Il-Leħen INTERNAZZJONALI
8
Il-Ħadd 19 ta’ Awwissu 2018
IL-KONGO
Isqfijiet jgħidu li l-Istat abbanduna r-reġjun Fr Gaspard Ndjoli, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Konferenza Episkopali Provinċjali ta’ Mbandaka, qal li l-Isqfijiet tal-Provinċja Kongoliża tal-Ekwatur huma mħassba ħafna dwar is-sitwazzjoni soċjoekonomika tar-reġjun Ekwatorjali. Hu qal li “l-isqfijiet jenfasizzaw li r-reġjun qisu mhuwiex parti mill-bqija tal-pajjiż li hu maqtugħ għalih innifsu u li ma jibbenefikax mill-għajnuna tal-gvern ċentrali. Il-proġetti ewlenin kollha tal-gvern ta’ Kinshasa m’għandhom l-ebda impatt fuq is-soċjetà lokali. “It-toroq huma kompletament
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
ħżiena filwaqt li s-settur tas-saħħa ma jistax jagħti l-kura tas-saħħa liċ-ċittadini.” Riżultat ta’ tmexxija ħażina Fr Ndjoli assokta li “din issitwazzjoni hi riżultat ta’ tmexxija ħażina u tal-abbandun talpopolazzjoni mill-gvern ċentrali u tal-isfruttament mill-klassi politika
lokali”. Studji li għamlu seba’ Isqfijiet tal-Gran Ekwatur juru li l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-popolazzjoni lokali huma ta’ tħassib kbir fl-oqsma kollha, speċjalment fil-qasam tassaħħa pubblika, b’mod speċjali minħabba l-epidemija tal-Ebola li laqtet iż-żona. Minħabba l-aħħar
epidemija tal-ebola f’Mbandaka, l-ordinazzjoni saċerdotali ġiet sospiża u l-inawgurazzjoni talKatidral il-ġdid f’Basankusu, li kienet skedata għal Lulju li għadda, kellha tiġi posposta. Għalkemm il-Knisja qed tkompli tgħin lill-popolazzjoni, l-isqfijiet qed iħeġġu l-uffiċjali provinċjali u nazzjonali biex jagħmlu l-parti tagħhom ukoll. Huma qalu li: “l-awtorità tal-Istat trid terġa’ tiġi stabbilita permezz tal-korpi lokali varji. Hu biss b’dal-mod li l-provinċja tista’ terġa’ tqum fuq saqajha.”
IL-VENEZWELA
Isqfijiet jgħidu li l-pajjiż qed jitmexxa f’direzzjoni irriversibbli L-Isqfijiet tal-Veneżwela ħarġu stqarrija fit-titlu “La tibżgħux, jien magħkom” li tikkritika t-tmexxija politika tal-pajjiż u titlob għal aktar rispett għall-ħtiġijiet bażiċi u għad-drittijiet tal-bniedem. Iddikjarazzjoni tal-Isqfijiet tagħti r-reazzjoni tagħhom bħala rgħajja għall-kriżi politika u umanitarja fil-pajjiż. L-isqfijiet jgħidu li
s-sitwazzjoni qed issir “dejjem aktar serja” u huma mġiegħla jitkellmu minħabba li l-futur tannazzjon jinsab f’riskju. “L-attitudnijiet arroganti, l-awtoritarjaniżmu, l-abbuż ta’ poter kif ukoll il-vjolazzjonijiet kostanti tad-drittijiet talbniedem qed jakkumulaw u l-ġenerazzjonijiet t’għada għad iridu jiċħdu lil dawk li wettquhom.”
