ACN (Malta) – IL- LEĦEN Il-Ħadd 15 ta' April 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 15 ta’ April 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

IR-REPUBBLIKA TAL-AFRIKA ĊENTRALI

Jinqatel saċerdot waqt attakk fuq parroċċa Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Fr Joseph Désiré Angbabata de Séko, saċerdot mid-djoċesi ta’ Bambari fiċ-ċentru tar-Repubblika tal-Afrika Ċentrali, miet wara li ndarab f’attakk imwettaq fuq il-parroċċa tiegħu minn grupp armat mhux magħruf. ġimgħat 30 persuna nqatlu waqt ġlied bejn is-Sélèka u l-milizzji anti-Balaka. Il-kunflitti bdew wara li nqatel ġellied tal-anti-Balaka fir-raħal ta’ Gotilé. Bħala ritaljazzjoni, l-anti-

Fr Firmin Gbagoua, il-Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Bambari, ikkonferma l-mewt tas-saċerdot u spjega li l-popolazzjoni ċivili mhix protetta u qed tkompli ssofri attakki minn gruppi armati. Fl-aħħar

Balaka qatlu 15-il persuna fir-raħal ta’ Tagbara. Il-milizzja tal-UPC bħala ritaljazzjoni attakkat bosta villaġġi fiż-żona. Din il-mewġa ġdida ta’ vjolenza ġiegħlet lil eluf ta’ nies jaħarbu. Il-mexxejja reliġjużi tarRepubblika Afrikana Ċentrali, inkluż il-Kardinal Dieudonné Nzapalainga, l-Arċisqof ta’ Bangui, ikkundannaw il-gruppi kollha mdaħħla fil-ġlied li qed jinqdew bir-reliġjon bħala skuża biex jiksbu

l-għanijiet politiċi u ekonomiċi tagħhom. In-nies fir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika tant draw il-gwerra u l-preżenza ta’ gruppi armati li din saret parti mill-ħajja ta’ kuljum. Sebgħin fil-mija tat-territorju jsofri mill-effetti tal-kunflitti iżda n-numru eżatt ta’ mwiet mhux magħruf. Madankollu, il-kunflitt hu fil-biċċa l-kbira injorat mill-bqija tad-dinja u l-midja internazzjonali qiegħda siekta.

IS-SIRJA

Il-ħarba ‘mirakuluża’ ta’ Antoine minn taħt idejn l-ISIS Din hi l-istorja ta’ missier Kristjan ta’ tlett itfal, Antoine, minn Aleppo, li rnexxielu jaħrab minn taħt idejn l-ISIS wara 62 ġurnata maqful. F’jum bħall-oħrajn, filgħodu, Antoine wasal ix-xogħol u spiċċa nħataf minn militanti Ġiħadisti li ħatfu taħt idejhom il-fabbrika fejn Antonie kien jaħdem. Dan wettquh bħala parti mill-kampanja li jieħdu l-kontroll tal-Lvant ta’ Aleppo. Il-militanti heddew lil Antoine b’sikkina m’għonqu u b’pistola ma’ rasu u qalulu biex jiċħad il-Fidi tiegħu. Determinat li jibqa’ ħaj biex jgħin lil martu, Georgette u lit-tlett ibniet tagħhom, il-patt ta’ Antoine ma’ Alla kien li jġib ruħu bħala Musulman waqt li fil-moħbi jħaddan il-Fidi Kristjana.

