ġorġ Preca, il-Marsa tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.30 a.m. san-12.30 p.m. u mill-4 sas-7 p.m. u s-Sibt mit-8.30 a.m. san-12.30 p.m. Ibgħat is-soluzzjoni, flimkien ma’ ismek u l-indirizz tiegħek, lil Tisliba, Il-Leħen, Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441.
28
Il-Ħadd 14 ta’ Jannar 2018
Il-Leħen NAZZJONALI
Erba’ kandidati ġodda għassaċerdozju
Ritratti: Il-Kurja – knisja.org/ritratti
Il-Quddiesa tal-Epifanija li saret fil-Konkatidral San Ġwann, il-Belt Valletta l-Ħadd 7 ta’ Jannar u li matulha l-Arċisqof Charles J. Scicluna laqa’ lis-seminaristi Osmar Baldacchino mill-parroċċa San Nikola s-Siġġiewi, David Borg mill-parroċċa Madonna talGrazzja Ħaż-Żabbar, Christopher Bugeja mill-parroċċa San Pawl ir-Rabat u Jonathan Debattista mill-parroċċa Marija Lunzjata Ħal Tarxien bħala kandidati ġodda għas-saċerdozju. L-omelija sħiġa li għamel l-Arċisqof Charles J. Scicluna qed tiġi ppubblikata f’paġna 3.
Fejn tista’ tikkuntattjana Indirizz postali Il-Leħen Istitut Kattoliku Il-Furjana FRN 1441 Telephone: 2703 2961 Fax: 2122 5563
Editorija Michael Caruana, editur editur-illehen@akmalta.org
Abbonamenti, Bejgħ u Reklami Joseph Rossi, amministratur amministratur-illehen@akmalta.org
Ġranet u Ħinijiet tal-Uffiċċju: mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9 am sas-1 pm
Il-Leħen Rati tal-abbonamenti Malta u Għawdex L-Awstralja u l-Brażil L-Ewropa u l-Afrika L-Istati Uniti u l-Kanada Prezz kull kopja
40 ewro 115 ewro 90 ewro 105 ewro 1 ewro