8
Il-Ħadd 17 ta’ Ġunju 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
IS-SIRJA
Ġesù l-blata tiegħi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Il-Katidral Ortodoss Sirjak ta’ Homs, Um al Zehnar, kellu ċerimonja speċjali: is-sidien Kristjani tas-97 dar f’Homs li l-Aid to the Church in Need (ACN) għenet biex jerġgħu jinbnew irċevew rigal tal-ewwel ġebla bilkliem: “Ġesù l-blata tiegħi”. Is-sidien tas-97 dar li waqgħu huma ta’ denominazzjonijiet Kristjani differenti. Homs hi t-tielet l-akbar belt tas-Sirja wara Damasku u Aleppo. Matul l-ewwel snin tal-kunflitt rat ġlied qalil bejn ir-ribelli u l-forzi tal-Gvern. Ħafna Kristjani ħarbu mill-belt għal raġunijiet ta’ sigurtà jew minħabba li d-djar tagħhom inqerdu. “Grazzi għal kulma tagħmlu għalina”, qalu Aziz al Houri u martu. “It-tfal tagħna huma eċċitati li fl-aħħar se jirritornaw id-dar”. “Għexna snin terribbli”, qal
Christian Nizar Al Bitar, “iżda grazzi għall-appoġġ tagħkom ma tlifniex it-tama. Il-Kristjani jibqgħu fis-Sirja” Is-97 dar se jkunu lesti qabel tmiem is-sajf. Genan Abdalaha, omm, hi ferħana li se twelled it-tarbija tagħha f’darha stess. Hi qalet: “Ma nistax nemmen li fl-aħħar nistgħu mmorru lura fl-akkwata tagħna”. L-ACN iffinanzjat €300,000 għall-bini mill-ġdid ta’ aktar minn 110 dar f’Homs. Alessandro Monteduro, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Italja) qal:
Appell biex tintemm ilvjolenza fin-Nikaragwa Il-Ħadd, 3 ta’ Ġunju, il-Papa Franġisku appella biex tintemm ilvjolenza fin-Nikaragwa. In-numru ta’ mwiet laħaq 110 persuni u dawk feruti 200. Il-Papa qal: “Ningħaqad flimkien ma’ ħuti l-Isqfijiet tan-Nikaragwa u nesprimi n-niket tiegħi għall-vjolenza kbira, imwiet u nies midruba, imwettqa minn gruppi armati biex irażżnu l-protesti soċjali”. Hu kompla: “Nitlob għall-vittmi u għall-familji tagħhom. Il-Knisja dejjem lesta tiddjaloga iżda dan jirrikjedi impenn attiv biex tiġi rrispettata l-libertà u, fuq kollox, il-ħajja. Nitlob lil Alla biex il-vjolenza tieqaf u jerġa’ jkompli d-djalogu”.
Stedina Taħdita minn awtur u riċerkatur tal-Lvant Nofsani - MARC FROMAGER
7:00pm - It-Tnejn, 2 ta’ Lulju 2018 Marc Fromager, Editor-in-Chief tal-magazine The Church in the World, u Direttur Nazzjonali tal-ACN (Franza) ser iżur Malta f’Lulju 2018. Hu ser jitkellem dwar issitwazzjoni attwali fil-Lvant Nofsani u l-effetti devastanti li għaddejjin minnhom il-Kristjani tal-post. Marc huwa l-awtur ta’ bosta kotba u artikli dwar il-Lvant Nofsani. Il-ktieb l-aktar magħruf tiegħu Guerres, pétrole et radicalisme: les chrétiens d’Orient pris en étau, jagħti ħarsa lejn l-oriġini tal-kunflitti li ilhom għaddejjin minnhom is-Sirja u l-Iraq. Marc reċentement għamel diversi żjarat fil-Lvant Nofsani u jagħti taħdidiet importanti li fihom jiżvela informazzjoni li ħafna drabi ma tinstemax.
Post: Corinthia Palace Hotel, Ħ’Attard
Kulħadd huwa mistieden. Jekk jogħġbok ċempel 21487818 biex tirriserva post.
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
L-ewwel ġebla bil-kliem “Ġesù l-blata tiegħi”
“Sfortunatament, il-gwerra fisSirja għadha ma spiċċatx iżda grazzi għal interventi bħal dan,
nistgħu ngħinu lil ħutna Sirjani jirritornaw, parzjalment, għannormalità”.
IN-NIĠERJA
Tfajla Kristjana ma ċaħditx il-fidi tagħha
Ilha tliet xhur maħtufa mill-‘Boko Haram’ Leah Sharibu għadha kemm għalqet 15-il sena. Fl-imgħoddi kienet tiekol ikla speċjali mal-familja tagħha bħala ċelebrazzjoni t’għeluq sninha, f’darha, fil-grigal tanNiġerja. Wara huma kienu jagħmlu talba lil Alla biex ibierek lil Leah. Din is-sena ma kien hemm l-ebda ċelebrazzjoni. Il-familja tagħha qattgħet ilġurnata tibki u titlob għal Leah li għadha maħtufa mill-Boko Haram. Rebecca, omm Leah, tiddeskrivi lil bintha bħala tfajla ħabrieka u kwieta li tieħu pjaċir tmur ilknisja u tieħu sehem fil-kor. Leah kienet waħda mill-110 studenti li nħatfu mill-iskola tagħhom mitterroristi tal-Boko Haram f’Dapchi fi Frar 2018. Sħabha l-bniet kollha nħelsu tliet xhur ilu minbarra Leah, l-unika tfajla Kristjana. Xi ħbieb ta’ Leah qalu lil
Rebecca: “Il-Boko Haram qalu lil Leah biex tikkonverti għall-Iżlam iżda hi rrifjutat. Allura qalulna li mhux se tiġi magħna. Aħna tlabnieha biex tistqarr id-dikjarazzjoni Iżlamika, tilbes il-hijab u tiġi fil-vettura magħna iżda qalet li din ma kenitx il-fidi tagħha. Għax għandha tistqarr twemmin ieħor li mhux tagħha? Jekk iridu joqtluha, jistgħu jagħmlu dan, imma hi mhux se tgħid li hi Musulmana”. Il-President Muhammadu Buhari kiteb fuq Twitter li qed jagħmlu “dak kollu possibli biex iġibu lil Leah lura qawwija u sħiħa”. Madankollu, Rebecca qalet li l-ebda uffiċjal tal-Gvern Niġerjan ma mar iżurhom. “Organizzazzjonijiet Kristjani biss ġew iżuruna. Ħadd mill-Gvern. Aħna ninsabu waħidna”.
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għallpersekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fiddinjità li tixirqilhom.