8
Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
IR-REPUBBLIKA ĊENTRALI TAL-AFRIKA
L-ACN tagħti għajnuna ta’ emerġenza lid-Djoċesi ta’ Bangassou Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Minn Diċembru 2012 parti kbira mir-Repubblika Ċentrali tal-Afrika ilha għaddejja minn gwerra qalila li fiha s-Selekas (Musulmani) u l-milizzji anti-Balaka (mhux Musulmani) qed jiġġieldu vjolentement u tefgħu lillpopolazzjoni fil-biża’. Id-Djoċesi ta’ Bangassou għaddiet minn theddid, aggressjoni u rat ħafna distretti jinħarqu. Bħala tweġiba għal dan, l-Isqof Juan Jose Aguirre irreaġixxa billi reġa’ fetaħ l-iskejjel Kattoliċi. Bil-grazzja ta’ Alla u grazzi għall-ġenerożità talbenefatturi, l-Aid to the Church in Need (ACN) qed tappoġġja dan il-proġett ta’ emerġenza. Biex l-iskejjel jerġgħu jinfetħu, il-familji li ħarbu mill-irħula li ġew maħruqa u marru fix-xagħri talmadwar jew fil-pajjiż ġar il-Kongo, għandhom bżonn jerġgħu jibnu djarhom mill-ġdid u jistabbilixxu l-komunità. L-Isqof Aguirre qal: “Aħna naħsbu li jekk nagħtu linnies it-tiben (l-aktar materjal diffiċli biex issib) għas-soqfa, dan ikun t’għajnuna kbira”. Minkejja t-theddid u l-periklu,
is-saċerdoti diġà żaru wħud millirħula meqruda biex jgħallmu lil madwar 2,000 student li applikaw. Fi sforz biex jiġi żgurat li l-iskejjel jitmexxew b’mod normali, it-tfal ta’ kull reliġjon se jingħaqdu flistess klassi. Dan qed isir bit-tama li jinkoraġġixxi lill-ġenituri jagħtu prijorità il-ġejjieni ta’ wliedhom minflok ma jibqgħu fil-kunflitt. L-Isqof Aguirre qal lill-ACN: “Aħna naħsbu li dan il-proġett jista’ jikkontribwixxi għarrikonċiljazzjoni u l-koeżistenza soċjali fid-Djoċesi bejn il-membri tar-reliġjonijiet kollha”. Is-sostenn finanzjarju tal-ACN ta’ €22,500 se jintuża biex jitħallsu s-salarji tal-għalliema għal tmien skejjel Kattoliċi kif ukoll għat-tiben biex jinbew madwar 500 dar li nqerdu fl-attakki.
Il-Kristjani fl-Indja qed jiġu eżaminati fil-Fidi.
Inti lest biex tgħinhom? Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733
50618949 – €6.99 |
51702079 – €15 |
51802081 – €25
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
46 - India Advert (Lehen).indd 3
Jinqatel it-tielet saċerdot Inqatel saċerdot ieħor f’dal-pajjiż mifni mill-gwerra – Fr Firmin Gbagoua, il-Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Bambari. Fr Gbagoua nqatel fi tmiem ix-xahar li għadda billi sparawlu f’żaqqu mill-viċin qabel attenda ikla fl-Arċidjoċesi ta’ Bambari ma’ kollegi tiegħu. Fr Gbagoua kien it-tielet saċerdot li nqatel fil-pajjiż din issena. Fr Joseph Désiré Angbabata nqatel f’Marzu u Fr Albert ToungoumaléBaba nqatel fl-1 ta’ Mejju ma’ 15-il parruċċan tiegħu f’Bangui. F’dikjarazzjoni, il-Konferenza Episkopali tal-Afrika Ċentrali kkundannat bil-qawwa l-qtil tassaċerdoti u talbet li ssir ġustizzja: “Inħeġġu lill-Gvern u lill-Minusca biex jikkordinaw azzjonijiethom ħalli dawk li wettqu dawn id-delitti
jiġu arrestati u jidhru quddiem ilġustizzja.” L-Isqfijiet staqsew min se jibbenifka minn dawn l-abbużi kollha kontra l-Knisja Kattolika talAfrika Ċentrali. Għal darb’oħra l-Isqfijiet ħeġġew lill-komunità Kristjana kollha “biex tibqa’ kalma u titlob u biex ma taqax fin-nasba ta’ dawk li jixtiequ juru li l-Kristjani u l-Musulmani ma jistgħux jibqgħu jgħixu flimkien u biex jifirdu inNazzjon.” F’dawn l-aħħar xhur, it-tensjoni fir-Repubblika Ċentrali talAfrika kompliet teskala u l-Knisja ripetutament talbet għall-kalma u ċaħdet indħil ta’ pajjiżi barranin.
