8
Il-Ħadd 11 ta’ Marzu 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
IL-LIBANU
Tliet saċerdoti ġodda biex jgħinu jonqos l-eżodu tal-Kristjani Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Sa ftit taż-żmien ilu l-Libanu kien l-uniku pajjiż fil-Lvant Nofsani b’maġġoranza Kristjana. Matul dawn l-aħħar snin dan inbidel. Aktar Kristjani qed jitilqu millpajjiż. Matul il-gwerra ċivili ta’ bejn l-1975 u l-1990 madwar 700,000 persuna Kristjana telqu mill-pajjiż. L-eżodu għadu għaddej sal-lum. Issa l-Kristjani jagħmlu biss madwar 34 fil-mija talpopolazzjoni u fost iż-żgħażagħ ta’ 25 sena u iżgħar, kwart biss minnhom huma Kristjani. Fil-grigal tal-pajjiż, flArċidjoċesi ta’ Baalbek, issitwazzjoni hi kritika għax il-Kristjani jammontaw biss għal kważi ħamsa fil-mija talpopolazzjoni. Dan hu reġjun fqir, qrib il-fruntiera mas-Sirja fejn is-sitwazzjoni mhix żgura u n-nies huma beżgħana. Dawk li jistgħu qed jitilqu millpajjiż u jfittxu ħajja aħjar band’oħra bħal fil-Kanada u fl-Awstralja. Oħrajn imorru lejn il-kapitali
Bejrut. Knisja attiva li tista’ tipprovdi appoġġ spiritwali, pastorali, soċjali u ekonomiku għall-fidili tagħha tista’ tnaqqas dan l-eżodu. Ovvjament, saċerdoti żgħażagħ, imħarrġa tajjeb, hawnhekk għandhom rwol importanti ħafna. Bħalissa hemm tliet żgħażagħ mill-Arċidjoċesi Maronita ta’ Baalbek li qed jieħdu l-formazzjoni saċerdotali. L-Arċisqof Hanna Rahme jemmen ħafna f’dawn iż-żgħażagħ iżda m’għandux irriżorsi meħtieġa. Għalhekk irrikorra lejn l-Aid to the Church in Need (ACN) biex tgħinu ħalli dawn iżżgħażagħ ikunu jistgħu jingħataw formazzjoni u jsiru rgħajja ta’ nieshom. L-ACN wegħdet lill-Arċisqof €7,000 għal dan l-iskop.
Int biss it-tama tagħha Eluf ta’ familji fis-Sirja u l-Iraq għandhom bżonn urġenti tal-ikel, mediċini u saqaf fuq rashom.
Dak kollu li ser tiċċaħħad minnu matul dan ir-Randan, jekk jogħġbok iċċaħħadhomx mit-tama.
It-tliet seminaristi li qed jistudjaw fl-Università Spirtu Mqaddes fi Kasslik, il-Libanu
IR-REPUBBLIKA ĊENTRALI TAL-AFRIKA
Jiffjorixxu aktar vokazzjonijiet Hu rari nisimgħu aħbarijiet pożittivi mir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika. Dan il-pajjiż li ilu għaddej minn kriżi għal żmien twil hu kklassifikat l-aħħar fil-Human Development Index. Saħansitra, sentejn wara t-tmiem tal-gwerra ċivili fir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika, 80 fil-mija tal-pajjiż għadu f’idejn diversi gruppi armati. Il-vjolenza għadha għaddejja u ġiegħlet lil eluf ta’ nies jaħarbu. Kemm-il darba reliġjużi u missjunarji jispiċċaw vittmi ta’ vjolenza u attakki. Minkejja dan kollu, hemm sejħa kbira ta’ vokazzjonijiet. Fl-Ordni Karmelitan, 27 żagħżugħ bdew jieħdu l-formazzjoni saċerdotali tagħhom biex jiddedikaw ħajjithom lil Alla. Dawn iż-żgħażagħ juru kuraġġ kbir. Wara kollox, huma r-reliġjużi li spiss ikollhom ħajjithom filperiklu għall-kisba tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni. Il-Patri Karmelitan imwieled l-Italja, Fr Aurelio Gazzera, qal: “L-unika arma tiegħi hi t-talb”. L-Aid to the Church in Need
(ACN) tappoġġa l-formazzjoni saċerdotali tal-Patrijiet Karmelitani fir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika u tgħin lis-Sorijiet u lir-reliġjużi madwar id-dinja kollha. Fr Martin Barta, l-Assistent Ekkleżjastiku tal-ACN (Internazzjonali), qal: “L-Aid to the Church in Need tappoġġja nies konsagrati lil Alla madwar iddinja kollha, nies li huma l-qawwa moħbija tal-missjoni, mhux biss permezz tal-karità esterna u l-ħidma pastorali li jwettqu iżda b’mod partikolari bit-talb u d-dedikazzjoni tagħhom lejn Alla. Mingħajr dawn in-nies ma nkunux nistgħu nkattru frott dejjiemi.”
Ritratt: ACN/Jaco Klamer
Inti lest biex tgħinhom? Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733 Tista’ tibgħat donazzjoni b’sms:.
50618949 – €6.99 |
51702079 – €15 |
51802081 – €25
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Il-komunità Karmelitana flimkien mas-27 membru ġdid fir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
15 ACN Int biss it-tama taghha (Lehen is-Sewwa).indd 1
01/03/2018 10:22 AM