ACN (Malta) – Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019

Page 1

2

Il-Leħen NAZZJONALI

Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019

Delegazzjoni tal-ACN tiltaqa’ mal-Papa Franġisku Ċelebrazzjoni biex il-Kristjani fis-Sirja kollha jiġu mfarrġa Delegazzjoni tal-Fondazzjoni Pontifiċja Internazzjonali, l-Aid to the Church in Need (ACN) iltaqgħet mal-Papa Franġisku l-Ħamis bħala ġest biex isir talb għall-paċi b’solidarjetà mal-poplu Sirjan bl-iskop li jiġu mfarrġa l-familji li tilfu l-qraba tagħhom u biex jitfakkru l-vittmi talgwerra. Matul l-udjenza, il-Papa Franġisku bierek 6,000 kuruna tarRużarju għall-familji tal-vittmi talgwerra fis-Sirja. Il-Papa esprima l-appoġġ u l-impenn personali tiegħu għaċ-ċelebrazzjoni li l-ACN se torganizza flimkien malmexxejja Kristjani fis-Sirja fil-festa tad-Duluri nhar il-15 ta’ Settembru bit-tema: “Farrġu l-poplu tiegħi” (Is. 40: 1). Waqt l-Angelus tal-15 ta’ Settembru l-Papa se jitlob għallpaċi fis-Sirja u għal dawk il-familji li l-qraba tagħhom inqatlu jew inħatfu matul il-gwerra. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir

biex il-Kristjani u s-soċjetà Sirjana kollha jiġu mfarrġa u wkoll bħala appell għall-maħfra, għarrikonċiljazzjoni u l-purifikazzjoni tal-memorja kemm fuq livell personali kif ukoll dak komunali. Permezz tal-inizjattiva “Farrġu l-poplu tiegħi”, l-ACN tittama li tagħti lill-poplu Sirjan, speċjalment lil dawk il-familji li l-qraba tagħhom inqatlu jew inħatfu matul il-gwerra, konsolazzjoni spiritwali kif ukoll appoġġ morali. L-ACN għadha tgħin lillKristjani li qed ibatu fis-Sirja u, mill-2011, għenet fit-twettiq ta’ madwar 850 proġett immirati biex

Raġel jitlob fost it-tifrik tal-katidral Sirjan wara l-aħħar attakk fuqu

jagħtu kura pastorali, għajnuna ta’ emerġenza u appoġġ għall-għajxien għall-poplu ta’ Alla fis-Sirja.

L-ACN (Malta) tappella biex kulħadd jappoġġja lill-poplu Sirjan permezz tat-talb.

Il-Madonna Ta’ Pinu fil-parroċċa Familja Mqaddsa, L-Iklin Fit-toroq tal-parroċċa tal-Iklin is-Sibt 10 t’Awwissu filgħaxija sar pellegrinaġġ bir-replika tal-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu. Fil-knisja parrokkjali mbagħad kien hemm Quddiesa mmexxija mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech. Fi tmiem il-Quddiesa l-Isqof irregala kwadru żgħir tal-Madonna Ta’ Pinu biex jitqiegħed fil-Kamra tar-Rikonċiljazzjoni. Il-Kappillan Dun Keith Bonnici f’messaġġ li fih indirizza lill-Isqof Grech qal li kien bi pjaċir kbir li jerġa’ jilqgħu fosthom bħala kustodju u promotur f’isem ilKnisja ta’ dak li hu stess sejjaħ ‘id-djalogu ta’ mħabba li 136 sena ilu fetħet il-Verġni Mbierka ma’ Karmni Grima u Franġisk Portelli liema djalogu għadu għaddej illum mal-eluf ta’ pellegrini li jterrqu lejn is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu’. Sultana tal-Familja Hu qallu li għadu jidwi f’widnejna, lilna bħala parroċċa ddedikata lill-Familja Mqaddsa, kliem il-Papa Benedittu XVI nhar it-18 t’April 2010 meta qalilna: ‘Itolbu lill-Madonna Ta’ Pinu u

Il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu f’pellegrinaġġ lejn il-parroċċa tal-Iklin

sejħulha Sultana tal-Familja’. Dun Keith irringrazzja lillIsqof t’Għawdex talli taħt il-gwida u l-ħarsien tiegħu s-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu jkun kuljum miftuħ b’ċelebrazzjoni denja u sabiħa tas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni anki għalina l-Maltin. Talli bil-kelma tiegħu tul is-Sena Marjana li nieda fid-Djoċesi t’Għawdex u li aħna doqna l-benna tagħha mill-bogħod għentna biex

nirriflettu fuq temi sbieħ fil-ġranet u xhur li għaddew: ‘Tibżax tieħu lil Marija għandek’ u fuq Marija bħala l-Wiċċ tal-Ispirtu s-Santu u fuq isSantwarju Ta’ Pinu bħala l-Klinika tal-Ispirtu. “Grazzi li ġibtilna miegħek lil Marija, Omm il-Ħniena, Sultana tal-Familja, il-wens tal-poplu ta’ Alla, il-faraġ tagħna l-midinbin, il-kenn tagħna s-saċerdoti u talli erġajt tennejtilna l-istedina:

