8
Il-Ħadd 27 ta’ Mejju 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
L-ITALJA
Tibda l-kawża għall-kanonizzazzjoni ta’ saċerdot u tliet djakni Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Il-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin tat l-approvazzjoni għall-ftuħ tal-kawża għall-kanonizzazzjoni ta’ saċerdot Iraqi u tliet djakni li nqatlu minn suldati armati f’Mosul. armati waqqaf il-karozza ta’ Fr Ganni u tat-tliet Djakni li kienu qed jakkumpanjawh. Qalulu: “Aħna għednielek biex tagħlaq ilknisja. Għax m’għamiltx hekk?”, saqsewh. Fr Ganni sempliċement
Is-saċerdot Kaldej Iraqi ta’ 35 sena, Fr Ragheed Aziz Ganni, kuġinuh id-Djaknu Basman Yousef Daud u d-Djakni Wahid Hanna Isho u Gassan Isam Bidawed inqatlu fit3 ta’ Ġunju 2007. Grupp ta’ militanti Iżlamiċi
weġibhom: “Ma nistgħux nagħlqu d-dar ta’ Alla”. Dak kien l-aħħar kliem tiegħu u l-persuni armati qatlu l-erbat irġiel quddiem il-knisja Spirtu s-Santu f’Mosul fejn Fr Ganni kien għadu kemm temm iċ-ċelebrazzjoni talQuddiesa fil-festa ta’ Pentekoste. Il-persuni armati mbagħad tefgħu bombi fil-karozza biex ma jħallux lill-oħrajn isalvaw ilkatavri. Il-mara ta’ wieħed mill-ħbieb
ta’ Fr Ganni rnexxielha taħrab. Wara hi qalet li s-saċerdot kien xengel rasu bħala sinjal biex hi taħrab wara li mbuttawh u waqa’ mal-art. Fr Rebwar Audish Basa, ħabib ieħor ta’ Fr Ganni u li hu wkoll mill-Iraq, qal: “Jekk tagħlaq id-dar ta’ Alla jfisser li qed tiċħad lil Kristu u qed tgħid lil dawk li jemmnu fih biex ma jipprattikawx il-Fidi tagħhom. Fr Ganni żgur li ma kienx se jagħmel hekk”.
L-INDONEŻJA
Familja ta’ terroristi suwiċida tattakka tliet knejjes Tliet knejjes fl-Indoneżja sfaw attakkati waqt is-servizzi liturġiċi f’sensiela ta’ splużjonijiet kordinati li tterrorizzaw lill-minoranza Kristjana kif ukoll lill-maġġoranza Musulmana tal-pajjiż. Il-Knisja Kristjana Indoneżjana ta’ Diponegoro, iċ-Ċentru Surabaya tal-Knisja Pentekostali u l-Knisja Santa Marija ta’ Tak Bercela, kollha f’Surabaya li hi t-tieni l-akbar belt fl-Indoneżja, ġew ibbumbardjati minn sitt membri tal-istess familja. Ir-raġel u martu qabbdu l-erbat itfal
tagħhom biex iwettqu serje ta’ attakki suwiċida fatali, inklużi żewġt ibniet ta’ disgħa u 12-il sena. Il-bniet kienu preżenti meta ommhom iddetonat waħda mill-bombi u ż-żewġ subien adolexxenti wettqu attakk ieħor fuq knisja oħra. Mill-anqas 11-il persuna mietu fl-attakki talĦadd, 13 ta’ Mejju, filgħodu. 44 persuna, inklużi żewġ uffiċjali tal-pulizija, sfaw imweġġgħa u ttieħdu l-isptar. Is-sitt terroristi mietu wkoll. L-ISIS ħadu responsabbiltà għal dawk li sejħulhom “attakki martri” imma ma taw l-ebda
- rigali Kotba ideali bhala - . ghall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof.
prova biex isostnu dan. Waqt l-Angelus il-Papa Franġisku għamel dan l-appell; “Jien qrib tal-għeżież nies talIndoneżja, speċjalment il-komunitajiet Kristjani fil-belt ta’ Surabaya, li ntlaqtu mill-attakki ħarxa fil-knejjes tagħhom. Nitlob għall-vittmi u l-qraba tagħhom. Aħna nitolbu lil Alla talpaċi biex itemm dawn l-azzjonijiet vjolenti u f’qalb kulħadd ikun hemm post għas-sentimenti - mhux ta’ mibegħda u vjolenza - iżda ta’ rikonċiljazzjoni u fraternità”.
L-ANGOLA
€6.25 God speaks To His Children: siltiet millBibbja bl-Ingliż u bi stampi kkuluriti. Addattat għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
€9.90 YOUCAT: Il-Katekiżmu talKnisja Kattolika ppreżentat b’disinn u lingwa addattata għaż-żgħażagħ (jinkludi l-ktieb tat-Talb).
Pubblikazzjonijiet tal-Fondazzjoni Pontifiċja Aid to the Church in Need Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 . Cempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
22 ACN YouCat & Bible (Lehen is-Sewwa) 2.indd 1
16/04/2018 13:14
Is-Sorijiet Dumnikani fl-Angola li ġew megħjuna mill-ACN
Jirringrazzjaw lill-ACN Għal seba’ sigħat kuljum, l-34 Soru Dumnikana fl-Angola jitolbu għall-Knisja u għall-bnedmin kollha. Huma jgħixu maqtugħin mid-dinja u fil-faqar iżda jgħidu: “Aħna konxji tal-kobor tassejħa tagħna. Fil-post magħluq tagħna noffru ħajjitna lil Alla biex tikber is-Saltna tiegħu u jsalvaw l-erwieħ”. Biex is-sorijiet jgħixu b’mod modest, huma jaħmu l-ostji u jħejtu ħwejjeġ liturġiċi. Madankollu, kienu sfortunati għax il-ħxejjex li jkabbru fil-ġnien tagħhom bħallqamħirrun, it-tadam u l-basal kienu affettwati mill-mard. Issorijiet kienu inkwetati u ma kinux jafu kif setgħu jgħixu u talbu lil Alla
għall-għajnuna. Xi drabi Alla jaħdem permezz ta’ nies oħra. Il-benefatturi tal-Aid to the Church in Need (ACN) taw donazzjoni ta’ €9,000 biex jgħinu lis-sorijiet. Issorijiet kienu kuntenti ħafna meta rċevew l-għajnuna. Huma kitbulna: “Kienet sorpriża kbira u aħna ninsabu mimlija ferħ biddonazzjoni ġeneruża li bgħattulna! Aħna grati ħafna għall-ġenerożità tal-benefatturi tagħna. Dan hu sinjal tal-providenza Divina li dejjem tħarisna. Nitolbu li l-benefatturi kollha tagħna jkunu mbierka bil-grazzja abbundanti ta’ Alla u bil-Ħniena tiegħu u nwegħdu li nitolbu għalikom”.