ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- 21 ta’ Ottubru 2018

Page 1

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

8

Il-Ħadd 21 ta’ Ottubru 2018

17,000 tifel u tifla minn Malta u Għawdex jitolbu flimkien għall-għaqda u l-paċi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

17,000 tifel u tifla minn Malta u Għawdex ingħaqdu ma’ aktar minn miljun tifel u tifla oħra minn madwar id-dinja biex talbu r-Rużarju għall-għaqda u l-paċi. Din kienet l-akbar konkorrenza sa mill-bidu ta’ din l-inizjattiva f’Malta, erba’ snin ilu. Is-sena l-oħra pparteċipaw 14,000. Din il-kampanja kull sena qed tikseb aktar parteċipazzjoni mhux biss f’Malta iżda madwar id-dinja

kollha. Bil-kollaborazzjoni tasSegretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u Fr Reuben Gauci,

responsabbli mill-Iżvilupp Spiritwali fl-iskejjel tal-Knisja u l-Istat, il-Ħamis 18 t’Ottubru fid-9 a.m. tfal Maltin u Għawdxin f’madwar 54 kindergartens u skejjel primarji u sekondarji talbu lil Alla u lil Ommna Marija għall-għaqda u l-paċi fid-dinja. F’ħafna postijiet oħra bħal djar tat-tfal u pre-schools, it-tfal ma pparteċipawx waħidhom iżda ngħaqdu magħhom ġenituri,

nanniet, għalliema, mexxejja tażżgħażagħ u katekisti. Din l-inizjattiva sempliċi iżda effettiva bdiet fis-santwarju Madonna ta’ Schoenstatt f’Caracas, Il-Venezwela, fl-2005. L-Aid to the Church in Need (Malta) tirringrazzja lil Alla, lil Ommna Marija, lil dawk kollha li għenu għas-suċċess ta’ din ilkampanja u lit-tfal kollha li ħadu sehem.

Il-film ‘Augustine, the Son of her Tears’ muri f’Malta u Għawdex Bħala Fondazzjoni Pontifiċja li għandha missjoni mibnija fuq tliet pilastri: it-talb, ir-rievanġelizzazzjoni u s-servizz, l-Aid to the Church in Need (Malta) b’kollaborazzjoni mal-Istitut Agostinjan tellgħet il-Premier talfilm Augustine, the Son of her Tears. Kien avveniment ta’ ispirazzjoni u li saħħaħ spiritwalment lillħafna benefatturi u kollaboraturi tal-ACN u mistiedna oħra li nġabru fl-Embassy Theatre, il-Belt Valletta

fit-3 t’Ottubru u fl-Oratorju Don Bosco, Victoria, fl-4 t’Ottubru. Monsinjur Charles Cordina, ilVigarju Episkopali għad-Djakonija, Monsinjur Professur Hector Scerri, l-Assistent Ekkleżjastiku tal-ACN (Malta) u Diretturi tal-Bord kienu preżenti għal dan l-avveniment. Attendew ukoll Henri Aoun, l-awtur tal-film, flimkien ma’ wħud mill-atturi. Dan l-avveniment sar taħt il-patroċinju distint tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi li

L-Offerta (Elemożina) ta’ €5 għall-Quddiesa

ddeskriva l-film bħala “rigal sabiħ” li għalih għandna lkoll inkunu grati. Fid-diskors tiegħu, l-Isqof Galea-Curmi rringrazzja lill-ACN u faħħar id-determinazzjoni ta’ Santa Monika u talab biex Malta, u tabilħaqq id-dinja kollha, tkun imbierka bid-don ta’ dawk l-ommijiet li jsawru l-ħajja u l-futur ta’ wliedhom permezz tattalb tagħhom. Fid-diskors ta’ introduzzjoni, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Malta), Stephen Axisa, irringrazzja lill-Isqof, lill-Patri Professur Salvinu Caruana, id-Direttur talIstitut Agostinjan, lil Henri Aoun, l-awtur tal-film, lil Fr Effie Masini, id-Direttur tal-Oratorju Don Bosco Għawdex, lill-protagonisti talfilm u lil dawk kollha li laqgħu l-istedina u attendew għal dan l-avveniment. Stephen Axisa qal li ħaġa unika, speċjali u importanti dwar dan il-

film hi l-fatt li dan ġie interpretat minn atturi Musulmani. Qal ukoll li “din l-inizjattiva innovattiva tolqotna b’mod partikolari meta nikkunsidraw ir-realtà ta’ ħutna ppersegwitati fis-Sirja, fl-Iraq, fin-Niġerja, fl-Eġittu u f’pajjiżi oħra fejn l-intolleranza reliġjuża kompliet tiżdied. Hi t-talba tagħna li dan l-eżempju ta’ unità interreliġjuża jispira aktar rispett, paċi u għaqda fost nies ta’ kulturi u reliġjonijiet differenti”. Tkellem ukoll Patri Caruana li kiteb ktieb dwar il-ħajja ta’ Santa Monika u qal li l-karattri prinċipali tal-film Wistin u Monika huma mudell ta’ perseveranza bla żmien, ta’ tama u tkellem ukoll dwar ilqawwa tat-talb għal dawk kollha li jgħixu ħajja diffiċli. Ingħataw donazzjonijiet biex jappoġġaw il-proġett tal-ACN b’risq it-tfal tat-triq f’Aleppo, IsSirja.

tmur għall-għajxien ta’ saċerdoti li jwettqu ħidma pastorali fejn il-Knisja hija fqira u ppersegwitata.

Ikkuntattjana Posta: Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038

Onlajn:

www.acnmalta.org/mass

Telefon: 21487818

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am – 4:15pm

Indirizz Postali

Isem u Kunjom

Tel / Mob

E-Mail

Quddiesa għall-erwieħ Quddiesa għallintenzjonijiet tiegħek

Novena Tridu

Għal ruħ / intenzjonijiet ta’:

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

L-Isqof Joseph Galea-Curmi jitkellem mal-awtur tal-film Henri Aoun (xellug)


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.