8
Il-Ħadd 25 ta’ Marzu 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
MALTA
IL-PARAGWAJ
Soru magħrufa għallħidma tagħha fis-Sirja tħalli Malta Sr Annie Demerjian, imsieħba filproġetti tal-Aid to the Church in Need (ACN) fis-Sirja, kienet Malta l-ġimgħa li għaddiet bħala l-mistiedna tal-ACN (Malta). Fis-Sirja hi taħdem ma’ tim ta’ voluntiera biex jiġu megħjuna l-vittmi tal-gwerra. Is-sitwazzjoni fis-Sirja hi terribbli u mhux faċli tiddeskrivi s-sitwazzjoni li hu għaddej minnha l-poplu. Il-Papa Franġisku ddeskriva s-sitwazzjoni fis-Sirja bħala “l-akbar katastrofi umanitarja wara t-Tieni Gwerra Dinjija”. Bħala parti minn programm biex titqajjem kuxjenza u għarfien dwar is-sitwazzjoni attwali fis-Sirja, kemm damet Malta Sr Annie żaret diversi parroċċi u skejjel. Il-qofol taż-żjara tagħha kien Night of Witness fil-knisja Bon Pastur, Ħal Balzan. Saru diskorsi minn Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Malta), dwar ilproġetti finanjzati mill-ACN fis-Sirja u minn Sr Annie li tat xhieda talesperjenza tagħha tad-diżastru li ħallew warajhom l-ISIS f’Aleppo u f’Damasku. Fid-diskors tiegħu, Monsinjur Hector Scerri, l-Assistent Ekkleżjastiku tal-ACN (Malta) għamel riflessjoni dwar ilpassjoni ta’ Kristu għas-salvazzjoni talumanità u ħeġġeġ biex nuru kompassjoni ma’ ħutna li qed isofru l-persekuzzjoni fis-Sirja u pajjiżi oħra fid-dinja. Ara wkoll paġna 17
Għajnuna għan-nies indiġeni tal-Paragwaj Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Il-Vikarjat Appostoliku ta’ Chaco, fitTramuntana tal-Paragwaj, ikopri żona vasta ta’ foresti u għadajjar. Dan iħaddan madwar 30,000 persuna. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni huma limitati ħafna u ħafna żoni jistgħu jintlaħqu biss b’dgħajjes. Fil-parroċċa tad-distrett magħruf bħala Carmelo Peralta, li tinsab qrib il-fruntiera mal-Brażil, ilbdiewa Brażiljani jaqtgħu s-siġar mill-foresti biex jagħmlu spazju fejn ikunu jistgħu jirgħu l-bhejjem tagħhom. Bdiewa Brażiljani jiġu hawnhekk biex isibu x-xogħol. Bosta tribujiet indiġeni għadhom jgħixu l-istil ta’ ħajja tradizzjonali tagħhom. Għalihom ixxokk ta’ żewġ stili ta’ ħajja differenti ħafna minn xulxin affettwahom ħafna. Iż-żgħażagħ, b’mod speċjali, jinsabu f’periklu li jitilfu t-tradizzjonijiet tagħhom, minħabba nuqqas ta’ valuri stabbli li jippermettulhom jaddattaw għal kultura ġdida. Ħafna drabi jispiċċaw jaqgħu fil-vizzji tal-alkoħol u d-droga fejn ibatu wkoll il-familji tagħhom. Il-preżenza tal-Knisja hi importanti ħafna biex tgħin lin-nies f’din is-sitwazzjoni diffiċli. Ħafna żoni fejn jgħixu dawn in-nies indiġeni jistgħu jintlaħqu biss b’dgħajjes, u l-parroċċa m’għandhiex waħda. Bħalissa qed tinkera dgħajsa, u l-kirja tagħha hi ta’ prezz konsiderevoli. Il-parroċċa għandha bżonn dgħajsa biex jiġu megħjuna l-familji, biex tiġi ċċelebrata l-Liturġija fil-kappelli
Sr Bianco flimkien ma’ tfal indiġeni f’Chaco fil-Paragwaj
tagħhom, biex jingħataw lezzjonijiet kateketiċi u għal ħidmiet pastorali oħra. L-Aid to the Church in Need, bil-grazzja ta’ Alla u permezz tat-talb u l-għajnuna tal-benefatturi, qed tgħin lill-parroċċa ta’ Carmelo Peralta b’kontribut ta’ €3,600.