Huma qalu li “hu ta’ aktar ħsara li jkomplu jinsistu fuq triq awto-distruttiva li xi darba se ddur kontra dawk stess li wittewha”. Huma sostnew li l-Knisja ma tapprovax atti ta’ vendikazzjoni jew ritaljazzjoni “iżda lanqas tippromwovi l-impunità għal reati li jheddu l-ħajja u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.” Waqt li semmew “l-inflazzjoni monetarja mostruża” bħala r-raġuni ewlenija għal ħafna mill-kriżijiet fil-pajjiż, l-isqfijiet innotaw li l-kwalità tal-ħajja għall-maġġoranza tal-poplu talVeneżwela, li kienet “diġà prekarja,
qed tkompli tiddeterjora minn jum għall-ieħor.” Minbarra n-nuqqasijiet ta’ ikel, provvisti tal-kura tas-saħħa, servizzi pubbliċi bħall-ilma u d-dawl elettriku li kienu diġà kawża ta’ tħassib serju, hemm problemi ta’ sigurtà personali, nuqqas ta’ xogħol, flus kontanti u problemi fit-trasport pubbliku. L-Isqfijiet enfasizzaw il-bżonn ta’ tmexxija nazzjonali li tpoġġi lin-nies u l-etika fiċ-ċentru, aktar mill-poter, il-kontroll, jew irrebgħa għal “interessi żgħar ta’ ebda importanza”.
IN-NIKARAGWA
Il-Knisja Kattolika, anki jekk tiġi mminata, dejjem tipprietka l-ġustizzja u d-djalogu
L-Offerta (Elemożina) ta’ €5 għall-Quddiesa tmur għall-għajxien ta’ saċerdoti li jwettqu ħidma pastorali fejn il-Knisja hija fqira u ppersegwitata.
Ikkuntattjana Posta: Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038
Onlajn:
www.acnmalta.org/mass
Telefon: 21487818
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am – 4:15pm
Indirizz Postali
Isem u Kunjom
Tel / Mob
Data tat-twelid
Quddiesa għall-erwieħ Quddiesa għallintenzjonijiet tiegħek
Novena Tridu
Għal ruħ / intenzjonijiet ta’:
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
51 ACN Masses Advert (LEHEN) .indd 1
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
13/08/2018 16:33
Il-Vigarju Ġenerali talArċidjoċesi ta’ Managua, Carlos Avilés, qal lill-eluf ta’ nies li dan l-aħħar ipparteċipaw f’dimostrazzjoni favur l-Isqfijiet tal-pajjiż, li l-Knisja Kattolika anki jekk tiġi mminata u kkritikata, dejjem tipprietka l-ġustizzja u d-djalogu. Tul il-mixja tagħhom in-nies kellhom bnadar tal-Verġni Marija u tan-Nikaragwa. Id-dimostrazzjoni saret b’appoġġ għall-Isqfijiet talpajjiż li qed jagħmluha ta’ medjaturi fil-proċess ta’ djalogu Nazzjonali bejn il-gvern u l-oppożizzjoni. Aktar qabel huma kienu attakkati minn paramilitari b’rabtiet malgvern. Kattoliċi, Evanġeliċi u anki persuni mhux Kristjani ħadu sehem fid-dimostrazzjoni u tul it-triq lejn il-kapitali jgħajtu slogans favur l-Isqfijiet tal-pajjiż. Henry Aguilar, Evanġeliku, qal
li l-knejjes mhux Kattoliċi ssieħbu fid-dimostrazzjoni bħala appoġġ għall-Isqfijiet Kattoliċi “għax aħna l-poplu tan-Nikaragwa u s-sistema li qed tattakka lihom qiegħda wkoll tattakka lilna”. Il-President Ortega qed jakkuża lill-Isqfijiet li kienu “parti minn Kolp ta’ Stat” meta pproponew li kellu jsejjaħ elezzjonijiet presidenzjali bikrija biex itaffi t-tensjoni tal-pajjiż u ma jerġax jiġi elett. L-għada tad-dimostrazzjoni l-Kardinal Brenes ta’ Managua rringrazzja lill-parteċipanti kollha u permezz tal-paġna ta’ facebook tadDjoċesi hu ħeġġiġhom biex ikomplu jitolbu għall-pajjiż. Hu ddikjara li l-Isqfijiet kienu biss medjaturi fit-taħditiet ta’ paċi: “Aħna qed nagħtu servizz u mhux qed infittxu li nkunu xi slaten, lanqas president u wisq inqas ministri”.