ACN (Malta) – IL- LEĦENIl-Ħadd 26 ta’ Jannar 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 28 ta’ Jannar 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

IĊ-ĊINA

IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-KONGO

Fi tliet ġimgħat l-awtoritajiet waqqgħu żewġ knejjes Kważi mitt persuna Kattolika nġabru quddiem l-uffiċċju tal-Gvern tal-post fil-provinċja Shaanxi fejn ipprotestaw kontra t-tifrik tal-knisja tagħhom fir-raħal ta’ Zhifang. Mingħajr ebda konsultazzjoni mal-parroċċa, il-Gvern ippubblika avviż fl-20 ta’ Diċembru 2017 u qal li l-knisja kienet qiegħda tokkupa l-art b’mod illegali u li fis-27 ta’ Diċembru se titwaqqa’. L-awtoritajiet waqqgħu l-knisja ġimgħa wara. Matul it-twaqqigħ tkisser salib u tneħħew oġġetti sagri. In-nies ma tħallewx jersqu ħdejn il-knisja. L-Isqof Wu Qinjing ta’ Zhouzhi ħareġ stqarrija li fiha stieden lill-uffiċjali tal-post biex imorru fid-djoċesi u jagħmlu apoloġija. Iddjoċesi issa ffurmat tim speċifiku biex isolvi l-inċident mal-Gvern u biex tikseb kumpens. Il-knisja Golden Lampstand, knisja Evanġelika magħrufa filprovinċja ta’ Linfen Shanxi, fitTramuntana taċ-Ċina, inqerdet ukoll fid-9 ta’ Jannar 2018. Din kienet it-tieni knisja li twaqqgħet fi żmien tliet ġimgħat. Dan kabbar il-biżgħat ta’

ripressjonijiet aktar ħorox kontra l-Kristjani hekk kif l-awtoritajiet taċ-Ċina qed jippreparaw liġijiet ġodda dwar ir-reliġjon. Ix-xhieda qalu li l-Ħadd, 7 ta’ Jannar, il-forzi tal-pulizija paramilitari ċċirkundaw l-inħawi ta’ madwar il-knisja Golden Lampstand qabel ma nstallaw l-isplussivi fis-swali ta’ taħt il-knisja. Jumejn wara l-ewwel splużjoni, ħaddiema talkostruzzjoni komplew iwaqqgħu dak li kien għad fadal millknisja bil-jackhammers u l-bulldozers. Pastor ta’ knisja fil-qrib (li ma nistgħux insemmu ismu minħabba biża’ ta’ ritaljazzjoni millawtoritajiet) qal: “Din il-knisja nbniet fl-2008 u għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex l-awtoritajiet qerduha issa. Jien ninkwieta li se jwaqqgħu aktar knejjes, forsi anki tiegħi. Itolbu għalina”.

Akkwista l-kopja tiegħek!

Fr Cikongo jiċċelebra l-quddiesa fil-Kongo

Pulizija jattakkaw kongregazzjoni waqt Quddiesa Hekk kif il-protesti kontra l-President Joseph Kabila qed jiżdiedu, il-Ħadd 7 ta’ Jannar, pulizija invadew knisja Kattolika u sparaw gass tad-dmugħ waqt ilQuddiesa. Xhud li kien fil-knisja San Mikiel, fiċ-Ċentru ta’ Kinshasa, qal li pulizija daħlu fil-knisja waqt Quddiesa u arrestaw xi abbatini li qabel kienu qed jipprotestaw kontra l-President. Xhud ieħor qal: “Waqt li konna qed nitolbu, suldati u pulizija daħlu fil-knisja u sparaw il-gass tad-dmugħ”. Membru ieħor talkongregazzjoni qal: “Kien hemm nies li stordew, kien hemm min ta l-ewwel għajnuna lin-nisa anzjani. Madanakollu s-saċerdot kompla jqaddes. Monsinjur Hugues Ndongisila, il-kappillan tal-Parroċċa San Franġisk f’Kinshasa, qal li l-pulizija

serqu u sawtu Kattoliċi li kienu fittxew kenn fil-knisja tiegħu u sparaw fuq twieqi tal-istained glass. Żewġ katavri ta’ żewġ dimostranti aktar tard inġabru mir-Red Cross. Kelliem għan-Nazzjonijiet Uniti qalet li ġew reġistrati sebat imwiet f’Kinshasa u mewta oħra f’Kanganga. L-Isqfijiet tal-Kongo wrew it-tħassib tagħhom għal din il-vjolenza u kkundannaw “blakbar mod qawwi din il-vjolenza mhux ġustifikata”. F’dikjarazzjoni huma qalu: “Aħna bl-istess mod nikkundannaw dan l-attakk fuq il-libertà reliġjuża li hi garantita f’kull pajjiż demokratiku kif ukoll kontra l-profanazzjoni tal-knejjes u l-aggressjoni fiżika kontra l-fidili u s-saċerdoti”. Huma talbu għal “inkjesta serja u oġġettiva” fuq min kien responsabbli.

IL-FILIPPINI

Isqof jistabbilixxi l-prijoritajiet tiegħu wara gwerra ta’ ħames xhur L-Aid to the Church in Need (Malta) tistieden lil min hu interessat biex jakkwista kopja tar-Rapport Persecuted and Forgotten? 2015-17. Dawk interessati jistgħu jiġbru kopja minn Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038 (donazzjoni tkun apprezzata). 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard ATD9038 ( 21487818 * info@acnmalta.org

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

04 Religious Freedom Report (Lehen is-Sewwa).indd 1

15/01/2018 4:23 PM

L-Isqof Edwin de la Peña jemmen li r-rikonċiljazzjoni hi vitali fil-Marawi, belt fin-Nofsinhar tal-Filippini. Din il-belt rat assedju ta’ ħames xhur mill-estremisti Iżlamiċi affiljati mal-ISIS. L-Isqof qal li l-prijorità immedjata tiegħu hi serje ta’ inizjattivi li se jgħinu biex terġa’ tinkiseb il-paċi fir-reġjun u biex jiġu wkoll megħjuna dawk innies milquta mill-gwerra. Hu qed jippjana li jistieden, jimpenja linnies ta’ Marawi u jħarriġhom biex isiru “messaġġiera tal-paċi”. Il-parteċipanti se jattendu għal

serje ta’ taħriġ. Dawn se jkopru l-edukazzjoni għall-paċi kif ukoll id-djalogu u l-armonija interreliġjuża. Ħafna minn dawn ilprogrammi huma mmirati għażżgħażagħ Musulmani biex ikunu mħarsa minn dawk li l-Isqof isejjaħ “it-tentakli konvinċenti talestremiżmu”. Minbarra t-taħriġ għażżgħażagħ se jsir tagħlim edukattiv għall-paċi flimkien ma’ programmi teatrali mmirati għat-tfal. L-Isqof jemmen li t-tfal u ż-żgħażagħ huma aktar riċettivi għal stejjer ta’ paċi u armonija fost ir-reliġjonijiet.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.