L-EĠITTU
Inawgurat il-Katidral dedikat lill-21 martri li nqatlu fil-Libja mill-ISIS
Grazzi Suor Annie Demerjian minn Damasku, is-Sirja, li kienet fostna f’Malta, tirringrazzja ’l Alla li kellha x-xorti li żżur il-Gżira ta’ San Pawl.
Suor Annie Demerjian
Suor Annie rringrazzjat lill-Aid to the Church in Need (Malta) u lillpoplu ġeneruż tat-talb u s-sapport b’risq ħutna li ilhom għaddejjin minn tbatija u mwiet.
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta (Reg. No. LPF-212) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
19 ACN Suor Marie Thank you (Lehen is-Sewwa) 2.indd 2
il-martri. Il-Katidral tal-“Martri tal-Fidi” nbena minn grupp ta’ inġiniera tal-Forzi Armati Eġizzjani mħallsa mill-Gvern bi spiża ta’ madwar madwar €37,000. Il-Katidral jikkonsisti f’żewġ sulari: pjan terran (li jinkludi librerija, reception u kmamar oħra għas-servizzi soċjali) u kappella fl-ewwel sular. Hekk kif l-identifikazzjoni tal-martri tiġi kkonfermata bit-testijiet tad-DNA, il-fdalijiet tal-katavri se jinżammu fil-pjan terran f’kaxxi tal-ħġieġ imgeżwra bil-bellus, skont ittradizzjoni Kopta. L-altari ta’ dan il-Katidral ġdid tbierku nhar l-14 ta’ Frar. Il-Katidral issa hu miftuħ għallQuddies ta’ matul il-ġimgħa.
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għallpersekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fiddinjità li tixirqilhom.
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 . Cempel 21487818
Tliet snin wara l-massakru tal21 martri, tlesta l-katidral iddedikat lill-“Martri tal-Fidi”. Il-Katidral jinsab fil-villaġġ żgħir ta’ Al Ur fil-provinċja ta’ Minya, il-post fejn twieldu l-maġġoranza ta’ dawn ilmartri żgħażagħ Kopti. Il-21 martri kienu nħatfu fil-Libja fil-bidu ta’ Jannar 2015. Il-filmat tal-waħx tal-martirju tagħhom, miġbud fuq il-kosta Libjana qrib il-belt ta’ Sirte, ittella’ online mill-ISIS. Aktar tard instabu l-katavri tagħhom f’għar f’Sirte, b’idejhom immanettjati u b’rashom maqtugħa, lebsin bl-istess ħwejjeġ oranġjo li dehru lebsin fil-filmat brutali. Fis-sena 2015 inħareġ digriet biex tinfetaħ knisja ddedikata għal dawn
20/03/2018 10:53
Il-Ħadd 25 ta’ Marzu 2018
ITTRI Il-Leħen
17
Sr Annie Demerjian tirringrazzja lill-poplu Malti tal-ospitalità u l-ġenerożità li wera magħha Geraldine Griffiths, Head of Media & Communications tal-Aid to the Church in Need (Malta), minn Ħ’Attard, tikteb: Sr Annie Demerjian li kienet il-mistiedna f’Malta tal-Aid to the Church in Need (Malta) esprimiet ir-ringrazzjament tagħha għall-merħba li rċeviet mingħand il-poplu Malti. Sr Annie kienet il-kelliema ewlenija matul in-Night of Witness li ġie organizzat fil-knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan, il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu. Hi tat ix-xhieda kommoventi tagħha u l-esperjenzi tagħha fis-Sirja fejn tgħin ħafna vittmi Sirjani li tilfu kollox minħabba l-gwerra. Il-gwerra issa tinsab riesqa lejn it-tmien sena tagħha. Ħafna minn dawk li attendew offrew donazzjonijiet ġenerużi biex jgħinu lil Sr Annie tkompli twettaq il-ħidma umanitarja tagħha fisSirja.
