8
Il-Ħadd 22 ta’ April 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
IR-RENJU UNIT
Il-Prim Ministru Ingliż tagħti l-appoġġ tagħha lill-Kristjani ppersegwitati Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May tenniet l-appoġġ tagħha lill-Kristjani ppersegwitati fl-Iraq u f’pajjiżi oħra madwar id-dinja. Hi qalet li qed tfittex li tagħmel aktar biex tgħin lil dawk li qed jiffaċċjaw vjolenza minħabba l-fidi tagħhom. partit politiku tat-Tramuntana tal-Irlanda DUP, Jim Shannon, li kkummenta dwar ir-ritorn ta’
Il-Prim Ministru Ingliż kienet qed twieġeb Mistoqsija Parlamentari tal-Membru tal-
ħafna Kristjani lejn il-Wesgħat ta’ Ninwè. Hu talab lill-Prim Ministru May tagħti l-appoġġ tagħha lil dawn il-Kristjani. Theresa May qalet: “L-Għid hu naturalment l-aktar żmien importanti fil-kalendarju Kristjan. Hu żmien ta’ ħajja ġdida u ta’ tama. Il-messaġġ tas-salib u l-qawmien jgħinu biex jappoġġjaw lill-Kristjani madwar id-dinja.
“Aħna solidali mal-Kristjani ppersegwitati. Se nkunu impenjati naraw il-Gvern x’jista’ jagħmel biex ikun ta’ sapport għalihom”. Il-Prim Ministru Ingliż irriferiet għal laqgħa li kellha ma’ saċerdot Iraqi li taha Bibbja li ġiet salvata minn knisja li qerdu l-ISIS. Hi qalet li l-Bibbja qed tinżamm f’Downing Street bħala tifkira tat-tbatija li ħafna għaddew minnha.
IL-PAKISTAN
L-Istat Iżlamiku joqtol erba’ Kristjani Il-Kristjani li nqatlu tliet ġimgħat ilu fil-belt ta’ Quetta fil-Punent tal-Pakistan ġew maqtula mill-Istat Iżlamiku f’dak li hu maħsub li kien attakk immotivat mir-reliġjon. Sors tal-pulizija qal li erba’ Kristjani mill-istess familja nqatlu waqt attakk fuq din il-minoranza f’dal-pajjiż Iżlamiku. Inqatlu tlett aħwa u l-mara ta’ wieħed minnhom filwaqt li tifla, bint wieħed millvittmi, indarbet u ttieħdet fl-isptar ċivili ta’ Quetta. Il-kelliem għall-Pulizija, Mohamed Ramzan, qal li l-attakk seħħ it-Tnejn fuq l-Għid filgħaxija
meta persuni armati, mhux magħrufa, avviċinaw il-vettura li fiha l-familja kienet qed tivvjaġġa u sparaw fuqhom. L-Istat Iżlamiku ħa r-responsabbiltà L-Istat Iżlamiku ħareġ dikjarazzjoni li fiha ħa r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk vjolenti. Ċellula moħbija ta’ militanti “rnexxielha tattakka numru ta’ ġellieda Kristjani”, qalet l-organizzazzjoni estremista. Quetta, il-kapitali tal-provinċja ta’ Balochistan, hi waħda mill-aktar postijiet fejn hemm l-inkwiet fil-Pakistan bi preżenza
- rigali Kotba ideali bhala - . ghall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof.
ta’ gruppi armati separatisti, fazzjonijiet tatTalibani u gruppi Ġiħadisti. Il-minoranza Kristjana tal-Pakistan, inqas minn erba’ miljun persuna f’pajjiż ta’ kważi mitejn miljun, tradizzjonalment ġiet diskriminata u sfat vittma ta’ episodji vjolenti. F’Diċembru 2017 attakk fuq knisja fi Quetta, ftit qabel il-Milied, irriżulta f’għaxar imwiet u 44 persuna midruba. F’Marzu 2016, 71 persuna nqatlu f’attakk suwiċida f’park fil-Lvant tal-belt Lahore. Il-grupp Taliban Jamaat-ul-Ahrar stqarr li dak l-attakk kien immirat lejn il-Kristjani.
IS-SIRJA
€6.25 God speaks To His Children: siltiet millBibbja bl-Ingliż u bi stampi kkuluriti. Addattat għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
€9.90 YOUCAT: Il-Katekiżmu talKnisja Kattolika ppreżentat b’disinn u lingwa addattata għaż-żgħażagħ (jinkludi l-ktieb tat-Talb).
Pubblikazzjonijiet tal-Fondazzjoni Pontifiċja Aid to the Church in Need Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 . Cempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
22 ACN YouCat & Bible (Lehen is-Sewwa) 2.indd 1
16/04/2018 13:14
L-Arċisqof Selwanos Petros Al-Nemeh
Jixtiequ jibqgħu jgħixu f’art twelidhom Skont l-Arċisqof Sirjak Ortodoss ta’ Homs u Hama, Selwanos Petros Al-Nemeh, hemm bżonn t’aktar għajnuna biex il-Kristjani jkunu mħeġġa jibqgħu jgħixu fis-Sirja. Hu qal li madwar 50 fil-mija tal-Kristjani telqu mis-Sirja mindu faqqa’ l-kunflitt fl-2011. Ilkundizzjonijiet ta’ sigurtà ġiegħlu lin-nies “iħossuhom daqslikieku kienu barranin f’art twelidhom stess”. Hu kompla li “l-Kristjani jixtiequ jibqgħu jgħixu f’art twelidhom... Il-fatturi li qed iwaqqfuhom milli jibqgħu f’pajjiżhom huma l-instabbilità, il-vulnerabbiltà, id-diffikultajiet
ekonomiċi u l-kundizzjonijiet tant diffiċli li jgħixu fihom kuljum”. L-Arċisqof rringrazzja lill-Aid to the Church in Need għall-għajnuna ta’ emerġenza, li tat biex jerġgħu jinbnew id-djar. Hu żied li 2,000 dar f’Homs diġà ġew irranġati. Is-sena li għaddiet, l-ACN wettqet b’suċċess aktar minn 140 proġett fis-Sirja. 80 fil-mija minnhom kienu għajnuna ta’ emerġenza. Mindu seba’ snin ilu beda l-kunflitt fis-Sirja, l-ACN iffinanzjat b’aktar minn 21 miljun ewro proġetti ta’ emerġenza. L-Arċisqof Selwanos rringrazzja lill-benefatturi tal-ACN għallappoġġ tagħhom.