ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- 14 ta’ Ottubru 2018

Page 1

8

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 14 ta’ Ottubru 2018

Il-Bibbja għat-tfal

“God speaks to his children” Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Il-kmand ta’ Ġesù: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Vanġelu lill-ħolqien kollu” (Mk.16:15) hu prijorità għall-Aid to the Church in Need (ACN). Nieħdu dan il-mandat b’serjetà kbira. Ġew stampati mal-51 miljun kopja tal-Bibbja għat-tfal ippubblikata mill-ACN, God speaks to his children. F’dawn l-aħħar 30 sena din ġiet stampata f’190 lingwa. Dan il-ktejjeb fassal il-futur ta’ bosta

tfal. Uħud minnhom saru saċerdoti. Fr Rolando Montes de Oca minn Kuba hu xhieda ta’ dan. Fr Werenfried van Straaten, il-fundatur tal-ACN, ħass il-bżonn li “t-tfal għandhom bżonn xi ħaġa

bħall-Bibbja għalihom biex ixxbieha ta’ Kristu tista’ ssir waħda ħajja fi qlubhom”. Ħafna drabi f’pajjiżi foqra, ilBibbja għat-Tfal hi l-ewwel ktieb li dawn jirċievu miktub fil-lingwa tagħhom u kultant ikun l-uniku ktieb bi stampi li jkunu jistgħu jsibu. Saħansitra llum, għal uħud mil-lingwi inqas mitkellma, ilBibbja għat-tfal għadu l-uniku ktieb stampat li jsibu. Il-Ġiżwiti fid-djoċesi San

Cristobal de las Casas, finNofsinhar tal-Messiku, qalbu dan il-ktejjeb fl-ilsien indiġenu Tseltal li f’dan ir-reġjun hu mitkellem minn nofs miljun persuna. Grazzi għall-benefatturi talACN ħafna tfal issa jistgħu jsiru jafu l-kelma ta’ Alla bl-ilsien nattiv tagħhom. Dan hu teżor ta’ valur kbir. Bl-għajnuna tiegħek u t’oħrajn bħalek nistgħu nilħqu lil ħafna aktar tfal. Grazzi tal-għajnuna!

IL-VENEZWELA

Nazzjon mifni bl-inkwiet Il-Venezwela, pajjiż f’diffikultajiet kbar, mifni b’inflazzjoni, faqar, malnutrizzjoni u inċertezza. Wieħed jeħtieġ 63 paga minima biex jixtri basket affarijiet għall-familja. Barra minnhekk kull ġimgħa bejn ħames u sitt itfal imutu minħabba l-malnutrizzjoni. Il-mediċini jiswew ħafna flus filwaqt li l-mard kroniku sar wieħed fatali. Skont il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-inflazzjoni tista’ tilħaq il-miljun fil-mija sal-aħħar ta’ Diċembru 2018. Quddiem din issitwazzjoni, tliet miljun Venezwelan telqu mill-pajjiż u l-bliet ġirien talAmerka t’Isfel qed iħossu l-effetti ta’ waħda mill-akbar mewġiet ta’ emigrazzjoni fl-istorja tar-reġjun.

F’din is-sitwazzjoni, ilKnisja qed tbati wkoll iżda xorta waħda trid twieġeb għal dawn id-diffikultajiet b’fidi, b’karità, b’tama u b’perseveranza. Issaċerdoti u r-reliġjużi qed jagħmlu dak kollu possibbli biex isostnu, jakkumpanjaw u jgħinu lin-nies. Marco Mencaglia, id-Direttur

għall-Proġetti tal-Amerka Latina tal-Aid to the Church in Need (ACN) qal li l-organizzazzjoni ilha preżenti fil-Venezwela żmien iżda b’mod speċjali f’dawn “l-aħħar sentejn fejn il-pajjiż u l-kleru qed iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjoni ta’ sfida”. Fi kliem Fr Víctor Manuel:

“Irridu nkunu xhieda ta’ karità filqalba ta’ dan id-diżastru soċjali. Id li tgħin b’imħabba lil ħutna li qed ibatu”. Fl-istess ħin, inħeġġu wkoll lill-Kattoliċi madwar id-dinja kollha biex jitolbu matul ilQuddies “għall-paċi u l-futur talVenezwela”.

Miljun tifel u tifla

. madwar id-dinja jitolbu r-Ruzarju

Soru titma’ tfal fqar li jbatu minn malnutrizzjoni

IL-VATIKAN

Ħidma biex jinbidlu sitwazzjonijiet vjolenti

. Ghall-ghaqda u l-paci

Il-Hamis, 18 t’Ottubru 2018 - konvenjenti iehor) fid-9.00am (jew f’hin

www.acnmalta.org

info@acnmalta.org www.millionkidspraying.org

Aktar minn 300 parteċipant, inkluż membri tal-Kleru, reliġjużi u żgħażagħ mill-ħames kontinenti jinsabu Ruma jattendu għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ. Fil-bidu tas-Sinodu l-Papa Franġisku talab lil kulħadd biex jibda l-assemblea “midluk bittama”. Il-Papa qal li t-tama tista’ “twessa’ l-orizzonti tagħna, tespandi qlubna u tittrasforma l-mogħdijiet ta’ ħsieb li llum qed jipparalizzawna, ibegħduna u jaljenawna miż-żgħażagħ”. Il-Papa kompla li t-tama titlobna nqumu u nħarsu direttament lejn għajnejn iżżgħażagħ u nidentifikaw is-

sitwazzjonijiet tagħhom. Din l-istess tama titlobna biex nagħmlu sforzi u nbiddlu sitwazzjonijiet ta’ inċertezza, esklużjoni u vjolenza li ż-żgħażagħ tagħna huma esposti għalihom. Il-Papa Franġisku talab biex “l-Ispirtu s-Santu jagħtina l-grazzja li nkunu ta’ memorja diliġenti, ħajja u effettiva biex ma jippermettix lilu nnifsu li jintilef minn ġenerazzjoni għall-oħra jew jiġi kkalpestat mill-profeti tal-mewt u l-isfortuna, minnuqqasijiet tagħna stess, milliżbalji u d-dnub. Pjuttost jalla jkun memorja li tħeġġeġ lil qlubna u li tidentifika l-modi tal-Ispirtu”.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.