8
Il-Ħadd 29 ta’ April 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
IS-SIRJA
Arċisqof Sirjan jappella għall-paċi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Wara l-aħħar attakki fis-Sirja, wieħed mill-Isqfijiet tal-pajjiż appella għall-paċi. Fl-appell tiegħu hu qal li l-pajjiż jeħtieġ it-talb u mhux aktar vjolenza. ħafna dwar is-sitwazzjoni dinjija preżenti, li minkejja l-istrumenti għad-dispożizzjoni tal-komunità internazzjonali, din qed tbati biex tifhem dwar azzjoni komuni favur il-paċi fis-Sirja u f’reġjuni oħra fid-dinja.” Hu żied: “Nitlob kontinwament għall-paċi u nistieden lil dawk kollha ta’ rieda tajba biex ikomplu jagħmlu l-istess. “Nappella mill-ġdid lillmexxejja politiċi kollha responsabbli biex il-ġustizzja u l-paċi fl-aħħar ikunu jistgħu isaltnu.” L-Arċisqof Arbach qal ukoll: “X’kien il-punt ta’ din il-gwerra? Inqered kollox, miljuni sfaw refuġjati b’ta’ fuqhom senduqhom. Il-politiċi tad-dinja għandhom jaħdmu għall-paċi.” L-ACN qed tgħin bi proġetti f’Homs fosthom b’boroż ta’ studju għal 4,000 student, b’ikel u wkoll b’mediċini. L-ACN qed tgħin ukoll flirranġar ta’ djar u binjiet ta’ Knejjes.
L-Arċisqof Melkita, Monsinjur Jean Abdou Arbach ta’ Homs, Hama u Yabroud, qal lill-Aid to the Church in Need (ACN) li wara seba’ snin ta’ gwerra - u l-aħħar attakki bil-bombi fuq il-pajjiż - is-Sirjani għajjew bil-kunflitt. L-Arċisqof Arbach qal: “Innies ma jifilħux aktar. Huma sempliċiment jixtiequ jgħixu ħajja normali, jorqdu fil-paċi u jqumu u jmorru jaħdmu u mhux iqumu filgħodu jisimgħu l-ħsejjes talbombi neżlin. Daqshekk. Dan hu kollu żejjed.” Il-Prelat stieden lil kulħadd madwar id-dinja biex jitlob għallpoplu Sirjan u għal paċi dejjiema. Hu qal: “Aħna rridu u għandna bżonn il-paċi. Jekk jogħġobkom itolbu għalina. “Għandna bżonn ħafna talb, talb u aktar talb. It-talb hu l-uniku mod kif nistgħu niksbu l-għaqda f’dan il-pajjiż.” Hu qal li l-Papa Franġisku diġà appella għat-talb għas-Sirja. Il-Ħadd 15 t’April, il-Papa Franġisku qal: “Jien inkwetat
- rigali Kotba ideali bhala - . ghall-Ewwel Tqarbina u l-Grizma tal-Isqof.
L-Arċisqof Jean Abdou Arbach juri fdalijiet ta’ ikona wara attakk fuq waħda mill-knejjes fid-djocesi tiegħu
L-INDJA
Estremisti Ħindu jivvandalizzaw żewġ parroċċi Żewġ parroċċi fl-Indja sfaw vittma ta’ attakki “premeditati u ppjanati” lejlet Ħadd il-Għid. L-attakki saru fid-Djoċesi ta’ Rourkela, fl-Istat ta’ Orissa. L-ewwel attakk seħħ fir-raħal ta’ Bihabajd fejn is-sala parrokkjali li tinsab ħdejn is-sagristija. Din ingħatat in-nar u s-santwarju Marjan inqered. It-tieni inċident seħħ f’Salangabahal fejn inqerdet il-kappella Marjana, insterqet l-istatwa tal-Madonna u l-istatwa tal-Bambin Ġesù farrkuha f’biċċiet. L-Isqof ta’ Rourkela, Kishore Kumar Kujur, qal li “dan kien attakk premeditat u ppjanat u ż-żewġ attakki seħħew fl-istess ħin
tal-lejl.” Hu kompla: “Dan l-att kriminali sar mill-istess grupp li hu kontra l-komunità Kristjana.” F’ittra indirizzata lill-Isqfijiet ta’ Orissa, l-Arċisqof Kujur iddikjara li l-attakk “jindika b’mod ċar li dawk involuti f’dan l-attakk viljakk iridu jimminaw il-paċi fiżżona u qed ixerrdu l-mibegħda lejn il-komunità Kristjana.” Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof ta’ Cuttack-Bhubaneshwar John Barwa qal li “ma konniex nistennew attakk bħal dan f’pajjiż lajk. Għandna nsibu mezz kif intemmu inċidenti bħal dawn. Inċidenti ta’ desakrazzjoni li joffendu s-sentimenti reliġjużi tagħna.”
€6.25 God speaks To His Children: siltiet millBibbja bl-Ingliż u bi stampi kkuluriti. Addattat għat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.
€9.90 YOUCAT: Il-Katekiżmu talKnisja Kattolika ppreżentat b’disinn u lingwa addattata għaż-żgħażagħ (jinkludi l-ktieb tat-Talb).
Pubblikazzjonijiet tal-Fondazzjoni Pontifiċja Aid to the Church in Need Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 . Cempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
22 ACN YouCat & Bible (Lehen is-Sewwa) 2.indd 1
16/04/2018 13:14
IN-NIĠERJA
It-tmien Kristjani li nqatlu kienu vittma ta’ ‘Kruċjata Ġiħadista’ Mexxejja tal-Knisja jinsabu inkwetati minħabba li Iżlamiċi huma mistennija jniedu “kruċjata Ġiħadista” oħra biex joqtlu aktar Kristjani. Dan wara li dan l-aħħar seħħew attakki mhux provokati fuq komunitajiet Kristjani fitTramuntana tan-Niġerja. Żewġ missirijiet Kattoliċi nqatlu fil-5 t’April fil-villaġġ ta’ Asso. Ġimgħa wara l-qtil ta’ erbat irġiel u żewġ nisa f’parti oħra tal-Istat ta’ Kaduna. L-estremisti militanti ‘Fulani’ huma akkużati li wettqu d-delitti. F’intervista mal-Aid to
the Church in Need (ACN), ilkappillan Fr Alexander Yeyock qal: “L-implikazzjoni mwiegħra ta’ dawn l-attakki hi l-qtil tal-massa tal-Kristjani fit-Tramuntana tanNiġerja, speċjalment fir-reġjuni tal-Grigal u dawk ċentrali.” Fr Yeyock qal: “In-nies talkomunità qed isibuha diffiċli jmorru fl-irziezet tagħhom fejn l-biedja hi l-ħidma ewlenija tagħhom. Wara s-sitta ta’ filgħaxija kulħadd qed ikun nervuż u mbeżża’.” Hu akkuża lill-Gvern li qed jinkoraġġixxi l-attakki għax mhux jieħu passi kontra dawk responsabbli.