ACN (Malta) – IL- LEĦEN Il- Ħadd 10 ta’ Gunju 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 10 ta’ Ġunju 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

FLIMKIEN LEJN REBĦA DEĊIŻIVA...

It-tim tat-Tazza tad-Dinja 2018 tal-ACN Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

L-Aid to the Church in Need (ACN) għaqqdet tim għat-Tazza tad-Dinja ta’ dis-sena. It-tim hu magħmul minn professjonisti li ddedikaw ħajjithom għall-oħrajn lil hinn miċ-ċapċip tal-folol mill-140 pajjiż fejn l-ACN twettaq il-ħidma nobbli tagħha. Dan it-tim jinsisti biex jikseb rebħa deċiżiva! HEAD COACH: Suor Christine Joseph - hi responsabbli għallKomunitajiet Żgħar Kristjani flIndja - 85,000 komunità b’200,000 mexxej lajk. Bħal kull kowċ tajjeb, hi tgħallem, tinkoraġġixxi u tgħin lil ħutna jsibu lilhom infushom. L-appoġġ tagħha hu importanti ħafna għall-Kattoliċi fl-Indja li ħafna drabi huma ġejjin millifqar klassijiet tas-soċjetà u qed jiffaċċjaw diskriminazzjoni u vjolenza f’ħafna oqsma. 1. GOALKEEPER: Suor Annie Demerjian - Il-kompitu bażiku talgoalkeeper hu li t-tim ta’ kontrih ma jiskurjax. L-istess Suor Annie “timblokka l-attakki” u ddewwi l-effetti t’aktar minn seba’ snin gwerra. Dan twettqu għal mijiet ta’ familji f’Aleppo, f’Hasake u f’Damasku. Bħala l-aħħar linja taddifiża tat-tim, il-missjoni tagħha hi li tipprevjeni l-ġuħ, is-solitudni u l-mard milli jgħakksu u jegħlbu l-ispirtu tal-Kristjani Sirjani. 2. CENTRAL DEFENDER: IlKardinal Nzapalainga – għandu pożizzjoni vitali peress li hu jiddedika l-enerġiji kollha tiegħu biex jinnewtralizza l-oppożizzjoni. Fir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika wieħed mill-ifqar pajjiżi fiddinja, il-Kardinal jaħdem u hu lest li jqiegħed ħajtu f’periklu u jwieġeb għall-ostilità tal-kunflitti interreliġjużi bil-messaġġ tiegħu, messaġġ ta’ paċi u rikonċiljazzjoni. 3.CENTRAL DEFENDER: L-Isqof Oliver Doeme ta’ Maidiguri, fit-

Tramuntana tan-Niġerja hu sur tad-difiża tal-fidi, fejn ilu jieħu ħsieb il-merħla tiegħu u jiddefendiha mill-attakki tal-Boko Haram. Filwaqt li hu mexxej tajjeb u għandu tattiċi intelliġenti, hu waqqaf proġetti t’għajnuna biex jgħin lir-romol u l-orfni. Barra minnhekk reġa’ bena l-istrutturi tad-djoċesi, fosthom il-katidral, li kien ġie bbumbardjat. 4. WINGER: Mother María Luján - twettaq ħidma nobbli fil-Paragwaj. Hi tkopri medda ta’ art kbira u għandha spirtu ta’ sagrifiċċju kbir. Ir-rwol tagħha jeħodha tul il-grawnd kollu fejn is-Sorijiet jiffaċċjaw kull tip ta’ diffikultà. Huma jivvjaġġaw fuq żwiemel, bil-karozzi jew birroti - xejn ma jwaqqafhom milli jilħqu dawk il-villaġġi remoti u inabitabbli. 5. CENTRE: Fr James Channan - bħall-plejers kollha li jilagħbu f’din il-pożizzjoni, dan issaċerdot Dumnikan hu kreattiv, b’kapaċità kbira li jgħaqqad lillkollegi tiegħu u jegħleb lir-rivali tiegħu biex iħares lill-minoranza Kristjana assedjata fil-Pakistan. Bħala Direttur taċ-Ċentru tal-Paċi f’Lahore, il-Pakistan, hu jaħdem bla heda biex jippromwovi l-paċi, l-armonija u d-djalogu bejn dawk li jħaddnu twemmin differenti. 6. MIDFIELD PLAYER: Fr George Jahola - Il-midfielder ċentrali hu importanti ħafna fil-pussess u d-direzzjoni tal-logħba. Fr George qed jorganizza l-bini mill-ġdid tal-irħula u l-ibliet tal-Kristjani fil-

