ACN (Malta) –Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019

IS-SIRJA

Zein, it-tarbija li minkejja l-gwerra b’miraklu baqgħet ħajja Siham hija mara Sirjana li kellha twelled lit-tarbija tagħha b’ċesarja f’nofs il-gwerra li għaddejja fis-Sirja. L-Aid to the Church in Need (ACN) għenet kemm lill-omm kif ukoll lit-tifel. Siham kienet toħlom li jkollha kollox lest meta twelled lit-tarbija iżda l-kundizzjonijiet tagħha ma kienu tajbin xejn. Hija kienet tqila f’nofs il-gwerra tasSirja, bla dar u mingħajr ebda kura tassaħħa. Barra minn hekk, meta kienet waslet biex twelled, it-tobba qalulha li kellha bżonn twelled it-tarbija b’ċesarja biex ma tmutx. Bħal ħafna Kristjani fis-Sirja, Siham kienet qed tgħix viċin il-fruntiera tal-Libanu, fejn kienu jistkennu kemm mill-gwerra kif ukoll mill-persekuzzjoni reliġjuża. Il-post jissejjaħ Wadi Al-Nasara (il-Wied tal-Kristjani) u, ftit żmien ilu, kien jilqa’ ħafna turisti. F’din iż-

żona llum jiġu megħjuna ħafna refuġjati: 10 filmija tal-Kristjani fil-pajjiż jinsabu hawnhekk. Siham ma kellhiex ir-riżorsi finanzjarji biex tħallas għas-servizzi tas-saħħa u biex tagħmel iċ-ċesarja. Madankollu permezz tat-talb u l-ġenerożità tal-benefatturi tal-ACN, dan sar

possibbli. L-ACN qed tkompli tgħin biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-Kristjani li qed iħabbtu wiċċhom mal-persekuzzjoni fis-Sirja u f’partijiet oħra tad-dinja. L-ACN stabbilixxiet is-Saint Peter’s Aid Centre fil-Wied tal-Kristjani, is-Sirja. Hemmhekk, l-ACN tipprovdi servizzi li jindirizzaw direttament il-bżonnijiet ta’ dawn ħutna: tgħin lill-familji li tilfu djarhom waqt il-bumbardamenti biex iħallsu l-kera, boroż ta’ studju, ikel... u dak kollu li jiġu bżonn biex dawn il-familji jibnu ħajjithom mill-ġdid kemm jista’ jkun malajr. Servizz talAid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

L-EĠITTU

Wara għexieren ta’ snin ta’ persekuzzjoni ‘is-sitwazzjoni għall-Kristjani qed taqleb għall-aħjar’ Skont Isqof fl-Eġittu, minkejja t-theddida kontinwa ta’ attakki estremisti, is-sitwazzjoni qed titjieb għall-Kristjani tal-Eġittu. Meta tkellem mal-Aid to the Church in Need (ACN), l-Isqof Kattoliku Kopt, Kyrillos William ta’ Assiut, li kien Malta fis-sena 2014, esprima t-tamiet tiegħu għall-

Kristjani tal-Eġittu. Huwa qal: “Nirringrazzjaw lil Alla li s-sitwazzjoni qalbet għallaħjar. Il-president (el-Sisi) li huwa president tal-Eġizzjani kollha, għandu relazzjonijiet tajbin malKristjani.” L-Isqof qal: “Sa mill-1952 kien hemm mentalità li l-Kristjani huma

ċittadini tat-tieni klassi. Issa kien hemm bidla u l-affarijiet qed jitjiebu. “Biex tibni l-knejjes sar aktar faċli minn qabel. M’għandniex għalfejn noqogħdu nistennew snin biex tinbena knisja.” Skont l-Isqof William din hija bidla kbira - għal aktar minn 160 sena l-Kristjani kellhom jiksbu permess mill-kap tal-Istat talEġittu għall-bini ta’ knisja ġdida. Bniet Kristjani Kopti għadhom qed jinħatfu u hemm rapporti li jgħidu li l-pulizija qed tiffaċilita l-ħtif tal-persuni. L-Isqof qal “Dan qed jiġri fi bnadi fejn l-organizzazzjonijiet Iżlamiċi

huma b’saħħithom, imma ħdejna mhux problema wisq.” L-Isqof William esprima l-gratitudni tiegħu lejn l-ACN u l-benefatturi li jipprovdu stipendji tal-Quddies, formazzjoni saċerdotali għas-seminaristi, restawr ta’ knejjes u għajnuna oħra għall-Eġittu. L-Isqof William qal: “Napprezzaw ħafna dak li qed twettaq l-ACN f’ħafna pajjiżi biex iżżomm lill-Kristjani f’arthom. “Nirringrazzjaw lill-benefatturi kollha għat-talb u għall-ġenerożità tagħhom biex inkunu nistgħu nwettqu l-ħolma tagħna li nżommu lill-Kristjani fil-Lvant Nofsani.”

Nippreparaw ruħna għall-Milied

Stedina għal Irtir tal-Avvent Rev. Prof. Hector Scerri, Assistent Ekkleżjastiku ser imexxi nofstanhar Advent recollection bħala preparazzjoni għall-Milied Qaddis. Ċertament li wara l-laqgħat li għamilna, li għalihom ħafna minnkom attendew bi ħġarhom, nistennew il-preżenza tagħkom għal din id-darba tkun ukoll numeruża. Inkomplu nitolbu għal ħutna ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom fi Kristu u għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu t-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u bid-dinjità li tixiriqilhom. Data: Il-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru 2019 Post: St. Joseph Retreat House, Rabat, Malta Ħin: 12:00pm Programm Quddiesa f’nofsinhar (li ser tkun offruta għall-benfatturi ħajjin u mejtin.) Te, kafè eċċ. Konferenza Waqfa ta’ riflessjoni Adorazzjoni 4 pm tmiem Peress li rridu nippreparaw te/kafè eċċ. ġentilment mitluba li tinfurmawna li ser tattendu sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Diċembru 2019 billi ċċemplu 21487818 jew email info@acnmalta.org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.