ACN (Malta)-Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2019

IL-FILIPPINI

Il-fidi ssawwar il-Knisja, mhux iċ-ċirkustanzi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Fit-23 ta’ Mejju 2017, Fr Teresito Soganub u ħames membri tal-parroċċa tiegħu nħatfu minn estremisti Iżlamiċi fil-belt Filippina, Marawi. Ir-ribelli Maute, grupp affiljat mal-ISIS, ħatfu l-ewwel il-belt u wara lilhom u aktar minn mitt resident ieħor biex b’hekk setgħu jheddu lill-qawwiet tal-Gvern. Fis-17 ta’ Settembru, 116-il jum wara, Fr Soganub ġie salvat filwaqt li l-kunflitt fuq il-belt ta’ Marawi kompla għaddej sat-23 t’Ottubru 2017. Sentejn wara, Fr Soganub irrakkonta l-esperjenza tiegħu: “Ħadd ma jrid jgħaddi minn esperjenza simili. Matul dawk ixxhur kont ngħix biċ-ċertezza li se mmut daqt”. Hu tkellem ukoll dwar 116-il ġurnata ta’ talb bla waqfien. Hu qal: “Jien kont qed ngħix b’diqa kbira f’qalbi. Jien għajjat, ‘Għaliex jien, o Alla? Għaliex ħallejt dan iseħħ’?” Madankollu hu kellu sens ta’ gratitudni. Fr Soganub kompla: “Jien stennejt il-mewt u ma fhimtx kif kien possibbli li kont qed nibqa’ ħaj f’nofs battalji bl-azzarini bla waqfien. “Il-Knisja fil-Filippini dejjem ftakret fina waqt it-talb talKonsagrazzjoni. Il-familja tiegħi

ġiet avviċinata minn Protestanti u anki minn gruppi Musulmani li qalulhom: “Aħna Protestanti, aħna Musulmani, imma qed nitolbu għas-sigurtà ta’ ħukom.” Fr Soganub kien kommoss b’dan issapport spiritwali. Qabel ma nħataf, wieħed middmirijiet tiegħu kien proprju l-promozzjoni tad-djalogu interreliġjuż fil-prelat. Hu qal: “Alla nqeda bija biex jimmotiva lilloħrajn jitolbu. Il-fidi ssawwar lillKnisja, mhux iċ-ċirkustanzi!” Kelmtejn importanti, partikolarment fid-dawl tal-fatt li l-Katidral ta’ Marawi spiċċa nqered, Fr Soganub xorta waħda baqa’ sod fost it-tifrik. Hu kompla: “Irridu nkomplu naħdmu id f’id għaddjalogu bejn ir-reliġjonijiet, kemm bħala Musulmani kif ukoll bħala Nsara. Hekk niżirgħu ż-żerriegħa tal-paċi fina u naħdmu flimkien bħala reliġjonijiet għall-paċi.”

“Fidi u Kuraġġ… il-Kristjani fil-Lvant Nofsani”

Data: L-Erbgħa, 29 ta’ Mejju 2019 Post: Il-lukanda Victoria, Triq George Borg Olivier, Tas-Sliema RSVP: Tel. 21487818 / Email: info@acnmalta.org Ħin: 5:30pm Dan huwa avveniment sponsorjat minn benefattur. Te u kafe jiġu servuti.

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 @acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

ACN027.19 NKS Event (Lehen).indd 1

IL-PAKISTAN

Storja ta’ żagħżugħ Kattoliku Noman hu żagħżugħ Kattoliku li jgħix f’Karachi, Il-Pakistan. F’intervista mal-Aid to the Church in Need (ACN) hu tkellem dwar id-diskriminazzjoni u l-abbuż li għadda minnu fl-iskola minħabba l-fidi tiegħu fi Kristu. Din hi l-istorja ta’ Noman: “Jien student tal-ewwel sena u qed nistudja n-negozju. Jien Kattoliku. Ħadd fil-familja tiegħi qatt ma ġie maħtuf jew ivvittimizzat bil-vjolenza iżda jien iffaċċjajt diskriminazzjoni minn sħabi talklassi u mill-għalliema minħabba r-reliġjon Kattolika li nħaddan. “Meta rrappurtajt student Musulman għax kien qed iqarraq fil-klassi, l-għalliem qalli: ‘Hu ma jqarraqx. Int għamilt hekk’. L-istudent l-ieħor beda jgħajjarni bhangie li tfisser kennies tat-triq u beda jiżżufjetta bija u uża kliem mhux xieraq dwar it-twemmin tiegħi. Ma stajtx nirrispondih. Li kieku għamilt hekk kont niġi akkużat b’dagħa u l-familja tiegħi kienet tbati ħafna. “Kemm l-għalliem tiegħi