‘Tibżax tieħu lil Marija għandek’. Ibqa’ magħna u fi qlubna Sidtna Marija Ta’ Pinu mhux biss sakemm ix-xbieha qaddisa tiegħek tibqa’ fostna imma kuljum għinna nisimgħu l-kliem tiegħek: ‘Agħmlu kulma jgħidilkom Ġesù’”, temm ilKappillan tal-Iklin. Il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu baqa’ fil-parroċċa tal-Iklin salĦamis li għadda.

L-APS Bank jagħti l-appoġġ tiegħu għall-ispettaklu mużikali ‘Il-Kbir Għadu Ġej’ L-APS Bank qed jappoġġa l-ispettaklu mużikali Il-Kbir Għadu Ġej ibbażat fuq il-mużika ta’ Freddie Portelli. L-ewwel serata kienet ilĠimgħa 9 t’Awwissu u l-ispettaklu baqa’ jsir għal numru ta’ serati oħra f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi sal-lum il-Ħadd. L-ispettaklu għandu direzzjoni u produzzjoni ta’ Sean Buhagiar u kitba ta’ Malcolm Galea

waqt li l-banda live hi taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Dominic Galea li għamel ukoll l-arranġamenti tal-mużika. L-APS Bank kellu numru ta’ mistednin li raw l-ispettaklu s-Sibt u wara sar festin fejn dawn u l-uffiċjali tal-Bank setgħu jiltaqgħu mal-atturi, il-bandisti, il-kru u ma’ Freddie Portelli nnifsu. Marcel Cassar, il-Kap Eżekuttiv tal-APS

Bank, ikkummenta li “dan hu wieħed mill-aqwa musicals ta’ dan it-tip tiegġu li qatt ittella’ u maħdum fuq il-palk f’Malta. Hu ta’ privileġġ tara daqstant talent lokali jipproduċi u jirreċta fi spettaklu bbażat fuq il-mużika ta’ Freddie Portelli li hu wieħed mill-kbar tagħna. Aħna nħossuna kburin li tajna l-għajnuna tagħna biex din il-produzzjoni sseħħ.”


10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019

L-IRAQ

Il-Kristjaneżmu viċin it-tmiem? Ħames snin wara s-6 t’Awwissu 2014, meta l-ISIS ħatfu ż-żona talKristjani fil-Wesgħat ta’ Ninwè fit-Tramuntana ta’ Mosul, L-Iraq, l-Arċisqof Kattoliku ta’ Erbil, Monsinjur Bashar Matti Warda qal li l-Kristjaneżmu fil-pajjiż jinsab fit-tmiem. F’intervista mal-ACN hu wieġeb għall-mistoqijsa: “Qed niffaċċjaw it-tmiem tal-Kristjaneżmu flIraq?” “Ma’ kull ċiklu n-numru ta’ Kristjani qed jonqos. Illum ninsabu fit-tmiem. Dan aħna nafuh. IlKristjaneżmu fl-Iraq, waħda milleqdem Knejjes, jinsab qrib tmiemu. Qabel is-sena 2003 kien hawn daqs miljun u nofs persuna Kristjana: sitta fil-mija tal-popolazzjoni talIraq. Illum, fadal 250,000. Forsi inqas ukoll.” Dawn it-terroristi serqulna l-preżent tagħna waqt li ppruvaw jeqirdu l-istorja u l-futur tagħna. Monsinjur Warda qal li d-dinja kollha qed tiffaċċja mument ta’ verità. Nies paċifiċi u innoċenti se jitħallew jiġu ppersegwitati u eliminati minħabba l-fidi tagħhom? U, minħabba li ma tridx titkellem dwar il-verità mal-persekuturi, id-dinja se tkun kompliċi fleliminazzjoni tagħna?”