Wara li wriet ix-xewqa li tiltaqa’ u ssir taf lill-poplu Malti Sr Annie, kemm damet Malta, kellha l-opportunità li żżur xi parroċċi u skejjel. Waqt li tkellmet dwar l-esperjenza tagħha f’Malta hi qalet li kienet “kommossa bl-akkoljenza u l-ġenerożità tal-poplu Malti”. Waqt in-Night of Witness Sr Annie Demerjian talbet lill-poplu Malti biex jingħaqad magħha u jitlob għall-poplu kollu tas-Sirja li jinsab mifni mill-gwerra. Hi kkwotat lil San Pawl: “jekk membru jbati, ibatu lkoll miegħu” (1 Kor. 12, 26). Hi qalet li dak li qed jiġri fis-Sirja
Sr Annie Demerjian
jaffettwa lilna lkoll u ħeġġet ukoll lill-poplu Malti biex jiftakar fit-talb
tiegħu f’ħutu Kristjani li, minbarra li għaddejjin mill-orrur tal-gwerra, sofrew ukoll persekuzzjoni taħt l-ISIS. Minn Malta Sr Annie marret Ruma. Wara li tqatta’ ftit jiem flItalja flimkien mal-Kongregazzjoni tagħha, Sr Annie se terġa’ lura f’Damasku fejn bħalissa tinsab bbażata. Dawk li jixtiequ jgħinu lil Sr Annie Demerjian fil-ħidma tagħha fis-Sirja jistgħu jibagħtu cheque f’envelopp magħluq u jindirizzawh lill-ACN (Malta), 39b Triq l-Imdina, Ħ’Attard ATD 9038. Ikteb fuq l-envelopp “Appell tas-Sirja”. Tista’ wkoll tagħmel donazzjoni permezz ta’ trasferiment bankarju lill-APS Bank, kont numru 2000 1771 733.
Erodi jew San Ġużepp?
Quddies għal ruħ il-mejtin
Emily Barbaro-Sant mill-Mosta, tikteb: Ma nixtieqx inkun persunali fil-kitba tiegħi iżda ċerti nies ma jħallulekx għażla. L-aktar meta jkun hemm min jurik id-debba u jqabbżek il-ħmara bħalma stqarret ilMinistru Helena Dalli. Il-maskra tal-ingann ma Taħt il-kelma “ugwaljanza”, tinħebiex wara ħalq imċarrat! U il-Ministru Dalli ddikjarat llum jew għada l-poplu se jaqbdek. u ftaħret, (waqt li tidħaq) li Tidħaq waqt li qed tiddiskuti tema l-Partit Laburista ħeba dak li serja bħall-abort li mhu xejn għajr kellu f’moħħu mill-poplu Malti. qtil? F’kelma waħda u b’kelma waħda Il-poplu Malti għandu l-poplu Malti ġie ngannat. jifhem li ebda Prim Ministru, Jidher ċar li l-mistħija waqgħet ebda Ministru, taħt l-isem talgħalkollox u flokha hemm ilugwaljanza u d-drittijiet umani maskra tal-ipokresija Il-ħasra mhu se ibiddel l-abort minn qtil. hi li hemm min mhux jinduna! U Alla l-Imbierek hu l-uniku Sid dan, il-Ministru Dalli tafu tajjeb u tal-ħajja. Jinqeda bil-bniedem qalet ċar u tond li ħbietu. biex ikun hemm it-tnissil u ħadd Li tidħaq bin-nies, għalkemm m’għandu dritt ittemmha jew hu ħażin, hu faċli iżda kif jgħid iħeġġeġ għal forma ta’ diskussjoni il-Malti: il-ġarra ġejja u sejra biex ittemmha. Qtil minn dejjem fl-aħħar tinkiser. Illum jew għada kien u hekk jibqa’. Jalla l-poplu se jinqabdu u jitilfu l-kredibbiltà Malti u Għawdxi jinduna kif ġie kollha. mqarraq. U jekk irid jinduna, Taħt il-kappa tal-vjolenza għandu biex, għax din mhix domestika (ikkundannata minn l-ewwel darba li l-fatti ġew kulħadd), il-Gvern qed iwarrab moħbija. Imma din hi l-akbar milli jipproteġi lit-tarbija fil-ġuf. waħda. Kien insult dirett lejn il-poplu Jalla ma naġixxux bħal Erodi Malti meta l-Ministru Dalli waqt li biex jissalvagwardja s-saltna konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti tiegħu qered trabi innoċenti. Ikun daħqet meta bdiet titkellem fuq jiswielna aktar jekk inkunu bħal affarijiet serji bħal dawn. Id-daħq San Ġużepp li minkejja li Ġesù postu hu waqt kummiedja teatrali ma kienx ibnu naturali, ħa ħsiebu u mhux meta s-suġġett ikun mit-tnissil tiegħu. l-abort.