Taħdita minn Neville Kyrke-Smith, Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Renju Unit)

Ċempel 21487818

Fr Teresito Soganub qed jiġi intervistat wara l-ħelsien tiegħu f’Settembru 2017

13/05/2019 09:36

kif ukoll il-prinċipal kienu jafu bis-sitwazzjoni. L-għalliem ried ikellem lil ommi iżda ma kinux lesti jisimgħu l-verżjoni tiegħi. Saħansitra rrifjutaw li jagħtuni formola li l-iskola jkollha bżonn għall-eżamijiet. Minħabba f’hekk tlift sena skola. “Minkejja dak li għaddejt minnu, nemmen li se nirnexxi. Meta nkun inkwetat nirrepeti Salm 23 u dejjem inġorr miegħi kuruna u nirreċita r-Rużarju Mqaddes. “L-istudenti Kattoliċi fqar jeħtieġu appoġġ b’akkomodazzjonijiet u opportunitajiet akkademiċi biex ikunu jistgħu jgħixu aħjar, jgħixu ħajja b’dinjità u aktar stabbli. Jekk le, m’għandi l-ebda tama għall-minoranzi fil-Pakistan jekk jibqgħu jgħixu f’dan il-pajjiż.”

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.


TAGĦRIF Il-Leħen

Il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2019

Jum il-Missier Knisja San Franġisk, Il-Ħamrun, fid-9 a.m., Quddiesa għat-tfal

Knisja San Franġisk, Victoria, fit-8.30 p.m., lejl ta’ adorazzjoni. Il-lejl jibda b’Quddiesa u jkun hemm Quddiesa oħra f’nofsillejl

It-Tnejn, 17 ta’ Ġunju

Il-Ħadd, 23 ta’ Ġunju

Il-Ħadd, 16 ta’ Ġunju

Knisja San Franġisk, Il-Ħamrun, fid-9 a.m., Quddiesa għat-tfal

Il-Ħamis, 20 ta’ Ġunju

It-Tnejn, 24 ta’ Ġunju

Fl-oratorju tal-parroċċa San Pawl, Il-Belt Valletta, fid-9.30 a.m., laqgħa għall-anzjani rġiel

Ċentru San Franġisk, Il-Ħamrun, fis-7 p.m., laqgħa għaż-żgħażagħ

Is-Sibt, 22 ta’ Ġunju Knisja Santa Barbara, Il-Belt Valletta, mill-10.30 a.m. sa nofsinhar, servizz ta’ qrar minn saċerdoti talMissjoni ż-Żgħira

Il-Jum Dinji kontra l-abbuż u t-traffikar tad-Droga Il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju Fl-oratorju tal-parroċċa San Pawl, Il-Belt Valletta, fid-9.30 a.m., laqgħa għall-anzjani rġiel

Minn Jum għal Jum

Is-Sibt, 29 ta’ Ġunju

Aħbar Tajba TVM2, IS-SIBT 1 ta’ Ġunju FIS-6.15 p.m. b’RiPETIZZJONI L-HADD ta’ wara FID-8.45 A.M. Niltaqgħu ma’ Sr Marica Briffa, Agostinjana, li titkellem dwar ilVangelu tal-ġurnata.

Immaġni NET TV, IS-SIBT 1 TA’ GUNJU FL4.30PM repetizzjoni IL-HADD fis 7.30am - NET TV FiL-PROGRAMM tal-lum Christine Delicata titkellem malPresident ta’ Malta Dr George Vella li jitkellem fost oħrajn dwar il-familja, il-kampanji ta’ ġbir ta’ fondi u x-xena nternazzjonali. *

*

*

Dawn it-tliet programmi ghandhom produzzjoni eżekuttiva ta; CPI media u direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP.