Hu kompla li d-dinja għandha tifhem, fi triqtna lejn it-tmiem, li aħna mhux se nibqgħu siekta. Minn issa ’l quddiem aħna se ngħidu u se ngħixu l-verità bis-sħiħ maxxhieda u l-missjoni Kristjana tagħna b’mod li jekk xi darba nispiċċaw ma jkun hemm ħadd li jista’ jgħid: ‘kif ġara dan?’ “Aħna l-Kristjani aħna poplu ta’ tama. Meta niffaċċjaw ittmiem nibdew naraw aktar b’mod ċar u nsibu l-kuraġġ li fl-aħħar ngħidu l-verità. It-tama tagħna li nibqgħu f’pajjiżna issa tinsab fil-kapaċità tagħna stess, f’idejn l-oppressuri tagħna u f’idejn iddinja li tagħraf dawn il-veritajiet. Il-vjolenza u d-diskriminazzjoni kontra nies innoċenti għandhom jintemmu. Dawk li jgħallmu dan għandhom jieqfu. Aħna l-Kristjani tal-Iraq li ffaċċjajna 1,400 sena ta’ persekuzzjoni, vjolenza u ġenoċidju, lesti nitkellmu u nagħtu xhieda taloppressuri tagħna u lid-dinja jkunu xi jkunu l-konsegwenzi.”

Suor Cècire, waħda mis-Sorijiet Pallottini li żżur u tgħin lill-familji fir-Rwanda

Kun int ukoll strument f’idejn il-ħniena ta’ Alla b’Donazzjoni ta’

€75

tkun qiegħed tappoġġja ċ-ċentri tas-saħħa tas-Sorijiet Pallottini li jikkuraw 40,000 pazjent fis-sena f’Masaka, Gikon-do, Ruhango, Kibeho fir-Rwanda kif ukoll f’Goma u Rutshuru fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Jekk tixtieq toffri donazzjoni ċempel 21487818, żur acnmalta.org/donate/ jew permezz tal-APS account number: APS 20001771733 Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

Saċerdoti flimkien mal-poplu ta’ Alla mexjin fit-toroq ta’ Qaraqosh (Baghdeda), l-Iraq

Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

IL-KAMERUN

Il-Boko Haram jaddottaw tattika ġdida ta’ terrur It-terroristi tal-grupp Boko Haram fil-Kamerun ma naqqsux il-vjolenza anzi biddlu l-istrateġija tagħhom u fasslu tattika ġdida. Sors qal lill-ACN: “Huma jiġu mal-lejl, jidħlu dar, dar, u jaħtfu lin-nisa. Jeħduhom fil-periferija u jaqtgħu widna ta’ kull waħda minnhom. Imbagħad jhedduhom u jgħidulhom li se jerġgħu jiġu għax dan kien l-ewwel intervent u jeħilsuhom.” Il-vittmi, bħal fil-każ talattakk fuq il-belt ta’ Gagalari, instabu u ttieħdu mill-armata u mbagħad ħaduhom 260 kilometru ’l bogħod fejn setgħu jkunu assistiti medikament. L-amputazzjoni ta’ widna hi

mod kif tbeżża’ lin-nies li, skont it-terroristi, “jisimgħu lill-gvern u l-ilħna ta’ dawk li ma jsegwux l-ideoloġija tal-Boko Haram.” Il-popolazzjoni, speċjalment it-tfal u n-nisa, hi trawmatizzata u tterrorizzata. “Imma x’se jagħmlu? Dawn huma nies sempliċi u foqra ħafna u jgħixu millagrikoltura u issa, fl-istaġun tax-xita, qed jistennew li l-ħsad. Fejn se jmorru?” Il-belt tinsab 120 kilometru ’l bogħod mill-eqreb parroċċa.

PAPUA NEW GUINEA

Storja oħra ta’ suċċess Id-Djoċesi ta’ Wewak mal-kosta tat-Tramuntana ta’ Papua New Guinea tkopri medda ta’ madwar 37,000 kilometru kwadru. Għandha popolazzjoni ta’ kważi nofs miljun persuna u l-maġġoranza taċ-ċittadini huma Kattoliċi. It-48 parroċċa li hemm ikopru żoni kbar ħafna. Eżempju. Ilparroċċa ta’ Vokeo tinkludi tmien gżejjer b’popolazzjoni mifruxa ta’ madwar 50,000 persuna. Fr Dariusz Wozniak, ilKappillan, ikollu jbaħħar meded kbar biex iżur il-poplu ta’ Alla. M’hemm l-ebda mezz ieħor ħlief dgħajsa b’mutur fdata lilu biex ikun jista’ jwettaq il-ħidma pastorali tiegħu.

Għal bosta snin id-dgħajsa tiegħu tatu servizz tajjeb. Madankollu tul iż-żmien ġiet bżonn ħafna tiswijiet u issa prattikament eżawrew il-baġit tal-parroċċa. Grazzi għall-ġenerożità talbenefatturi l-ACN għenet lil Fr Wozniak biex tiġi rranġata d-dgħajsa tiegħu. Hu rringrazzja lil dawk kollha li għamlu l-parti tagħhom biex jgħinu lilu u lillparruċċani.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.