8
Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru 2017
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
IL-MADAGASKAR
IL-LVANT NOFSANI
Dar ġdida għall-missjunarji Sa mis-sena 1988 l-Oblati ta’ Marija Verġni Immakulata ġew inkarigati biex imexxu l-parroċċa tal-Madonna ta’ Lourdes fit-tieni l-akbar belt tal-Madagaskar, Toamasina. Il-knisja oriġinali u l-parroċċa nbnew fl-1924 u ż-żewġ binjiet ilhom iġarrbu ħsarat minħabba ż-żmien u l-klima tropikali. Il-missjunarji diġà rrinovaw il-knisja parrokkjali mir-riżorsi tagħhom għax kienu jafu li l-komunità qed tikber ħafna. Il-komunità kellha bżonn post aktar dinjituż fejn tqim lil Alla u tiċċelebra l-Quddies iżda d-dar tal-missjunarji, fejn kienu jgħixu, kellha bżonn tiswijiet urġenti ta’ pjan fit-tul. Is-saqaf kien diġà kważi nqala’ minħabba ċiklun u beda jidħol l-ilma minnu li għamel ħsara lill-injam. Il-bini ma kienx
sikur u vulnerabbli għas-serq: periklu kbir minħabba l-attakki u s-serq imwettqa kontra saċerdoti u reliġjużi f’dawn l-aħħar snin. Barra minnhekk, ma kienx hemm post biżżejjed biex isiru laqgħat u attivitajiet oħra talparroċċa. L-Oblati ddeċidew li jibnu dar ġdida li tkun tista’ takkomoda aħjar il-ħtiġiet tal-parroċċa u toffri aktar sigurtà. Din id-dar tlestiet bis-saħħa tal-għotja tal-Aid to the Church in Need ta’ €30,000. Id-dar għandha sebat ikmamar addizzjonali li jistgħu jintużaw bħala ċentru parrokkjali xieraq għall-benefiċċju tal-parroċċa kollha. Il-missjunarji, flimkien malparruċċani, irringrazzjaw lillbenefatturi tal-Aid to the Church in Need u lil kulmin għen biex titlesta d-dar.
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fittalb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għallpersekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.
€40 -
Wassal ikla shuna
lil familja fil-bżonn dan il-Milied L-Aid to the Church in Need tappoġġja lis-St. John the Merciful Table. Din il-kċina toffri ikel u ħbiberija lir-refuġjati Sirjani li ħarbu lejn il-Libanu u li issa qed jitħabtu biex ifendu għal rashom. Kuljum, din il-kċina tipprovdi ikliet sħan għal madwar 600 persuna. Nawguraw lilek u lill-familja tiegħek Milied Qaddis u Sena mimlija riżq u barka tal-Mulej. Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733 Tista’ tibgħat donazzjoni b’sms:.
50618949 – €6.99 |
51702079 – €15 |
51802081 – €25
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
45 - ACN Gofts of Faith (Lehen is-Sewwa).indd 4
14/11/2017 11:49 AM
L-Isqof Michel Aoun isostni li l-Punent għandu jiżgura li l-Kristjani jibqgħu fil-Lvant Nofsani
Il-Kristjani għandhom rwol importanti fil-proċess ta’ paċi F’dawn l-aħħar snin miljuni ta’ Iraqini u Sirjani ħarbu lejn ilLibanu. Persuna minn tlieta issa hi refuġjata fil-Libanu. Il-maġġoranza tagħhom huma Sunni. Bħalissa madwar 38 filmija tal-Lebaniżi huma Kristjani u l-Musulmani jkopru 62 fil-mija, nofs Sunni u nofs Xi’ti, mingħajr ma jingħaddu r-refuġjati. San Ġwanni Pawlu II li ddikjara li l-Libanu għandu storja twila ta’ armonija bejn il-komunitajiet Kristjani u Musulmani u li tmur lura seklu sħiħ kellu messaġġ għar-reġjun. Iċ-ċittadini hawnhekk għandhom l-istess drittijiet u dmirijiet. Għalhekk hu importanti ħafna għad-dinja li tgħin lilLibanu jippreserva din l-armonija li turi lid-dinja li l-Kristjani u l-Musulmani jistgħu jgħixu flimkien. Il-Musulmani Lebaniżi huma influwenzati ħafna mill-Kristjani.
Huma differenti mill-Musulmani fis-Sirja jew l-Iraq għax għexu flimkien ma’ ħafna Kristjani u ġew esposti għall-valuri Kristjani inkluż l-appoġġ għad-demokrazija u t-tolleranza. Dan hu rigal indispensabbli li l-Kristjani għandhom joffru lir-reġjun. L-Isqof Maronita Kattoliku Michel Aoun, li jmexxi l-Provinċja tal-Knisja Ortodossa f’Jbeil filLibanu, appella lill-gvernijiet tal-Punent biex jirrikonoxxu r-rwol vitali tal-Kristjani li jġibu l-paċi fil-Lvant Nofsani. Hu jħeġġeġ lill-Kristjani talPunent biex jitolbu lill-gvernijiet tagħhom ħalli jqisu l-importanza tal-Kristjani u ma jħallux li l-konsiderazzjonijiet ekonomiċi jkollhom preċedenza kif ġara fl-Iraq. Il-politika tal-Punent għandha tiżgura li l-Kristjani jibqgħu filLvant Nofsani għax il-preżenza tagħhom hi vitali.
BURKINA FASO
Karozza ġdida għal kappillan biex iwettaq ħidma pastorali Fr Kisito Konate hu impenjat ħafna. Mhux biss hu l-kappillan tal-parroċċa San Ġużepp li tħaddan 14-il fergħa addizzjonali mbiegħda f’żona ta’ aktar minn 50km miċċentru iżda hu wkoll il-Kumitat tad-Djoċesi ta’ Nouna. Kwistjoni ta’ tħassib għal Fr Kisito hi l-kriżi fil-familji li qed taffettwa dejjem aktar lid-djoċesi tiegħu. Hu mħasseb dwar in-numru għoli ta’ tqala fost l-adolexxenti. Fil-belt ta’ Nouna kważi kull familja kbira għandha mill-inqas tfajla adolexxenti li diġà hi omm. Ir-riżultat ta’ dan hu trawmi
spiritwali u psikoloġiċi għall-bniet abbandunati, problemi fil-familji u riskju għoli ħafna ta’ faqar u futur inċert kemm għall-ommijiet żgħażagħ kif ukoll għat-tfal tagħhom. Fr Kisito jkollu jagħmel ħafna vjaġġi biex iwettaq il-ħidma tiegħu u grazzi għall-ġenerożità tal-benefatturi, l-Aid to the Church in Need tat €24,000 biex ikollu karozza li biha hu jkun jista’ jasal malajr u f’sigurtà fil-postijiet ’il bogħod. Dan ifisser ukoll li issa jista’ jqatta’ aktar ħin biex jieħu ħsieb il-fidili u jgħin lil aktar nies.