Wara jiem f’turment, Antoine kellu żjara mill-‘Prinċep’ tal-ISIS li qallu biex iħejji ruħu għal missjoni speċjali: li jwettaq attakk suwiċida. Fil-fabbrika, flimkien ma’ Antoine kien hemm raġel Ingliż li kkonverta għall-Iżlam u li xogħlu kien li jikkonvinċi lil Antoine iwettaq ilmissjoni suwiċida. Antoine talab ħafna biex jinħeles. Hu qal li darba, filwaqt li kien nofsu rieqed, ħass lillMadonna sserraħ idejha fuq spalltu u talbitu jaħrab. Hekk kif fil-bini kulħadd kien qed jitlob, Antoine ħataf l-opportunità u mexa fuq ponot subgħajh lejn il-bieb ewlieni. B’miraklu, ilktajjen u s-serratura nfetħu, il-bieb infetaħ beraħ u Antoine ħarab. Imbagħad tela’ ma’

- rigali Kotba ideali bhala - . ghall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof.

ħajt għoli, mexa tul il-ħajt ta’ sigurtà u ħarab lejn dar fil-qrib. Hemmhekk Antoine reġa’ ngħaqad ma’ martu u wliedhom Gezel ta’ erba’ snin, Eleanor ta’ tliet snin u Roula ta’ sentejn. Georgette qabdet id żewġha u qaltlu: “Ma kontx ngħidlek li Alla qatt ma jabbanduna lil niesu?” Il-familja kienet fqira u sakemm issieħbet fil-proġetti tal-Aid to the Church in Need, Sr Annie Demerjian sabitilhom dar, ikel u mediċini. Antoine spjega li l-familja ma setgħetx tħallas il-kera u bi tweġiba Sr Annie tathom il-fondi li kellhom bżonn ipprovduti mill-ACN, grazzi għall-ġenerożità tal-benefatturi.

HAITI

€6.25 God speaks To His Children: siltiet millBibbja bl-Ingliż u bi stampi kkuluriti. Addattat għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.

€9.90 YOUCAT: Il-Katekiżmu talKnisja Kattolika ppreżentat b’disinn u lingwa addattata għaż-żgħażagħ (jinkludi l-ktieb tal-Katekiżmu tal-Knisja

Pubblikazzjonijiet tal-Fondazzjoni Pontifiċja Aid to the Church in Need Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 . Cempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

22 ACN YouCat & Bible (Lehen is-Sewwa) 2.indd 1

05/04/2018 13:36

Membri tal-Kleru waqt il-konċelebrazzjoni tal-Ewkaristija fil-parroċċa Madonna tal-Midalja Mirakoluza

Knisja parrokkjali ġdida Sa minn qabel it-terremot devastanti ta’ Jannar 2010 li xeħet l-attenzjoni tad-dinja fuq il-qagħda mwiegħra tal-pajjiż, Ħaiti kien diġà wieħed mill-aktar pajjiżi foqra tal-Punent. Minħabba d-diżastri naturali, il-vjolenza, l-inkwiet politiku, il-faqar u l-ġuħ, in-nies ta’ Ħaiti għaddew minn ħafna tbatija. Il-maġġoranza tal-popolazzjoni ta’ Ħaiti tikkonsisti f’dixxendenti ta’ skjavi Afrikani. Illum, kważi 7 miljuni mit-8.6 miljun ċittadini tal-pajjiż huma Kattoliċi minkejja li ritwali pagani bħall-kult talvudu għadhom mifruxa ħafna. Madanakollu, il-Knisja qed taħdem ħafna biex tnissel forma ta’ fidi

Kattolika aktar pura. Hemm ħafna parroċċi li fihom il-fidili jgħixu l-fidi tagħhom b’devozzjoni kbira u profonda. Parroċċa minnhom hi dik talMadonna tal-Midalja Mirakoluża fil-villaġġ Créole fis-subborg tal-belt Hinche mal-fruntiera tarRepubblika Domenikana. Dan is-subborg kiber ħafna matul dawn l-aħħar 25 sena u issa jħaddan popolazzjoni ta’ madwar 70,000 persuna Kattolika. Madankollu m’għandux knisja parrokkjali u l-Quddiesa tiġi ċċelebrata f’post temporanju. L-Aid to the Church in Need qed tgħin b’kontribuzzjoni ta’ €70,000.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.