8
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 11 ta’ Novembru 2018
IĊ-ĊINA
“Il-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi” Wenxuan Yuan, studenta fl-Università ta’ Notre Dame, ipparteċipat fis-Sinodu talIsqfijiet dwar iż-żgħażagħ flimkien ma’ żewġ Isqfijiet u parteċipanti oħra miċ-Ċina. F’avveniment organizzat miċĊentru Notre Dame għall-Etika u l-Kultura matul is-Sinodu, hi tat ix-xhieda tagħha mal-Isqfijiet u ż-żgħażagħ. Ta’ 14-il sena, Yuan ħadet iddeċiżjoni li tikkonverti u tħaddan ir-Reliġjon Kattolika. Hi qalet:
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
“Ksibt libertà li qatt ma kelli qabel. Għall-ewwel darba f’ħajti, ma kelli xejn x’naħbi f’qalbi.” Hi qalet: “Alla sar id-dawl tiegħi u għalhekk m’għadnix nibża’ middlam”. Hi ftakret f’kitba li qrat fi knisja li ħalliet impressjoni dejjiema f’ħajjitha.
L-INDJA
Fil-bitħa tal-knisja kien hemm blackboard fejn kien hemm miktub biċ-Ċiniż vers mill-ktieb tal-Appokalissi “Tibżax, jien hu l-Ewwel u l-Aħħar, jien ilĦaj, jien kont mejjet u ara, jien issa ħaj għal dejjem ta’ dejjem...” (1, 17-19).
Yuan qalet: “Ma kontx fhimt is-sinifikat kollu ta’ dan ilkliem imma ma stajtx nieqaf naħseb dwaru. Bqajt inżur ilknisja għal diversi drabi”. Hi kompliet: “Sa mill-bidu nett ħarist lejn il-Knisja bħala dar u jien grata ħafna għallgrazzji kollha li rċevejt”. Skont Yuan, din l-esperjenza tejbet ir-relazzjonijiet tagħha man-nies. Hi tħares lejhom bħala wlied Alla u membri tal-istess familja fi Kristu.
IN-NIĠERJA
Attakki tal-waħx
Roti għall-katekisti Fid-Djoċesi Indjana ta’ Rayagada hemm 50,000 persuna Kattolika biss f’popolazzjoni ta’ madwar 5.5 miljun persuna. F’diż-żona kien hemm ħafna attakki kontra l-Kristjani tal-post. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn ilKattoliċi huma foqra u emarġinati. Ix-xogħol ta’ ħafna minnhom hu li jaqtgħu l-frott u jsibu l-ħatab mill-foresti biex jgħixu huma u l-familja. Barra minnhekk, ħafna huma illitterati u jkollhom jissellfu l-flus. Meta jagħmlu hekk ikunu jridu jħallsu rati ta’ imgħax għolja ħafna b’riżultat li l-familji tagħhom jispiċċaw ilsiera tad-dejn. Id-Djoċesi tkopri żona kbira t’aktar minn 40,000 kilometri kwadri u ħafna mill-irħula jinsabu f’postijiet remoti fil-foresti u l-widien. Hemm 24 parroċċa
mifruxa f’żona kbira ħafna u għalhekk biex tmur minn banda għall-oħra trid tivvjaġġa distanzi kbar. It-30 Katekist għandhom rwol importanti. Huma jżuru l-fidili fl-irħula u saru l-“wiċċ viżibbli talKnisja” f’postijiet fejn is-saċerdoti rarament ikunu jistgħu jmorru. Iżda anki għall-katekisti, ħafna millvillaġġi huma diffiċli wkoll biex jaslu. Sa ftit żmien ilu l-katekisti kellhom jagħmlu dawn il-vjaġġi twal u diffiċli bil-mixi. Dan l-aħħar, grazzi għat-talb u l-ġenerożità tal-benefatturi, l-Aid to the Church in Need qed tgħin lill-Isqof Alphinat Senapati billi qed tagħti lil kull katekist rota biex jivvjaġġa. Issa l-katekisti jistgħu jaslu għand il-fidili f’inqas ħin u b’inqas tbatija.
Il-belt ta’ Jos, fit-Tramuntana tan-Niġerja, rat snin ta’ kriżijiet inter-reliġjużi vjolenti u issa l-Fulani bdew mewġa oħra ta’ attakki. Dan it-tip ta’ attakki kienu l-kaġun li ġabu ħafna nies orfni, romol u fi kriżi. F’intervista mal-Aid to the Church in Need, ‘Blessing’, studenta universitarja ta’ 23 sena li kienet tgħix f’Jos flimkien malfamilja tagħha, tkellmet dwar kif ommha, tlieta minn ħutha u sitt membri oħra tal-familja nqatlu f’ġurnata! “Dakinhar, għall-ħabta tas-7 p.m., konna kollha miġbura d-dar flimkien ma’ nannti, ommi, tlieta minn ħuti, oħti tar-rispett, neputi u tliet kuġini. Konna qed nieklu meta ħabta u sabta daħlu f’darna u bdew jisparawlna. “Waqajt mal-art taparsi mitt u hekk kif kont mixħuta fl-art
wieħed minnhom ġie ħdejja u sparali darbtejn.” ‘Blessing’ u kuġintha biss ma nqatlux. Hi tinsab trawmatizzata. Qalet: “Inħoss li ma fadalli xejn f’ħajti” u qed tappella: “Itolbu għalina biex ikollna aktar tama fi Kristu.” L-Arċisqof ta’ Jos, Ignatius Kaigama, li ġie mistieden millAid to the Church in Need (Malta) għat-tnedija tar-Rapport Religious Freedom in the World Report 2018 (li se jsir il-Ġimgħa, 23 ta’ Novembru taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca), qal, “dis-sena n-nies ma setgħux jaħdmu l-art bħas-soltu minħabba l-biża’ ta’ attakki. Ċertament għandhom bżonn l-għajnuna - ikel, mediċini, ħwejjeġ u bżonnijiet oħra - biex ikunu jistgħu jirritornaw lejn djarhom ħalli jerġgħu jibnu ħajjithom mill-ġdid mingħajr ebda theddid min-negozjanti tal-ħażen.”
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.
Quddiesa b’suffraġju għall-benefatturi mejtin. Nhar il-Ħadd, 18 ta’ Novembru 2018 fid-9.00am, fil-Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan, l-Aid to the Church in Need (Malta) qed tistedinkom biex tipparteċipaw fil-Quddiesa ċċelebrata mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu. Din il-Quddiesa ser tkun b’suffraġju għall-benefatturi mejtin tal-Aid to the Church in Need. Il-qraba u l-ħbieb huma mistiedna li jattendu. Il-Quddiesa ser tiġi trasmessa b’xandira diretta fuq TVM2. Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
75 - Mass Departed (Lehen) 24.8cm (Width) x 8.6cm (height).indd 1
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
05/11/2018 15:57