8
Il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
L-IRAQ
IS-SUDAN T’ISFEL
Kardinal jingħata merħba mill-Musulmani wkoll Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
L-Arċisqof Alberto Ortega, inNunzju għall-Iraq u l-Ġordan, tkellem mal-Aid to the Church in Need (ACN) ftit wara li rritorna minn Ruma wara li ħa sehem filKonċistorju tal-Kardinali l-ġodda, fosthom il-Patrijarka tal-Kaldej, l-Arċisqof Louis Raphaël I Sako. Fl-opinjoni tiegħu, il-ġest tal-Papa Franġisku hu wieħed ta’ “appoġġ għall-Kristjani tal-Iraq, tal-Lvant Nofsani u għar-reġjun kollu”. L-aħbarijiet dwar dan ilġest intlaqgħu bi gratitudni u ferħ kbir. “L-aħbarijiet intlaqgħu tajjeb ħafna mhux biss mill-Kristjani iżda wkoll minn ħafna Musulmani. Kien hemm għadd kbir ta’ messaġġi ta’ apprezzamenti u appoġġ. Dawn intbagħtu lill-Patrijarka minn Musulmani, bħall-President tal-Iraq, il-Prim Ministru Iraqi u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin kif ukoll mill-poplu li ra din ilħatra bħala ġest ta’ qrubija millPapa kemm għall-pajjiż kif ukoll għall-Kristjani”.
Familji li kellhom iħallu djarhom minħabba l-ġlied fis-Sudan t’Isfel u li bħalissa qed jingħataw kenn fil-parroċċa St. Stephen f’Kodok
Isqfijiet jittamaw li jiġi dikjarat waqfien permanenti mill-ġlied L-Arċisqof Alberto Ortega, in-Nunzju għall-Iraq u l-Ġordan
In-Nunzju kkonferma li l-Kardinal il-ġdid, Louis Raphaël I Sako, issa se jkollu “vuċi aktar b’saħħitha u awtorità morali akbar” għall-appoġġ u l-ħarsien talKristjani f’dan il-pajjiż.
Il-Kristjani fl-Indja qed jiġu eżaminati fil-Fidi.
Isqfijiet iħabbru protokoll ġdid għas-sigurtà tas-saċerdoti
Inti lest biex tgħinhom? Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733
50618949 – €6.99 |
51702079 – €15 |
51802081 – €25
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
46 - India Advert (Lehen).indd 5
In-Nazzjonijiet Magħquda heddet lill-mexxejja tas-Sudan t’Isfel li se tipprojbixxi l-ivvjaġġar u tiffriża l-assi jekk il-vjolenza ma tiqafx. Skont il-ftehim, iż-żewġ naħat huma mistennija li jirtiraw il-forzi, jeħilsu l-priġunieri u jwittu t-triq għall-għajnuna umanitarja. Se jintgħażel gvern transitorju għal perjodu ta’ 36 xahar. Minkejja li l-ftehim tal-waqfien mill-ġlied daħal fis-seħħ il-Ħadd, 1 ta’ Lulju, il-vjolenza reġgħet feġġet u 18-il persuna ċivili nqatlu u kien hemm 44 oħra li ġew feruti. Madankollu, iż-żewġ fazzjonijiet imdaħħla fil-ġlied iddikjaraw l-impenn immedjat tagħhom għallwaqfien mill-ġlied.
IL-MESSIKU
Fi żmien fejn il-Knisja tinsab ippersegwitata, l-għajnuna tiegħek tista’ tbiddel għall-aħjar il-ħajja ta’ dawn ħutna li tant qegħdin ibatu.
Tista’ tibgħat donazzjoni b’sms:.
L-Isqof Barani Hiiboro ta’ Tombura-Yambio, il-President talKonferenza Episkopali tas-Sudan u tas-Sudan t’Isfel, laqa’ l-aħbar li wara erba’ snin u nofs ta’ gwerra ġie dikjarat waqfien permanenti mill-ġlied minn uffiċjali tas-Sudan t’Isfel u mexxejja ribelli. Tliet ġimgħat ilu, għall-ewwel darba f’sentejn, il-President Salva Kiir tas-Sudan t’Isfel kellu diskussjonijiet f’Khartoum, ilkapitali tas-Sudan, mal-mexxej tar-ribelli u eks Viċi President, Riek Machar. Il-President tas-Sudan, Omar al-Bashir, flimkien ma’ mexxejja tal-Etjopja u tal-Uganda għenu biex isiru n-negozjati għall-paċi.
17/07/2018 08:35
Hekk kif il-vjolenza qed tkompli tikber, il-Konferenza Episkopali Messikana ppubblikat protokoll bħala gwida biex ma jitwettqux reati kontra saċerdoti djoċesani u reliġjużi u l-poplu ta’ Alla fil-pajjiż. Monsinjur Alfonso Miranda Guardiola, is-Segretarju Ġenerali tal-Konferenza Episkopali talMessiku, qal li l-protokoll hu maħsub biex “l-Isqfijiet, saċerdoti, sorijiet u lajċi jkunu jistgħu jwettqu l-ħidma pastorali tagħhom bl-aktar mod sikur”. Il-gwida toffri proċeduri ta’ sigurtà għal bosta sitwazzjonijiet bħal żjarat pastorali u Quddies f’żoni mbiegħda. Il-parir jinkludi dettalji dwar kif wieħed jippjana l-vjaġġ, kif wieħed jiġbed il-flus minn ATM u x’għandek tagħmel jekk tiġi maħtuf, misruq, mhedded. Din il-gwida tinkludi formola għall-inventarji għall-affarijiet tal-
knisja u għal oġġetti ta’ valur. Hemm inklużi wkoll proposti ta’ miżuri ta’ sigurtà għal knejjes, djar ta’ komunitajiet reliġjużi u postijiet oħra. Monsinjur Guardiola qal li “l-protokoll tas-sigurtà hu tweġiba għal dak li ġara f’dawn l-aħħar tliet snin fejn kien hemm qtil mhux biss ta’ saċerdoti iżda wkoll ta’ ġurnalisti, uffiċjali talpulizija, suldati u ta’ kandidati għal pożizzjonijiet pubbliċi.” L-Isqof kompla li “jekk dan il-protokoll iservi biex jipprevjeni delitt wieħed biss, dan ikun suċċess”. Il-vjolenza fil-Messiku, prinċipalment il-kriminalità organizzata, f’dawn l-aħħar snin kompliet teskala. F’dawn l-aħħar sitt snin inqatlu 24 saċerdot, erbgħa minnhom din is-sena.