IL-BAĦREJN Nofsani mingħajr Kristjani Il-Lvant ma jkunx il-Lvant Nofsani
Fi żmien fejn il-Knisja tinsab ippersegwitata, l-għajnuna tiegħek tista’ tbiddel għall-aħjar il-ħajja ta’ dawn ħutna li tant qegħdin ibatu.
Tista’ tibgħat donazzjoni b’sms:.
L-Isqof Juan Jose Aguirre jmexxi “pellegrinaġġ” tat-tfal fid-djoċesi tiegħu ta’ Bangassou
09/07/2018 15:42
Il-Papa Franġisku qal li l-Lvant Nofsani jinsab f’salib it-toroq ta’ sitwazzjonijiet diffiċli u f’riskju li jitlef il-Kristjani kollha tiegħu. Hu qal: “Il-Lvant Nofsani mingħajr Kristjani ma jkunx ilLvant Nofsani” u kompla li “llum il-Lvant Nofsani qed isofri, qed jibki. Il-forzi dinjija ma tantx jinkwetaw għall-kultura, għall-Fidi u għall-ħajja ta’ dawn in-nies imma jħarsu lejh biex jaraw x’jistgħu jakkwistaw u biex ikollhom dominanza akbar.” In-numru ta’ Kristjani fir-reġjun qed ikompli jonqos, kompla l-Papa. Dan ifisser li l-Knisja qed tirriskja li titlef it-tradizzjonijiet “talBenniena tal-Kristjaneżmu.” Hu qal li l-membri tar-ROACO għadhom
qed ikomplu “iwettqu l-ħidma kbira tagħhom” biex jgħinu l-Lvant Nofsani jħares l-identità Kristjana tiegħu. Hu qal lill-membri tarROACO: “Din hi tama li trid tinżera’ u l-Knisja trid tkompli taħdem kif taħdmu intom”. Hu tenna: “Nirringrazzjakom ħafna għal dan.” L-ROACO hu korp ta’ kordinament tal-Vatikan magħruf bl-akronimu Taljan. Dan ilkorp jaħdem taħt l-awspiċi talKongregazzjoni għall-Knejjes tal-Lvant u jgħaqqad aġenziji ta’ finanzjament biex jassisti lill-poplu ta’ Alla fir-reġjun. Il-Papa temm li minkejja d-diffikultajiet “il-Mulej ma jabbandunaniex u għalhekk il-Lvant Nofsani għad għandu t-tama.”
14
Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018
Il-Leħen SPEĊJALI
“Jista’ l-Kristjaneżmu jibqa’ għaddej fil-Lvant Nofsani? - Jistaqsi l-awtur Franċiz u Direttur Nazzjonali tal-ACN (Franza) Marc Fromager Kien hemm attendenza sabiħa għat-taħdita “Jista’ l-Kristjaneżmu jibqa’ għaddej fil-Lvant Nofsani?” organizzata mill-Aid to the Church in Need (Malta) fil-Corinthia Palace Hotel, Ħ’Attard, dan l-aħħar. Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Malta), f’diskors ta’ introduzzjoni, irringrazzja lill-awtur Franċiż Marc Fromager li laqa’ l-istedina biex ikun il-kelliem ewlieni tas-serata. Marc Fromager hu d-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Franza) u awtur ta’ bosta kotba u artikli dwar il-Lvant Nofsani. Hu tkellem dwar is-sitwazzjoni attwali fl-Iraq u s-Sirja. Hu ilu jistudja l-Lvant Nofsani għal dawn l-aħħar 20 sena u osserva kif il-komunitajiet Kristjani kważi spiċċaw fix-xejn minħabba d-diskriminazzjoni u l-vjolenza li kellhom jiffaċċjaw. Fromager qal: “Għandna naħsbu fil-fond dwar id-diskriminazzjoni u l-persekuzzjoni speċifika kontra l-Kristjani. Jidher li m’għandhomx fejn jgħixu u hu għalhekk li ħafna kellhom jaħarbu. Il-mistoqsija hi “Hemm futur għalihom fil-Lvant Nofsani?” L-awtur Franċiż tkellem dwar dak li hu ddeskriva bħala aħbar tajba ħafna li l-Kristjani spostati qed jirritornaw lejn djarhom qabel iż-żmien stipulat minkejja li l-ibliet u l-irħula tagħhom inqerdu minħabba l-gwerra u l-okkupazzjoni tal-ISIS. Din hi tabilħaqq aħbar promittenti għallfutur tal-Kristjaneżmu fil-Lvant Nofsani għalkemm għad fadal
Appell għal appoġġ finanzjarju L-Aid to the Church in Need qed tagħmel appell għal appoġġ finanzjarju biex tgħin lill-Kristjani fl-Iraq u fisSirja. Dan hu bżonn urġenti għax, jekk din l-għajnuna ma titwassalx, fi ftit xhur oħra dawn jitilfu t-tama u jkollhom iħallu l-pajjiżi tagħhom.
