10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 11 ta’ Awwissu 2019
IL-PAKISTAN
Ħajja bejn tama u biża’ Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Reinhard Backes, il-mexxej tassezzjoni permanenti tal-Aid to the Church in Need (ACN), wasal lura f’pajjiżu minn żjara biex jara l-proġetti tal-ACN fil-Pakistan. Hu żvela li fil-Pakistan hemm klima ta’ intolleranza reliġjuża. Hu qal li l-liġi kontroversjali kontra d-dagħa hi problema kbira minħabba li kultant tintuża ħażin
biex tgħakkes lill-Kristjani. Qal li aktar minn 224 persuna Kristjana batew arbitrarjament minn din il-liġi sa mill-introduzzjoni tagħha fl-1986. Reinhard Backes qal: “Minkejja li hemm sinjali ta’ tama, il-Kristjani fil-pajjiż qed jgħixu kontinwament f’ċertu livell ta’ inċertezza.” Backes qal li kien impressjonat
IL-KENJA
Tagħlim f’ambjent ta’ paċi Sr Loreto Teresia Wamuyu Wachira mill-Kenja u l-Isqof Marc Stenger minn Franza, ko-presidenti ta’ Pax Christi International, ipproponew li tingħata spinta lit-taħriġ kontra l-vjolenza speċjalment fost iż-żgħażagħ. Dan jista’ isir permezz tad-djalogu u l-komunikazzjoni li huma għażliet ewlenin biex jinħallu d-differenzi u mhux l-użu ta’ kliem ta’ mibegħda, attakki u gwerra. F’messaġġ maħruġ lill-midja dwar il-ħatriet riċenti tagħhom, it-tnejn urew il-fehma li l-vjolenza qed toħloq periklu dejjem jikber għad-dinja u jeħtieġ li tiġi trattata b’mezzi mhux vjolenti. Sr Wachira qalet: “Il-paċi hi importanti ħafna. Irridu nagħmlu ħilitna. Dan jista’ jieħu ħafna żmien u jaf ikollna mmorru kontra l-kurrent imma nemmen li rridu nimxu fiddirezzjoni t-tajba.” L-Isqof Stenger qal: “Dan jista’ jsir b’konnessjoni mal-infrastruttura disponibbli għall-Knisja fil-livelli kollha u enfasizza t-tagħlim soċjali tal-Knisja li dejjem għandu jinqara fid-dawl talVanġelu.”
Madwar id-dinja kollha s-Sorijiet jiddedikaw ħajjithom biex jappoġġaw lill-komunitajiet tagħhom, ħafna drabi f’żoni rurali fejn hemm ħafna faqar. Suor Ilham, Soru Dumnikana, Tramuntana tal-Iraq
Huma jehtieġu t-talb u l-appoġġ tieghek. -
€30
Jekk jogħġbok għin lis-Sorijiet Dumnikani Missjunarji fil-Pakistan biex ikomplu jwettqu l-ħidma edukattiva fost iż-żgħażagħ.
Jekk tixtieq toffri donazzjoni ċempel 21487818, żur acnmalta.org/donate/ jew permezz tal-APS account number: APS 20001771733 Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
mil-laqgħa li kellu ma’ żgħażagħ li esperjenzaw attakk fuq żewġ knejjes f’Lahore erba’ snin ilu. “Sakinder kien qed jitlob f’waħda mill-knejjes u matul l-isplużjonijiet tilef għajn. Antashia kienet qed tkanta filkor. Meta ħarġet barra rat partijiet minn iġsma mxerrdin fit-triq. Qandeel qal li minkejja l-attakki l-kongregazzjoni saret aktar magħquda u li ħafna minnha wara ngħaqdu mas-servizz tassigurtà. Dan kollu jagħmluh b’mod volontarju u huma kburin li jaħdmu għall-Knisja.” Matul iż-żjara tiegħu, Reinhard Backes żar bosta proġetti li l-ACN iffinanzjat f’dawn l-aħħar snin.
Reinhard Backes
Dawn jinkludu ċ-Ċentru Pastorali ta’ Joti f’Mirpur Khas fid-djoċesi ta’ Hyderabad kif ukoll il-parroċċa San Pietru f’Jhugian Jhuhid flArċidjoċesi ta’ Lahore fejn illum qed jgħixu l-Kattoliċi li fl-2013 tkeċċew bi vjolenza mill-hekk imsejħa Joseph Colony. L-ACN qed tgħinhom jibnu l-parroċċa l-ġdida.
IS-SIRJA
Fr Frans van der Lugt ...martri u pont bejn il-komunitajiet Fr Frans van der Lugt inqatel ħames snin ilu fil-belt ta’ Homs, Is-Sirja. Minn dak iż-żmien, kuljum, kemm Kristjani kif ukoll Musulmani jżuru l-ġnien talĠiżwiti biex jitolbu fuq il-qabar tiegħu. Hu kien Ġiżwita mill-Olanda u ħadem fis-Sirja għal 34 sena fejn bena pontijiet bejn ilKristjani u l-Musulmani, ilKattoliċi u l-Ortodossi, l-anzjani u ż-żgħażagħ. F’April 2012, ir-rivista Olandiża Streven ippubblikat rapport dwar iċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir: “Madwar sitt ġimgħat ilu lqajna seba’ familji fid-dar tagħna, total ta’ madwar 40 persuna. Aħna sirna familja waħda. Ilkoll qed nużaw l-istess kċina. Dawn in-nies semgħu li xtaqt niċċelebra Ħadd il-Palm mal-ftit Kristjani li fadal. Mistednin Musulmani naddfu l-knisja. “Ġimgħa wara wasal l-Għid il-Kbir. Huma ngħaqdu flimkien magħna waqt l-Ewkaristija Mqaddsa. Il-fidi talGħid iħossuha b’mod naturali. Huma tilfu kollox iżda mhux il-fidi fil-ħajja. Għadhom jafu kif jitbissmu, kif jgħinu lil ħaddieħor u kif jikkuntentaw littfal.” Ftit xhur qabel mewtu, Fr Frans deher fuq bosta stazzjonijiet televiżivi madwar id-dinja jappella
biex jintemm l-assedju ta’ Homs fejn in-nies kienu qed imutu bilġuħ. Il-gwerra ċivili kienet ilha għaddejja bosta snin. Fiċ-ċentru ta’ Homs ir-ribelli u t-truppi talgvern iġġieldu minn triq għal triq u minn dar għal dar. Żona żgħira fejn tinsab ir-residenza tal-Ġiżwiti kienet okkupata mill-forzi ribelli. Sena wara mewtu, fl-Olanda, ġie ppubblikat ktieb dwaru: Frans van der Lugt, bridge builder and martyr. Ħajtu u mewtu jistgħu jinġabru filqosor hekk: hu bena pontijiet bejn in-nies u nqatel bħala xhud.
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.