ACN (Malta) – IL- LEĦEN –Il ħadd 7 ta’ jannar 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 7 ta’ Jannar 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Il-vokazzjonijiet reliġjużi jiffjorixxu mill-ġdid f’ekspajjiż Komunista Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Għal darb’oħra, is-Sorijiet Karmelitani Skalzi qed jgħixu fil-kunvent tagħhom fi Praga. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-pajjiż li dak iż-żmien kien magħruf bħala ċ-Ċekoslovakkja waqa’ taħt il-madmad Komunista u ra waħda mill-agħar mewġiet ta’ persekuzzjoni fl-Ewropa talLvant. Eluf ta’ saċerdoti u reliġjużi spiċċaw arrestati u kkundannati għal żmien twil il-ħabs u kellhom jaħdmu xogħol sfurzat. Knejjes u djar reliġjużi ngħalqu u sfaw iddesakrati. Il-prattika tal-Fidi kienet strettament ristretta. Fl-1950 is-Sorijiet Karmelitani ġew sfurzati joħorġu mill-kunvent u kienu mġiegħla jaħdmu fil-fabbriki. Ħamsin Soru anzjana biss baqgħu ħajjin biżżejjed biex jaraw il-bidliet politiċi tal-1989. Issa kollha kemm huma għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Iżda bil-grazzja ta’ Alla, permezz tax-xhieda kuraġġuża li taw u b’xhieda tal-fidi tagħhom, iffjorixxew vokazzjonijiet ġodda u għadd ta’ xebbiet żgħażagħ ingħaqdu

mal-Komunità Karmelitana. Is-sitt sorijiet li jgħixu ħajja

IT-TOGO

Aktar klassijiet biex ilaħħqu mat-talba kbira għallkatekiżmu u l-litteriżmu L-Aid to the Church in Need (l-ACN) tat €15,000 biex jinbnew żewġ klassijiet oħra fil-parroċċa San Pawl f’Dapaong, fit-tramuntana tal-Afrika tal-Punent, fejn hemm għatx kbir għat-tagħlim tal-katekiżmu.

Bejn l-4 u l-15 ta’ Jannar 2018 fil-Knisja tal-Bon Pastur, Triq Idmejda, Ħal Balzan. Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 51 ACN Wirja Ogetti Sagri (Lehen is-Sewwa).indd 1

devozzjonali u jagħmlu xogħol tal-arti li jbiegħu f’ħanut żgħir. Minbarra dan, m’għandhom l-ebda dħul finanzjarju biex jgħixu. Għalhekk l-Aid to the Church in Need qed tgħinhom dis-sena wkoll b’kontribuzzjoni ta’ €4,200 biex tappoġġja l-appostolat tagħhom.

Sorijiet Karmelitani Skalzi

Wirja ta’ oġġetti sagri millIraq li sfaw iddessakrati.

Ċempel 21487818

klawstrali fil-kunvent San Ġużepp jiddedikaw ħajjithom kompletament għat-talb u jġibu quddiem Alla, fost affarijiet oħra, il-kura u l-bżonnijiet ta’ dawk in-nies li kultant lanqas biss jafu kif jitolbu. Fost affarijiet oħra, is-sorijiet jipproduċu oġġetti reliġjużi u

22/12/2017 1:27 PM

Din il-parroċċa qiegħda f’Togo, fl-Afrika tal-Punent, li jħaddan popolazzjoni etnikament diversa ta’ 6.3 miljun persuna. Id-djoċesi ta’ Dapaong, fit-tramuntana talpajjiż, għandha l-fruntiera fiżżona ta’ Saħel. Id-deżert qed jidħol dejjem aktar f’din il-parti u b’hekk l-agrikoltura qed issir dejjem aktar diffiċli. Dan hu wieħed mill-ifqar reġjuni tal-pajjiż b’iktar minn 80 fil-mija tal-popolazzjoni tgħix b’inqas minn 15-il ewro fix-xahar. Il-popolazzjoni hi waħda żagħżugħa tant li 70 fil-mija huma taħt il-21 sena. Ħafna huma miġbuda lejn il-Kristjaneżmu u qed ifittxu li jitgħammdu. L-Aħbar it-Tajba ta’ Kristu qed tiġbed ħafna nies li kienu jappartjenu għal reliġjonijiet tradizzjonali Afrikani. Il-parroċċa San Pawl f’Dapaong

għandha aktar minn 1,000 katekumenu. Għalhekk il-klassijiet kateketiċi huma mimlijin żgħażagħ u adulti. Il-kappillan, Fr Joan Sole Ribas, hu kuntent ħafna bil-ħajja tal-parroċċa li qed tiffjorixxi iżda għandu sfida enormi quddiemu biex ilaħħaq mat-tagħlim ta’ tant katekumeni. M’hemmx postijiet disponibbli biex jagħtihom formazzjoni. Hu jrid jibni tliet klassijiet għallħidma kateketika. Dawn ikunu jistgħu jservu wkoll bħala skejjel ta’ filgħaxija għal-litteriżmu fost l-adulti u wkoll bħala skola talmużika. Il-parroċċa tista’ tkopri biss l-ispiża ta’ bini ta’ klassi waħda u kien għalhekk l-ACN tat €15,000 biex jinbnew iż-żewġ klassijiet l-oħra.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.