ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- 16 ta’ Settembru 2018

Page 1

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

8

Il-Ħadd 16 ta’ Settembru 2018

IL-PAKISTAN

L-UKRAJNA

Sejħa għat-talb u l-għajnuna – l-Isqof Coutts jitkellem dwar il-ħatra tiegħu ta’ Kardinal Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Lura l-Pakistan, wara li nħatar Kardinal, l-Isqof Joseph Coutts (ritratt) qal: “Jien ma ntgħażiltx għax jien l-aktar wieħed kapaċi. Dan hu l-pjan ta’ Alla għalija: li nservih qrib il-Papa. Hi responsabbiltà u sejħa biex inkompli nitlob u biex inservi aktar. Il-ħatra tiegħi ta’ Kardinal hi unur għall-Knisja u għall-Pakistan. Għalhekk inħeġġeġ lill-Poplu ta’ Alla biex jgħinni permezz tat-talb biex inkun nista’ nwettaq irresponsabbiltajiet tiegħi.” Il-Kardinal Coutts qed jippjana li jżur il-parroċċi kollha tad-Djoċesi tiegħu u qal li l-ħatra tiegħu bħala Kardinal “tfisser li rrid naħdem aktar għall-poplu ta’ Alla fdat f’idejja u għallKnisja universali.” Mal-wasla tiegħu minn Ruma, il-Kardinal intlaqa’ f’ambjent festiv b’aktar minn 200 mutur li akkumpanjawh mill-ajruport sal-Katidral San

Patrizju f’Karachi. Ilfidili qagħdu skjerati tul ir-rotta lebsin ħwejjeġ tradizzjonali b’girlandi m’għonqhom u jxejru l-fjuri. Waqt li mexxa konċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr lil Alla għall-ħatra tiegħu, il-Kardinal Coutts indirizza folla ta’ aktar minn 5,000 persuna u qalilhom: “Jien ferħan ħafna bil-messaġġi u ż-żjarat li rċevejt minn madwar il-pajjiż kollu, mhux biss mill-Kristjani iżda wkoll minn bosta gruppi mhux Kristjani. Hu mument ta’ ferħ iżda fl-istess ħin din il-kariga hi responsabbiltà kbira għalija. Nistieden lillfidili kollha biex jgħinuni billi jitolbu għalija.” Fil-konċelebrazzjoni ħadu sehem l-Isqfijiet Kattoliċi kollha tal-Pakistan.

Ifakkar ‘il-gwerra siekta u minsija’ Top of FormL-Arċisqof Sviatoslav Shevchuk ta’ Kiev, il-kap tal-Knisja Kattolika Griega talUkrajna, talab lill-komunità internazzjonali, b’mod speċjali lill-Kattoliċi sħabu, biex ma jinsewx il-kriżi tal-Ukrajna. L-Arċisqof qal li “din hi gwerra siekta u minsija. Minkejja li l-kunflitt għadu għaddej, ħadd mhu jitkellem dwar il-gwerra fl-Ukrajna.” L-Arċisqof Shevchuk qal li l-erba’ snin ta’ ġlied fil-Lvant tal-Ukrajna wasslu għal “l-ikbar kriżi umanitarja fil-kontinent Ewropew sa mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija”. Id-data tan-Nazzjonijiet Magħquda turi li mindu fl-2014 ir-Russja inkorporat magħha lill-Krimea aktar minn 10,000 persuna nqatlu u 1.6 miljun persuna kellhom jitilqu mill-pajjiż. Il-ġlied ukoll għamel ħsara lillinfrastruttura bażika bħal sptarijiet u kkawża diżastru ambjentali. L-Arċisqof wissa li “minbarra dawn il-vittmi u t-traġedji umani, għad hemm periklu ieħor moħbi tal-gwerra fil-Lvant tal- Ukrajna. Dan ir-reġjun hu f’riskju li jsofri katastrofu ekoloġiku dejjiemi minħabba l-minjieri mgħarrqa u ilma tax-xorb ikkontaminat. Dan jista’ jitqies fl-istess skala tad-diżastru tas-sena 1986 meta kien hemm difett fir-reattur nukleari ta’ Chernobyl.” L-Arċisqof kompla li fir-reġjun sa erba’ miljun persuna jistgħu jibqgħu mingħajr ilma tajjeb għax-xorb. L-Arċisqof wissa dwar il-perikli ta’ “aħbarijiet foloz” li affettwaw anki lill-pajjiżi żviluppati fil-Punent. Hu kompla li “din mhix biss il-gwerra tagħna imma hi wkoll gwerra kontra l-umanità!”

IN-NIĠERJA

Il-qagħda fil-pajjiż qed titjieb ... iżda għadha ’l bogħod min-normalità

L-Offerta (Elemożina) ta’ €5 għall-Quddiesa tmur għall-għajxien ta’ saċerdoti li jwettqu ħidma pastorali fejn il-Knisja hija fqira u ppersegwitata.

Ikkuntattjana Posta: Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038

Onlajn:

www.acnmalta.org/mass

Telefon: 21487818

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am – 4:15pm

Indirizz Postali

Isem u Kunjom

Tel / Mob

E-Mail

Quddiesa għall-erwieħ Quddiesa għallintenzjonijiet tiegħek

Novena Tridu

Għal ruħ / intenzjonijiet ta’:

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Fr Tobias Bature (ritratt), saċerdot fid-djoċesi ta’ Maiduguri fl-istat ta’ Borno, In-Niġerja, qal lillAid to the Church in Need (ACN) li l-qagħda fl-istat tiegħu qalbet ftit għall-aħjar. F’Maiduguri għad hemm kampijiet tar-refuġjati iżda n-numru ta’ refuġjati naqas. Ħafna li oriġinarjament kienu jgħixu fiż-żoni rurali marru lura fid-djar tagħhom. In-nies li ħarbu mit-terrur qed jirritornaw lejn djarhom u jmorru għax-xogħol. Qed jippruvaw jirranġaw djarhom u jgħixu ħajja normali. Madankollu, il-qgħad għadu għoli ħafna. Uħud mill-IDPs (persuni spostjati internament) reġgħu lura u sabu djarhom meqruda jew misruqa minn vandali. Dan hu diffiċli ħafna għalihom iżda hemm organizzazzjonijiet f’Maiduguri li qed jgħinu linnies jerġgħu jibdew jgħixu l-ħajja normali. Id-Djoċesi ta’ Maiduguri ħadmet ħafna biex tappoġġjahom. L-Isqof Oliver Doeme bagħtilhom l-ikel diversi drabi u s-saċerdoti għenu biex jitqassam.

Bil-grazzja ta’ Alla u grazzi għat-talb u l-ġenerożità talbenefatturi, l-ACN qed tgħin ukoll lin-nisa romol biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom permezz ta’ inizjattivi kummerċjali żgħar u tat boroż ta’ studju lill-orfni. L-Isqof Doeme ħatar saċerdoti biex jorganizzaw workshops ħalli jgħinu lin-nies li għaddejjin minn trawma. Ir-residenti ta’ Maiduguri jaraw in-nuqqas ta’ trasparenza u onestà mill-awtoritajiet.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.