ħafna problemi partikolarment fir-rigward ta’ bini mill-ġdid ta’ djar u l-infrastruttura u li jkun hemm kundizzjonijiet xierqa biex il-Kristjani jerġgħu jibdew jgħixu u jaħdmu hemmhekk. Tkellem dwar kif il-Lvant Nofsani qed jinbidel b’rata mgħaġġla. Il-ġlieda għalleġemonija reġjonali bejn l-Arabja Sawdita u l-Iran. Il-kilba għaż-żejt u l-gass. L-industrija tal-armi. L-indħil tal-Punent u l-bejgħ talarmi lill-Arabja Sawdita. Fromager iddikjara li l-Istati Uniti tal-Amerka u l-pajjiżi Ewropej għandhom jieqfu jindaħlu fil-kwistjonijiet tal-Lvant Nofsani. Hu qal li dan l-indħil wassal għall-ħolqien tal-ISIS u l-gwerra fis-Sirja. Il-kriżi kompliet teskala u feġġet il-problema talimmigrazzjoni fl-Ewropa. Hu qal li l-akbar problema li jara hi r-radikalizzazzjoni talIslam. Dan qed ikun ostaklu kbir għall-komunitajiet li jħaddnu
twemmin reliġjuż differenti biex jgħixu flimkien kif kienu jgħixu fil-passat. Fromager qal li dan qed iseħħ minħabba l-Waħħabiniżmu li hu finanzjat u mħeġġeġ mill-Arabja Sawdita. Hemm ukoll fatturi interni fl-Islam stess li Fromager jemmen li dan qed jiffaċċja kriżi minħabba li l-istil ta’ ħajja antika m’għadux kompatibbli mal-ħajja moderna li hi bbażata fuq l-ugwaljanza u l-libertà. Dan wassal lil Musulmani biex isiru atei jew jikkonvertu għall-Kristjaneżmu filwaqt li oħrajn saru fundamentalisti u marru lura għall-istil ta’ ħajja, twemmin u ħwejjeġ taż-żmien bikri tal-Islam. Wara Marc Fromager, Monsinjur Professur Hector Scerri, l-Assistent Ekkleżjastiku tal-ACN (Malta) tkellem dwar id-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-Kristjani tal-Lvant Nofsani. Fost riflessjonijiet oħra, Monsinjur Scerri qal li waqt li Ġesù kien qed jiffaċċja l-passjoni hu qal “Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna” (Lq. 12:32). Hu semma “il-merħliet iż-żgħar”
f’dawn il-pajjiżi li aħna għandna ngħinu u tkellem dwar il-melħ talart u l-loġika divina. Hu sostna li l-Kristjani li qed ibatu madwar iddinja ċertament qed jikkontribwixxu għall-qdusija tal-Knisja. Monsinjur Scerri kompla li hu minnu li l-Knisja ssir iktar qaddisa biċ-ċerimonji sbieħ u dokumenti meraviljużi miktuba minn Papiet u Isqfijiet iżda l-Knisja ssir aktar qaddisa “bit-tbatija siekta talKristjani madwar id-dinja. Din hi tabilħaqq loġika divina”. Għalaq is-serata l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona, Dumnikan, li fost affarijiet oħra qal li fil-qalba ta’ din il-vjolenza hemm dawn iż-żewġ prinċipji ewlenin (id-dritt u l-egoiżmu). L-Arċisqof Cremona ssuġġerixxa li m’għandniex nikkonċentraw biss dwar dak li qal Marc Fromager iżda rridu nagħtu wkoll glorja lil Alla billi nħalluh jidħol f’qalbna. Nagħtuh glorja biex ibiddilna kif irid Hu u mhux kif irridu aħna. Wara d-diskors tiegħu, flimkien mal-udjenza, talab il-Missierna għall-paċi fil-Lvant Nofsani.