ACN (Malta) – IL- LEĦEN Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 20 ta’ Mejju 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

IR-RUMANIJA

L-ACN tgħin il-ministeru pastorali tal-familja Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Għal bosta snin, id-Djoċesi tal-Kattoliċi Griegi ta’ Oradea ħadmet ħafna biex twaqqaf b’mod dinamiku ministeru pastorali tal-familja. Dawn l-isforzi diġà ħallew il-frott. Hemm aktar vokazzjonijiet saċerdotali, iż-żgħażagħ huma aktar attivi fil-ħajja tal-Knisja u jixtiequ jippreparaw lilhom infushom aħjar għas-sagrament taż-żwieġ u l-familji qed jitkattru b’aktar tfal. Il-familji huma t’għajnuna kbira għas-saċerdoti biex tinxtered il-Kelma ta’ Alla. Madankollu, hu importanti li l-lajċi li jwettqu ħidma pastorali fil-parroċċi jirċievu formazzjoni kontinwa inkella n-nies jistgħu jiġu demoralizzati malajr u l-familji ma jibqgħux jinvolvu ruħhom b’mod attiv. Għalhekk twaqqfu programmi speċifiċi għall-familji li jixtiequ li jkollhom rwol aktar attiv fil-ħajja tal-parroċċa.

Din is-sena se jsiru erba’ programmi ta’ edukazzjoni kontinwa. Għal dawn il-programmi se jattendu bejn 90 u 400 persuna. Madankollu, bosta familji m’għandhomx flus biex iħallsu għall-ispejjeż tal-vjaġġ, talakkomodazzjoni u għall-materjal tal-programmi. Fir-Rumanija s-salarju medju ta’ xahar hu ta’ €250. Għalhekk familji li għandhom ħafna tfal isibu lilhom infushom fi problemi finanzjarji. Madankollu, dan m’għandux jimpedihom milli jieħdu sehem fil-programmi u hu għalhekk li l-Isqof Virgil Bercea rrikorra lejn l-Aid to the Church in Need (ACN) biex tgħinu. L-ACN qed tgħinu b’għotja ta’ €10,000.

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għallpersekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fiddinjità li tixirqilhom.

“L-essenza talħidma tagħna tikkonsisti billi nixxuttaw iddmugħ ta’ Alla kull fejn Hu jibki.”

IL-MESSIKU

Appell biex tintemm il-vjolenza Saċerdot Kattoliku ħareġ appell imqanqal lill-Gvern Messikan biex itemm “il-vjolenza mhux kontrollata li qed tkompli tiżdied”. L-organizzazzjoni ta’ dan is-saċerdot esponiet dan il-pajjiż bħala l-aktar post perikoluż għall-kleru fl-Amerika Latina kollha. F’intervista mal-Aid to the Church in Need (ACN), Fr Sergio Omar, id-Direttur taċ-Ċentru talMultimidja Kattolika tal-Messiku (CCM), qal li “ma nistgħux nibqgħu siekta” dwar kriżi fejn “il-libertà reliġjuża tinsab mhedda serjament mill-kriminalità organizzata”. Fr Omar iddeskriva kif isCCM kienet esponiet korruzzjoni mifruxa li tipproteġi lill-aggressuri u sostna li “qtil ta’ saċerdot jissimbolizza turija ta’ poter millorganizzazzjonijiet kriminali”. Dan qalu wara li erba’ saċerdoti nqatlu f’April li għadda. F’dawn l-aħħar ħames snin in-numru ta’ saċerdoti li nqatlu tela’ għal 24. Waqt li enfasizza li minbarra

s-saċerdoti hemm nies oħra li qed ibatu, Fr Omar qal: “Ma nistgħux nibqgħu siekta waqt li qed jixxerred id-demm t’eluf ta’ Messikani. Għalhekk qed nappellaw b’urġenza lill-Gvern Federali tal-Messiku, lill-awtoritajiet tad-diversi Stati u lill-gvernijiet tal-ibliet. “Aħna rriduhom jiggarantixxu li l-kura pastorali tista’ titwettaq b’mod sikur f’reġjuni fejn il-vjolenza mhux talli mhix ikkontrollata imma talli qed tkompli tiżdied”. Fr Omar qal li l-kartelli tad-droga ffurmaw alleanzi ma’ politiċi, Imħallfin, membri tal-Korp tal-Pulizija u forzi tas-sigurtà li “jikkawżaw ħsara lissoċjetà kollha”.

IL-BANGLADEXX

Kappella ġdida għal villaġġ żgħir

Fr. Werenfried van Straaten (1913-2003) Fundatur tal-Aid to the Church in Need 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard ATD9038 ( 21487818 * info@acnmalta.org

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

28 ACN Fr. Werenfried van Straaten Advert (Lehen is-Sewwa) 2.indd 2

Grupp ta’ familji li attendew programm pastorali fil-parroċċa ta’ Oradea

14/05/2018 14:25

Fil-Bangladexx il-Kattoliċi huma biss minoranza ta’ 0.2 fil-mija talpopolazzjoni fejn kważi 90 fil-mija huma Musulmani. Il-maġġoranza talfidili jagħmlu parti minn gruppi etniċi żgħar. Għalhekk huma minoritajiet għal darbtejn kemm fir-reliġjon li jħaddnu kif ukoll minħabba l-etniċità tagħhom. Minkejja li l-Knisja Kattolika hi żgħira, hi dinamika ħafna u l-fidi tal-membri tagħha qed tiffjorixxi. Iż-żjara li għamel il-Papa Franġisku s-sena li għaddiet kienet importanti ħafna u ta’ inkoraġġiment. Ftit inqas minn 80,000 persuna Kattolika jgħixu fid-Djoċesi ta’ Mymesingh fit-Tramuntana tal-pajjiż. Id-Djoċesi ilha mwaqqfa 125 sena. Il-biċċa l-kbira tan-nies li tgħammdu qabel kienu jappartjenu lil waħda mir-reliġjonijiet etniċi tradizzjonali tal-post. Fir-raħal ta’ Digolbagh jgħixu 200 familja Kattolika. Għalkemm innies tar-raħal ilhom jipprattikaw ir-reliġjon Kattolika mill-1924 għad m’għandu l-ebda kappella. Is-saċerdot tal-post, Fr Peter Rema, iwettaq ħafna ħidma għall-ġid spiritwali tal-komunità. Hu rrikorra lejn l-Aid to the Church in Need (ACN) għall-għajnuna biex jibni kappella li fiha l-Kattoliċi ta’ Digolbagh ikunu jistgħu jinġabru. L-ACN qed tgħinhom b’€10,000.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.