L-Erbgħa, 26 ta’ Ġunju

L-Imnarja Festa Pubblika Knisja Santa Barbara, Il-Belt Valletta, mill-10.30 a.m. sa nofsinhar, servizz ta’ qrar minn saċerdoti talMissjoni ż-Żgħira Kappella Madonna tal-Karmnu, Ta’ Ħamet, fit-8.30 p.m., lejl ta’ adorazzjoni. Il-lejl jibda b’Quddiesa u jkun hemm Quddiesa oħra f’nofsillejl

Il-Ħadd, 30 ta’ Ġunju Knisja San Franġisk, Il-Ħamrun, fid-9 a.m., Quddiesa għat-tfal

Għoti ta’ demm Il-Mobile Blood Donation Unit se tkun fil-parkeġġ tal-villaġġ kummerċjali PAMA, Il-Mosta u fil-berġa tax-Xewkija llum il-Ħadd bejn it-8.30 a.m. u s-1 p.m. Dawk li jmorru jagħtu d-demm huma mitluba jieħdu magħhom il-karta tal-identità. *

*

*

Servizz ta’ Tobba fiċ-Ċentri tasSaħħa fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid u l-Furjana jiftħu għallemerġenzi, 24 siegħa, sebat ijiem filġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċĊentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8 a.m. u l-5 p.m. u jkun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8 a.m. u t-8 p.m. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

717

Tisliba bi premju minn Librerija Preca

ie u għ f’kaxxa waħda

Ċentru San Franġisk, Il-Ħamrun, fis-7 p.m., laqgħa għaż-żgħażagħ

Wirja tal-arti

Ċentru San Franġisk, Il-Ħamrun, fis-7 p.m., laqgħa għaż-żgħażagħ

TVM2 għada t-Tnejn fil-5.30 p.m. b’ripetizzjoni s-Sibt u l-Hadd ta’ wara fis-7.30 p.m. u fl-9.45 a.m., rispettivament X’jagħmilna Maltin hu s-suġġett ta’ dan il-programm. Trevor Zahra hu l-mistieden principali flimkien ma’ Pauline Dimech u Fr Renè Camilleri li se jiddiskutu sitwazzjonijiet fejn il-Maltin juru li huma Maltin ta’ veru.

It-Tnejn, 1 ta’ Lulju

Fis-sala Em. Fiortentino fil-Mużew tas-Santwarju, Ħaż-Żabbar, kuljum bejn is-7 u t-12 ta’ Ġunju mid-9 a.m. sa nofsinhar wirja ta’ xogħlijiet talartisti Marika Borg u Ġużeppi Theuma.

Soċjetà Filatelika t’Għawdex Is-Soċjetà Filatelika t’Għawdex għandha uffiċċju ġdid fl-ewwel sular ta’ 31 Triq Putirjal, Victoria. L-uffiċċju jkun miftuħ nhar ta’ Sibt mid-9.30 sal-11.30 a.m. biex iddilettanti tal-bolli jaqraw u jissellfu pubblikazzjonijiet, jakkwistaw u jiddiskutu materjal filateliku u anki jaraw il-Melitensia fil-Kollezzjoni Juncker.

Wirt Għawdex f’Il-Ħaġar Il-Gozo Philatelic Society irranġat wirja ġdida fil-vetrina li għandha fillivell -1 ta’ Il-Ħaġar, Pjazza San Ġorġ, Victoria. Firxa ta’ kartolini filateliċi, prodotti mill-GPS stess, juru diversi eżempji ta’ aspetti tal-wirt Għawdxi – naturali u le. Il-ħinijiet tal-ftuħ jibqgħu 9 a.m. sal-5 p.m. sebat ijiem fil-ġimgħa u m’hemmx ħlas tad-dħul.

