ACN (Malta) – IL- LEĦEN Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Sr Annie Demerjian mis-Sirja żżur Malta

Ħidma ta’ karità fil-qalba tal-bumbardamenti Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Sr Annie Demerjian hi msieħba fil-proġetti tal-Aid to the Church in Need (ACN) fis-Sirja. Hi twettaq ħidma umanitarja flimkien ma’ tim ta’ voluntiera fost il-poplu Sirjan mifni mill-gwerra. Sr Annie żaret Malta dil-ġimgħa, mistiedna tal-ACN (Malta), bħala parti minn programm biex titqajjem kuxjenza akbar u għarfien aħjar tas-sitwazzjoni attwali fis-Sirja. Kemm damet Malta żaret skejjel u diversi parroċċi. Il-qofol taż-żjara tagħha ntlaħaq fl-attività Night of Witness li saret fil-knisja Bon Pastur, Ħal Balzan. Matul in-Night of Witness, Sr Annie qasmet ma’ dawk preżenti l-esperjenzi tagħha f’Aleppo u f’Damasku. L-attività kienet ta’ madwar siegħa u nofs u nkludiet filmati riċenti mis-Sirja. Hi tkellmet dwar it-tbatija kbira li għadda u għadu għaddej minnha l-poplu Sirjan. Sr Annie tirriskja ħajjitha biex twassal għajnuna fil-qalba talkunflitt li qed jifni s-Sirja. Ftit nies jafu x’inhi s-sitwazzjoni f’Aleppo u f’Damasku aħjar minn Sr Annie. Hekk kif il-kriżi umanitarja f’Aleppo kompliet tmur għall-

agħar, hi kkordinat tim ta’ voluntiera biex imorru bieb bieb u jipprovdu għajnuna bażika speċjalment lill-morda u l-anzjani. Parti mill-ħidma tagħha hi li tgħin 550 familja. It-tim għen lil dawk li kellhom bżonn kbir ta’ ikel, fuel għassħana, provvista ta’ dawl elettriku, ilma tax-xorb u ħwejjeġ. Dan kollu ġie finanzjat mill-ACN bl-għajnuna ġeneruża tal-benefatturi. Sr Annie issa hi bbażata f’Damasku fejn qed twassal għajnuna umanitarja u kura pastorali b’riskju persunali kbir. Damasku ġarrab żieda ta’ vjolenza speċjalment fil-lvant ta’ Ghouta, żona kontrollata mir-ribelli b’rapporti ta’ aktar minn 900 persuna maqtula. Mit-22 ta’ Jannar li għadda bosta żoni f’Damasku sofrew ukoll attakki bil-bombi u l-balal, partikolarment f’Bab Touma, Abbassyin, Kassaa, Koussour u Jaramana. Ħafna Kristjani jgħixu

Int biss it-tama tagħha Eluf ta’ familji fis-Sirja u l-Iraq għandhom bżonn urġenti tal-ikel, mediċini u saqaf fuq rashom.

Dak kollu li ser tiċċaħħad minnu matul dan ir-Randan, jekk jogħġbok iċċaħħadhomx mit-tama.

Ritratt: ACN/Jaco Klamer

Inti lest biex tgħinhom? Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733 Tista’ tibgħat donazzjoni b’sms:.

50618949 – €6.99 |

51702079 – €15 |

51802081 – €25

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

15 ACN Int biss it-tama taghha (Lehen is-Sewwa).indd 1

01/03/2018 10:22 AM

Sr Annie Demerjian flimkien ma’ voluntier waqt iż-żjara tagħhom lil Lucine ta’ 85 sena f’Aleppo

f’dawn l-inħawi u hemm bosta kunventi u monasteri inkluż il-kunvent li fih tgħix Sr Annie. Minn Frar ’l hawn aktar minn 200 bomba laqtu l-kwartier tal-lvant ta’ Damasku u nqatlu 28 persuna u 90 oħra sfaw midruba. L-ACN (Malta) tappella għat-talb u għal għajnuna oħra għal dawn ħutna biex il-Mulej isaħħahom fil-fidi u jagħtihom l-għajnuna li jiġu bżonn. L-ACN ilha taħdem fis-Sirja żmien twil. Mindu bdiet il-gwerra, l-ACN għenet b’aktar minn 21 miljun ewro f’għajnuna ta’ emerġenza għall-ikel, ħwejjeġ u mediċini.

Barra minnhekk, qed taħdem biex tagħti kura pastorali u terapewtika f’Damasku għal dawk li sfaw trawmatizzati mill-effetti talgwerra. Tappoġġja wkoll il-ħidma tal-ordnijiet reliġjużi. L-ACN qed tfittex postijiet fejn il-familji jkunu jistgħu jgħixu. Waħda mill-ogħla prijorità f’Damasku hi li tgħin lin-nies li tilfu membri tal-familja jew li ndarbu u għandhom bżonn operazzjonijiet kirurġiċi. L-ACN tħeġġeġ l-imsieħba fil-proġett tagħha biex jgħinu lin-nies kollha li jirrikorru għall-għajnuna irrispettivament mir-reliġjon li jħaddnu.

FIL-QOSOR Is-Sirja – Tnax-il persuna biss ħadu sehem fit-Triq tas-Salib minflok is-600 persuna bħas-soltu. Dawn it-12-il persuna sfidaw ilmissili u possibbilment il-mewt biex setgħu jimxu l-14-il stazzjon tal-Kalvarju u waqfu b’mod partikolari quddiem il-Ħames u t-Tmien Stazzjon. L-Iraq – L-Arċisqof Bashar Warda, tal-Kaldej ta’ Erbil, qal li mhux biżżejjed li l-Musulmani jgħidu li l-Istat Iżlamiku (ISIS) ma jirrappreżentahomx. Hu ħeġġeġ lill-pajjiżi Musulmani biex “jgħinu ħalli jerġgħu jinbnew il-popli Kristjani u Yazidis u juru xi sinjal ta’ solidarjetà. L-Arċisqof Warda qal li “hemm kriżi fundamentali fl-Iżlam innifsu u jekk din il-kriżi mhux

se tiġi rikonoxxuta, indirizzata u organizzata, allura ma jistax ikun hemm futur għall-Kristjani filLvant Nofsani”. Ir-Russja – Komunità ta’ sorijiet Pollakki, is-Sorijiet Dumnikani Ġesù u Marija, ilhom jaħdmu firRussja mill-2004 u huma mdaħħla f’diversi ħidmiet f’żewġ parroċċi Kattoliċi fil-bliet Orjolu u Brjansk. Huma għandhom bżonn karozza ġdida biex taqdi l-ħidma pastorali u umanitarja tagħhom aħjar. Is-Sorijiet m’għandhomx dħul finanzjarju u l-Aid to the Church in Need, bl-għajnuna ġeneruża tal-benefatturi tagħha, wegħdet li tgħinhom b’€9,500 biex jixtru din il-karozza ġdida.

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.