ACN (Malta) – IL- LEĦEN Il-Ħadd 1 ta' April 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 1 ta’ April 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

IN-NIĠERJA

Jinħelsu mitt studenta li kienu nħatfu Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

(Taħt): Uħud mill-istudenti bniet li nħelsu ftit wara li waslu f’Dapchi, in-Niġerja

Il-grupp terroristiku Afrikan Boko Haram ħeles lil 101 mill-110 studenti li ħataf minn skola fi Frar 2017. Il-militanti saqu f’Dapchi, inNiġerja, fis-sagħtejn ta’ filgħodu f’disa’ vetturi u l-bniet ġew liberati fiċ-ċentru tal-belt, barra milliskola tagħhom. Il-ġenituri qalu lill-AFP li l-bniet twasslu lura f’Dapchi f’disa’ vetturi għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu. Uħud mill-istudenti marru fi djarhom fl-irħula tal-madwar. Qabel ma telqu, il-militanti qalu lir-residenti “tħassarniehom” u wissewhom: “Terġgħu qatt tibagħtu lil uliedkom l-iskola”. Boko Haram bil-lingwa Hausa tfisser ‘l-edukazzjoni tal-Punent hi pprojbita’. Tlett ibniet li nħelsu qalu li ma kinux maltrattati meta kienu maħtufa u ngħataw ikel xi jsajru. Madankollu, huma qalu li “meta konna ġejjin lura, ħamsa minna mietu fit-triq”. Fatima Gremah ta’ 13-il sena, li kienet fost dawk liberati, qalet: “Boko Haram qalulna li konna

xxurtjati li għadna żgħar u li aħna Musulmani. Waħda minna, li hi Kristjana, tħalliet hemm. Huma qalu li se jżommuha sakemm tikkonverti. “Jekk hi tikkonverti huma

jeħilsuha. Hi l-unika waħda fostna li għadha maħtufa”. Probabbilment kien hemm raġunijiet finanzjarji wara l-ħtif li seħħ f’Dapchi. Wisq probabbli Boko Haram riedu ħlas bħala fidwa mill-

Gvern biex jiġi żgurat il-ħelsien ta’ wħud mill-bniet ta’ Chibok. Madankollu, il-Ministru talInformazzjoni Lai Mohammed qal li “l-ebda fidwa ma tħallset”.

L-IRAQ

Jinstab qabar b’40 katavru ta’ Kristjani maħtufa

Issagrifika ikla u agħti donazzjoni b’risq ħutna li qed ibatu l-ġuħ fil-Lvant Nofsani billi tibgħat SMS fuq:

SMS

50618949 – €6.99

biex titma’ tifel jew tifla għal ġimgħa.

Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733

Jekk tixtieq tirċievi aktar informazzjoni dwar l-Aid to the Church in Need (Malta) u kif int tista’ tgħin fil-ħidma tagħha, jekk jogħġbok imla d-dettalji tiegħek hawn taħt u ibgħat din il-formula lil ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038. Indirizz Postali

Isem u Kunjom

Tel / Mob

E-Mail

. Cempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

14 ACN Randan Advert (Lehen is-Sewwa) 3.indd 1

Iraq fl-2017, il-Forzi tas-Sigurtà sabu għexieren ta’ oqbra kbar qrib l-ibliet li kienu okkupati mit-terroristi. Il-belt ta’ Mosul ġiet dikjarata ħielsa mill-kontroll tat-terroristi tal-ISIS fid-9 ta’ Lulju 2017 wara li kienet ilha tliet snin f’idejn il-grupp estremista Musulman. Qabel l-invażjoni tal-ISIS f’Ġunju 2014 il-belt ta’ Mosul kellha l-akbar popolazzjoni Kristjana. Bħalissa l-Knisja Kattolika, permezz tal-Aid to the Church in Need (ACN) qed twettaq proġetti biex il-Kristjani jerġgħu lura fi djarhom fil-Wesgħat ta’ Ninwè.

L-Għid it-Tajjeb

Il-Bord tad-Diretturi tal-Aid to the Church in Need (Malta) jixtieq l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd

Data tat-twelid

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038

40 katavru ta’ Kristjani nstabu f’qabar kbir qrib il-belt ta’ Mosul fit-Tramuntana tal-Iraq. Sorsi qrib il-Knisja Ortodossa Sirjaka qalu li l-qabar instab fir-raħal ta’ Badush mill-Qawwa Popolari ta’ Mobilizzazzjoni li hi alleanza militari affiljata mal-Gvern Iraqin u hi magħmula minn forzi Xiiti, Sunni, Kristjani u Yazidí. Is-sorsi qalu: “Ħafna millfdalijiet kienu midfuna f’daqqa, uħud minnhom nisa u tfal, u kellhom slaleb midfunin magħhom”. Dawn il-Kristjani probabbilment “inħatfu firreġjun”. Wara l-waqgħa tal-ISIS fl-

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta (Reg. No. LPF-212) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

26/03/2018 14:36

Nirringrazzjaw lill-Mulej waqt li nifirħu fil-qawmien tiegħu mill-imwiet L-ACN tħeġġeġ talb għal ħutna ppersegwitati u għall-paċi fid-dinja


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.