8
Il-Ħadd 4 ta’ Frar 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
MALTA
IL-KOLUMBJA
“X’ħallew l-ISIS warajhom...” Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Il-wirja ta’ oġġetti sagri li tkissru mill-ISIS f’diversi knejjes fl-Iraq intweriet ukoll fil-Kurja l-Furjana l-Ġimgħa u s-Sibt, 19 u 20 ta’ Jannar. L-Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Vigarju Ġenerali Monsinjur Joe Galea Curmi, il-President talKummissjoni Ekumenka Monsinjur Professur Hector Scerri, saċerdoti, lajċi u uffiċjali oħra li jaħdmu filKurja żaru l-wirja. Il-wirja ttieħdet ukoll ix-Xagħra, Għawdex, il-Ħamis 18 ta’ Jannar. Wara l-adorazzjoni u l-Quddiesa tas-soltu, il-parruċċani kellhom l-okkażjoni jaraw ukoll din il-wirja. Din il-wirja kienet okkażjoni ta’ riflessjoni. L-oġġetti saru ikoni tal-Insara li ħallsu l-prezz tal-fidi tagħhom. Id-daqqiet u t-tkissir fuq l-oġġetti huma simboli talpersekuzzjoni kiefra. Kull oġġett għandu warajh storja ta’ tbatija, imċappas bid-demm tal-martri. Il-Ħadd 14 ta’ Jannar l-Aid to the Church in Need (Malta) inawgurat il-wirja li bdiet b’Quddiesa ċċelebrata minn Monsinjur Professur Hector Scerri għall-bżonnijiet tal-Kristjani
ppersegwitati u għall-benefatturi ħajjin u mejtin. Din saret fil-knisja Bon Pastur, Ħal Balzan. Fost l-oġġetti f’din il-wirja kien hemm kalċi mtaqqab b’balla u mfarrak li jimpressjonak, slaleb, statwi u oġġetti oħra li jintużaw għall-kult. Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Malta) tkellem dwar il-ħidma li ilha twettaq l-organizzazzjoni u dwar l-għajnuna li qed tagħti fl-Iraq, fis-Sirja u f’bosta pajjiżi oħra sa mill-bidu tal-kunflitt. Dawn inġabru minn diversi knejjes mill-Iraq bl-approvazzjoni tal-Arċisqof Yohanna Petros Mouchè ta’ Mosul biex iżuru l-24 pajjiż fejn l-ACN għandha l-Uffiċċji tagħha. B’din il-wirja qed inkomplu nqajmu kuxjenza u għarfien dwar ħutna. L-iskop tal-Arċisqof hu biex juri rikonoxximent u jirringrazzja lillbenefatturi li ilhom is-snin jitolbu u jgħinu lill-Kristjani ppersegwitati.
Akkwista l-kopja tiegħek!
L-Aid to the Church in Need (Malta) tistieden lil min hu interessat biex jakkwista kopja tar-Rapport Persecuted and Forgotten? 2015-17. Dawk interessati jistgħu jiġbru kopja minn Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038 (donazzjoni tkun apprezzata). 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard ATD9038 ( 21487818 * info@acnmalta.org
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
04 Religious Freedom Report (Lehen is-Sewwa).indd 1
15/01/2018 4:23 PM
L-Arċisqof Charles J. Scicluna akkumpanjat minn Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Malta) jżuru l-wirja fil-Kurja
Meta tara dawn l-oġġetti mkissra bilfors tiftakar f’ħafna Isqfijiet, saċerdoti u eluf ta’ nies li għaddew minn tbatija kbira minħabba t-terrur, il-persekuzzjoni u l-qtil ta’ Kristjani biex ma jiċħdux il-fidi fi Kristu. Hu minnu li dawk li żaru l-wirja kulfejn marret nisslet fihom aktar għarfien u interess fil-kawża ta’ ħutna ppersegwitati. Inkomplu nitolbu u ngħinu kif nistgħu lil ħutna ppersegwitati li għadhom għaddejjin minn tbatija biex jerġgħu lura fi djarhom u jkunu jistgħu jgħixu fil-paċi u bid-dinjità li tixraq lil kull bniedem.
Knisja ġdida tikkommemora l-vittmi ta’ vjolenza Il-Kattoliċi ta’ Medellin del Ariari huma ansjużi biex jaraw il-knisja l-ġdida lesta. Din ilparroċċa, fid-djoċesi ta’ Granada, twaqqfet fl-2013. Din mhix parroċċa “normali” għax twaqqfet bħala post speċjali ta’ tifkira għall-vittmi kollha talvjolenza fil-pajjiż sa mill-1980. Il-poplu ta’ dan ir-reġjun għadda minn ħafna tbatija li ħakmet il-pajjiż kollu. Bejn is-snin 2002 u 2006 aktar minn 700 familja tkeċċew mill-irħula tagħhom fejn illum hemm il-parroċċa. Uħud minnhom marru lura. Għad fadal ħafna xi jsir biex terġa’ tinbena l-infrastruttura soċjali u fuq kollox il-fiduċja u t-tama tal-poplu. Il-knisja l-ġdida hi intenzjonata mhux biss biex isservi bħala monument iżda wkoll bħala post ta’ fejqan, rikonċiljazzjoni u paċi. L-enfasi se tkun fuq ir-rispett u l-ħarsien tal-ħajja. It-tliet saċerdoti Klaretani bbażati f’dan iċ-ċentru se jiżguraw li l-ħajja ta’ dawn in-nies tiġi stabbilita mill-ġdid fuq pedament sod. L-Aid to the Church in Need għenet bi €30,000 b’risq dan ilproġett. Fr Alfons María Prieto qal lill-ACN li tlesta 70 fil-mija tal-proġett u li diġà jistgħu jiġu ċċelebrati l-Quddies.
IL-KONGO
Pulizija jisparaw balal tal-lastiku fuq parruċċani L-armata u l-pulizija fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo huma akkużati bi qtil ta’ mill-anqas erba’ persuni u li darbu oħrajn f’attakki fuq 134 knisja madwar il-pajjiż. Fl-aħħar attakk, suldati u pulizija sparaw waqt avveniment mhux provokanti barra mill-knisja San Duminku, f’Limete, hekk kif il-fidili kienu ħerġin biex imorru fil-grotta tal-Madonna fil-madwar tal-knisja biex jitolbu s-Salve Regina u jiġu mbierka. Il-kappillan tal-Knisja San Duminku, Fr Jean Nkongolo, mar ikellem lill-pulizija u talabhom jieqfu jisparaw fuq il-parruċċani għax ma kienu għamlu xejn ħażin. F’dak il-mument, pulizija spara direttament lejn għajnejn il-kappillan b’balla tal-lastiku imma bi grazzja ta’ Alla, Fr Nkongolo irreaġixxa malajr u ċaqlaq rasu. Kieku m’għamilx hekk kien jintlaqat f’għajnejh. Minflok
Fr Jean Nkongolo wara t-tir f’wiċċu
intlaqat fil-ġenb ta’ wiċċu. Erba’ parruċċani oħra sfaw feruti minn balal tal-lastiku waqt l-attakk. Minbarra l-balal tallastiku, il-forzi tas-sigurtà sparaw stun projectiles u gass tad-dmugħ waqt il-purċissjoni fejn kważi qatlu mara li ntlaqtet f’rasha.