27

Taħdita dwar ir-realtajiet tal-ħajja Nisranija llum Il-ħames anniversarju millftuħ tal-Uffiċċju tal-Aid to the Church in Need (ACN) f’Malta se jitfakkar b’taħdita dwar irrealtajiet tal-ħajja Nisranija llum. Din se ssir fil-lukanda Victoria, Tas-Sliema, l-Erbgħa 29 ta’ Mejju fil-5.30 p.m. midDirettur Nazzjonali tal-ACN fir-Renju Unit, Neville KyrkeSmith. Hu se jaqsam l-esperjenza tiegħu dwar l-Insara li issa ilhom jiġu ppersegwitati, saħansitra fi djarhom stess, għal snin sħaħ mill-ISIS. Kemm idum Malta KyrkeSmith se jiltaqa’ ma’ ħafna Maltin li jgħixu fil-fidi u l-karità mal-aħwa Nsara li qed isofru f’partijiet oħra tad-dinja. Wieħed jista’ jirriserva post għat-taħdita billi jċempel 2148 7818.

L-ispiżeriji li jiftħu llum il-Ħadd MALTA Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta...................................... 21245135 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.........................21221512 St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera.............. 21238625 St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara......................................................................21442135 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, l-Imsida............................................ 21227920 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, is-Swieqi.......................................................21371062 Anglo Maltese Disp. Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema.................. 21334627 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija.................................. 21414051 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru in-Naxxar..................................... 21411438 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa..................... 21523462 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola..... 21821646 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla................................................ 21824720 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar..................................... 21827939 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa..............................21658622 Safi Pharmacy, St. John Street c/w Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi..................21649552 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit. Is-Siġġiewi.........................21462957 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat................................................ 21454274 GĦAWDEX Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria...........................21556170 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn...........................21563617

Mimdudin: 1. Triq dejqa ma tinfidx (4) 4. Xi mara sabiħa jiddeskrivuha hekk (4) 6. Kunjom ex-Prim Ministru Malti (5) 7. Meta jaħrab l-awrat tara ħafna sajjieda b’dawn f’idejhom (5) 9. Fil-wiċċ tal-kejk (4) 10. Kapitali Kubana (6) 12 Isserraħ fuqu (6) 14 u 13 weqfin: Annimal enormi ta’ żmien il-qedem (4) 17. San ....... Conzaga (aqta’ l-aħħar ittra) (5) 18. Hawn min jitlgħulu f’daqqa dawn! (5) 19 u 16 weqfin: Suldati u kuntistabbli li jkollhom tliet penzijiet (4) 20. Min jikteb ‘imma’ u min .... (4) Weqfin: 2 Għalaq tajjeb ħaġa ma’ oħra. (5) 3. Hekk ġralu l-ħalib li tħalla fix-xemx (4) 4. Daqq il-ħorn (6) 5. Ma qagħadx jibgħathielu biha! (5) 6. Żona f’San Pawl il-Baħar tmiss malQawra (7) 8. Dawn laħam imgerbeb. (7) 11. Kienet titqabbad waħda kbira li konna

nsejħulha “Il-....... ta’ San Ġwann.” (6) 13. Ara 14 mimdudin (5) 15. Iva naċċetta. (5) 16. Ara 19 mimdudin (4) Soluzzjoni: Mimdudin: 1. Tond; 4. Jiesu; 6. Sadid; 7.Sagra; 9. Krib; 10. Marisa; 12. Omanda; 14. Qliel; 17. Salib; 18. Nutar; 19. Stud; 20 Iran Weqfin: 2. Ordni; 3. Dudu; 4. Jassar; 5. Sagri; 6. Sokkors; 8. Avallier;11. Bdabad; 13. Allat; 15. Lotta; 16. Enti Ir-rebbieħa Ir-rebbieħa tal-aħħar tisliba hi s-IsSinjura Inez Abdilla miż-Żurrieq, li se tirċievi ittra mingħand l-Editur biex tmur biha l-Librerija Preca u tiġbor il-ktieb tagħha. Librerija Preca ta’ Triq Dun Ġorġ Preca, il-Marsa tkun miftuħa mit-Tnejn salĠimgħa mit-8.30 a.m. san-12.30 p.m. u mill-4 sas-7 p.m. u s-Sibt mit-8.30 a.m. san-12.30 p.m. Ibgħat is-soluzzjoni, flimkien ma’ ismek u l-indirizz tiegħek, lil Tisliba, Il-Leħen, Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.