In-Nutar Carmelo Lia minn Ħaż-Żabbar, jikteb: Għamel sewwa l-Vigarju Ġenerali Monsinjur Joseph Galea Curmi li ppubblika f’Il-Leħen ċirkolari li ntbagħatet mill-Kurja lis-Saċerdoti Maltin f’Lulju 2015 dwar li l-Quddiesa ma tinxtarax bil-flus. Ħasra li din iċ-ċirkolari ma ġietx imxandra qabel. Fl-imgħoddi, l-aktar fitTestmenti, konna nsemmu l-kelma elemożina bħala ħlas li kien iservi għall-għejxien tasSaċerdot li jqaddes il-Quddies għal ruħ jew skont l-intenzjoni ta’ min iħalli legat ta’ flus biex isir quddies għal ruħu. Sa ħamsin sena ilu ma kontx tiltaqa’ ma testament bla ma ssib F’Quddies ieħor is-Saċerdot li tħollija ta’ legat għal quddies jkun laqa’ t-talba ta’ xi hadd biex speċjalment il-famuż “Xahar jitlob għal xi mejtin ikun għaqli Gregorjan”. Illum din id-drawwa li s-Saċerdot ma jsemmix isem spiċċat għalkollox. il-mejtin b’vuċi għolja iżda f’qalbu Ma ngħidx li dik id-drawwa biex ħadd ma jisimgħu. Altrimenti kienet ħażina iżda anqas irrid ngħid min għandu l-flus, sejħilhom li kienet tajba avolja kienet aċċettata kemm trid offerta jew elemożina, mill-Awtorità Ekkleżjastika. Għax, jaħseb li se jibgħat il-ġenna l-mejta kif kiteb il-Vigarju Ġenerali u tiegħu qabel dawk li m’għandhomx kkonferma l-Papa Franġisku, ilflus jew m’għandhomx min jitlob Quddiesa ma tinxtarax bil-flus. għalihom. Jien naqbel li fil-Quddiesa talNixtieq li kull Nisrani meta jmut funeral min ikun fit-tebut waqt icisirlu funeral diċenti possibbilment Ċelebrazzjoni Ewkaristika għandu b’Quddiesa presente cadavere u jissemma b’ismu għax il-Quddiesa l-parroċċa ma tistenna ebda hħlas qed issir l-ewwel nett għal ruħu u mingħand il-familjari tiegħu mbagħad għal ruħ il-mejtin kollha jekk dawn ikunu foqra jew għal li għadhom fi stat ta’ tisfija qabel ragunijiet oħra. ma jidħlu fis-Saltna ta’ Alla għal dejjem.
Lourdes għall-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa ma' 'Il-Leħen'
Mit-28 ta’ Marzu sat-2 ta’ April Inżuru Lourdes, Gavarnie, St. Jean de Luz, Col d’Ibardin u Pont d’Espagne Ċempel lil Michael Caruana fuq 7923 3264 jew 9923 3264 In-numru ta' parteċipanti hu limatat ħafna Il-pellegrinaġġ hu organizzat mill-'Euro Tours' u minn jibbukkja permezz ta' din il-gazzetta jkun qed jikkontribwixxi għat-tixrid tal-istampa Kattolika