Il-formazzjoni tat-tim tat-Tazza tad-Dinja 2018 tal-ACN

Wesgħat ta’ Ninwè, l-Iraq, li kienu qerdu l-ISIS. Bħal kull midfielder tajjeb, jeħtieġ li jilgħab f’kull rwol bennej, perit, plumber u electrician billi jgħin u jinkoraġġixxi lill-plejers li qed jgħejjew u jwieġeb malajr għal sitwazzjonijiet mhux mistennija. 7. ADVANCER MIDFIELDER: Fr Walter Coronel – dejjem lest jgħin lit-tim tal-knisja lokali tiegħu kull fejn l-Isqof tiegħu jkollu bżonnu. Hu kien missjunarju fir-reġjun talAmażonja sakemm seħħ it-terremot tal-2016 li laqat lill-Ekwador. L-Isqof tiegħu talbu jikkordina l-għajnuna għal eluf ta’ vittmi. Issa li l-agħar għadda, Fr Walter qed jiddedika ħajtu jirranġa u jibni millġdid il-knejjes. Fr Walter għandu d-don għall-organizzazzjoni u qatt ma jaqta’ qalbu minkejja nuqqas ta’ mezzi. 8. CENTRE FORWARD: L-Arċisqof Komarica ta’ Banja Luka hu ġellied minn twelidu, li jaħdem bis-sħiħ għad-drittijiet tal-Kattoliċi filBożnja u Ħerzegovina li qed jitilqu u huma mġiegħla jemigraw. Hu ma jibżax jitkellem b’mod ċar meta jkun hemm bżonn u ma jibżax millostilità u l-indifferenza ta’ madwaru. 9. FORWARD STRIKER: Fr Shields - Missjunarju Amerikan

li hu l-uniku saċerdot Kattoliku fil-Lvant tas-Siberja, aktar minn 800 mil ’il bogħod mill-eqreb ċentru missjunarju Kattoliku. Hu ddedika ħajtu għal dawk minsijin u ilu jaħdem għal dawn l-aħħar 20 sena fir-Russja. L-istrateġija tallogħba tiegħu hi bbażata fuq talb kontemplattiv quddiem l-Ewkaristija Mqaddsa fejn jaħseb fit-tattiċi u jistabbilixxi l-istrateġija tiegħu. 10. FORWARD STRIKER: Suor Catarina - Soru Missjunarja Taljana li twettaq ħidmietha fil-qalba tal-foresti tropikali ta’ Papua New Guinea u ħolqot tim ta’ speċjalisti fl-edukazzjoni li għallmu ħafna tfal u adulti jaqraw. Dawn is-Sorijiet jafu kif jitilgħu fl-offiża. Ilkoll qegħdin hawn għal żmien twil u x-xogħol iebes ma jaqtgħalhomx qalbhom. 11. CENTER FORWARD: Intom, il-benefatturi tal-Aid to the Church in Need! Filwaqt li l-bqija tattim jaħdem bi strateġija u jtella’ l-attakki kontra t-tim oppost, it-talb u l-appoġġ finanzjarju hu l-aħħar offiża meħtieġa għassuċċess. Għalhekk, ingħaqad flimkien magħna f’din it-Tazza tad-Dinja tal-karità - u għinna nirbħu!

L-EĠITTU

Jittieħdu lura l-fdalijiet tal-Martri Kristjani Kopti li l-ISIS qatlu fil-Libja Fl-14 ta’ Mejju 2018 il-fdalijiet ta’ 20 Kristjan Eġizzjan li nqatlu mill-ISIS fl-2015 ħdejn il-belt Libjana ta’ Sirte, l-eksfortizza talĠiħadisti fil-pajjiż, waslu fl-ajruport tal-Kajr. Huma twasslu minn Misrata f’ajruplan Libjan tat-tagħbija Afriqiyah Airways. Il-Papa Tawadros II, il-kap tal-Knisja Kopta tal-Eġittu, mar fl-ajruport biex jilqagħhom. Fi Frar tal-2015, l-ISIS xandru filmat fejn urew il-qtil ta’ 20 Kristjan Kopt u raġel Afrikan

li kienu nħatfu xahar qabel fil-Lvant tal-Libja. Fl-aħħar t’Ottubru kienu nstabu 21 katavru bla ras qrib Sirte. Othman al-Zentani, it-tabib li eżamina l-katavri, qal li ma kienx “xogħol faċli” biex jidentifikahom billi l-katavri kienu fi stat ta’ dekompożizzjoni u minħabba li l-irjus kienu mifruda mill-iġsma. Il-kampjuni tad-DNA mibgħuta mill-familji tal-vittmi kienu importanti ħafna għall-proċess ta’ identifikazzjoni.

Il-katavri ġew identifikati bħala dawk tal20 raġel Eġizzjan maħtufa u raġel mill-Afrika sub-Saħarjana. Is-sena l-oħra, il-Papa Tawadros II iddikjara lill-martri Kopti qaddisin u ħabbar li se jitniżżlu fis-Synaxarium (il-Kalendarju Liturġiku) tal-Knisja Ortodossa Kopta. Fi Frar ta’ din is-sena knisja ġdida fl-Eġittu ġiet iddedikata lill-martri li issa l-katavri tagħhom se jinżammu f’parti ddisinjata apposta fil-pjan terren tal-knisja.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.