ACN (Malta) – IL- LEĦEN Il- Ħadd 1 ta’ Lulju 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 1 ta’ Lulju 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

L-INDJA

Isqfijiet jappellaw għal ‘nazzjonaliżmu veru’ u djalogu bejn reliġjonijiet differenti Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

L-Isqfijiet fl-Indja ħarġu stqarrija jappellaw għal “nazzjonaliżmu veru” biex jinkisbu “il-paċi, l-armonija, il-progress u l-prosperità ġenwina”. B’riferenza għall-klima vjolenti attwali, l-Isqfijiet appellaw lill-poplu “jinjoraw il-kultura ta’ vjolenza u jħabirku għall-paċi.” Gruppi militanti Induisti żiedu l-vjolenza kontra l-minoranzi peress li l-Partit Bharatiya Janata (BJP) kiseb il-poter erba’ snin ilu. Gruppi Induisti estremisti jaraw lill-Kristjani u lill-Musulmani bħala leali lejn setgħat barranin. Mexxejja Induisti saħansitra talbu pubblikament lill-Musulmani biex jitilqu mill-Indja u joqogħdu f’pajjiżi Iżlamiċi u biex il-Kattoliċi jmorru Ruma. L-Isqfijiet qalu: “Ħadd m’għandu jiddubita l-lealtà tagħna jew l-impenn tagħna lejn innazzjon” u qalu li l-Kristjaneżmu fl-Indja hu antik daqs il-Fidi Kristjana nnifisha. Huma ħeġġew lill-Indjani kollha “jirrisolvu li jmorru lil hinn mill-ħitan domestiċi

tagħhom” biex jiġi stabbilit nazzjon verament sekulari, soċjalista u demokratiku. L-Isqfijiet enfasizzaw l-importanza ta’ taħditiet ta’ paċi. Huma qalu li “djalogu ma’ nies ta’ reliġjonijiet oħra u ma’ gruppi ekumeniċi hu urġenti”. Il-President il-ġdid talKonferenza Episkopali tal-Indja, il-Kardinal Oswald Gracias ta’ Mumbai, wissa: “id-diversità hi waħda mill-affarijiet sbieħ tal-Indja. Dan in-nazzjon hu magħruf mad-dinja kollha għad-diversità kulturali, tallingwa, u tar-Reliġjon. Kull sforz minn ċerti taqsimiet biex jiżirgħu l-firda se jkun ta’ ħsara għannazzjon.”

Il-Kristjaneżmu fil-Lvant Nofsani -

IS-SITWAZZJONI LLUM U FILFUTUR.

SPONSORJAT MILL-

TAĦDITA minn awtur u riċerkatur tal-Lvant Nofsani - MARC FROMAGER

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta (Reg. No. LPF-212) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

34 - ACN Invite Marc Formager (Lehen).indd 1

Kważi 90 fil-mija taċ-ċittadini tal-Bangladexx huma Musulmani. Il-Kattoliċi huma biss minoranza ċkejkna ta’ 0.2 fil-mija talpopolazzjoni. In-numru ta’ Kattoliċi hu żgħir iżda l-Knisja hi dinamika ħafna u l-poplu ta’ Alla jipprattika l-fidi fi Kristu. Ftit anqas minn 80,000 persuna Kattolika jgħixu fid-djoċesi ta’ Mymesingh fit-Tramuntana talpajjiż. Il-fidi Kattolika ddaħħlet fir-reġjun 125 sena ilu. Il-parti l-kbira tan-nies li ġew mgħammda qabel kienu jappartjenu għal waħda mir-reliġjonijiet tal-post. Il-Kattoliċi għandhom fidi soda u jipprattikawha b’serjetà kbira. Ilknisja saret darhom.

Sr Rita Clare Yoches, li għamlet il-professjoni solenni mas-Sorijiet Franġiskani Ommna Marija Addolorata, kienet player tal-futbol Amerikan u rebħet erba’ kampjonati nazzjonali Amerikani. Illum l-unika logħba li għadha tilgħab hi dik li ssir kull sena u li torganizza mat-38 soru li tgħix magħhom f’kunvent f’Ohio. Minkejja li kienet imrobbija f’ambjent Kattoliku u attendiet skejjel Kattoliċi, Yoches qalet li qatt ma ħasbet li xi darba ssir soru. Kienet biss tattendi l-Quddiesa

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 @acn_malta

Kappella għal komunità Kattolika żgħira f’villaġġ iżolat Fir-raħal iżolat ta’ Digolbagh jgħixu 200 familja Kattolika. Minkejja li fir-raħal il-fidi Kattolika daħlet fl-1924, il-membri għad m’għandhomx kappella. Is-saċerdot tal-post, Fr. Peter Rema, hu ddedikat ħafna għall-ispiritwalità tal-komunità. Fr. Peter irrikorra għallgħajnuna tal-Aid to the Church in Need (ACN). Hu jixtieq li l-Kattoliċi f’Digolbagh ikollhom kappella fejn jistgħu jinġabru, jirċievu s-Sagramenti u jitolbu flimkien. L-ACN, bil-grazzja ta’ Alla u grazzi għall-ġenerożità talbenefatturi, qed tgħinhom b’għotja ta’ €10,000.

Eksplayer tal-futbol tidħol soru

Kulħadd huwa mistieden. Jekk jogħġbok ċempel 21487818 biex tirriserva post.

Onlajn www.acnmalta.org

IL-BANGLADEXX

L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA

Data: It-Tnejn, 2 ta’ Lulju 2018 Ħin: 7:00pm Post: Corinthia Palace Hotel, Ħ’Attard

. Cempel 21487818

Uħud mill-Isqfijiet Indjani waqt l-appell tagħhom lill-poplu Indjan

20/06/2018 14:34

nhar ta’ Ħadd flimkien mal-familja. Fis-sena 2003, wara li lestiet l-istudji tagħha fil-kulleġġ, bdiet il-karriera sportiva mad-Detroit Demolition, tim professjonali tannisa li llum m’għadux jeżisti. Hi telqet mit-tim fl-2006 u f’Marzu tal-2007 esperjenzat is-sejħa biex tibda ħajja reliġjuża. Hi temmet relazzjoni li kellha u ftit wara daħlet mas-Sorijiet Franġiskani. Hi qalet li filwaqt li l-familja tagħha kienet ta’ appoġġ għad-deċiżjoni li ħadet, il-ħbieb tagħha kienu sorpriżi għall-aħħar.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.