ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- 29 ta’ Lulju 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 29 ta’ Lulju 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

IL-KAMERUN

Jinqatel Saċerdot fil-qalba tal-kunflitti mas-separatisti Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Saċerdot Kattoliku nqatel waqt kunflitt bl-armi bejn forzi tal-Gvern u militanti separatisti. Fr Alexandre Sob Nougi, ta’ 42 sena, il-Kappillan talparroċċa Qalb Imqaddsa f’Bomaka u segretarju djoċesan għall-edukazzjoni Kattolika, inqatel fit-triq 25km ’il bogħod mill-Grigal ta’ Buea, il-kapitali tar-reġjun, fejn jitkellmu bl-Ingliż. Rapporti jsemmu li ntlaqat minn balla waqt kunflitt bejn il-militanti u s-separatisti filwaqt li oħrajn stqarru li nqatel

deliberatament. Jibqa’ mhux ċar jekk is-saċerdot kienx fil-mira u min kien responsabbli għal mewtu. La l-forzi tal-Gvern u lanqas

il-militanti separatisti ma ħadu r-responsabbiltà għal dan il-qtil. La l-awtoritajiet tal-Kamerun u lanqas il-ġerarkija Kattolika ma kkummentaw dwar iċ-ċirkostanzi tal-mewt tas-saċerdot. Uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-Knisja Kattolika f’Yaoundé qal li dawk li qatlu lis-saċerdot jibqgħu mhux magħrufa. Is-sigurtà ddeterjorat Fiż-żewġ reġjuni fejn hu mitkellem l-Ingliż, fil-Majjistral u fil-Lbiċ, is-sigurtà ddeterjorat konsiderevolment. Hemm ġlied

kważi kuljum bejn il-forzi tassigurtà u s-separatisti armati. Dawn tal-aħħar qed jitolbu stat indipendenti. Il-Knisja Kattolika biss, li tirrappreżenta kważi terz talpopolazzjoni tal-Kamerun, tippromwovi d-djalogu bejn isseparatisti u l-Gvern. F’Mejju l-Konferenza Episkopali tal-Kamerun stqarret: “Ejjew inwaqqfu kull forma ta’ vjolenza u ejjew nieqfu milli noqtlu lil xulxin. Ejjew insalvaw lil pajjiżna minn gwerra ċivili bla bażi u għal xejn.”

L-ETJOPJA

“Il-Punent m’għandux jibqa’ indifferenti” – il-Kardinal Louis Raphaël I Sako Il-Kardinal Louis Raphaël I Sako, il-Patrijarka Kattoliku tal-Kaldej tal-Babilonja, meta rritorna mil-laqgħa ekumenika mal-Papa Franġisku f’Bari flimkien ma’ mexxejja Kristjani mil-Lvant Nofsani, qal “jien mimli tama u ġejt lura b’din l-enerġija!” Il-Kardinal jinsab konvint li l-Kristjani kollha huma magħquda fil-fidi u li d-differenzi kulturali u ġeografiċi ta’ bejniethom huma normali minħabba li l-messaġġ tal-Vanġelu hu mħejji f’kulturi differenti, permezz talinkulturazzjoni.

“Il-messaġġ li se nwassal lill-poplu ta’ Alla fl-Iraq hu “aħna lkoll viċin tagħkom, għasservizz tagħkom sal-aħħar, saħansitra akkost tal-martirju. Anki llum hemm martri li xerrdu demmhom mhux biss fil-passat... u aħna ppreparati!” Il-kwalità tgħodd aktar minn numri Il-Kardinal Sako jemmen li “hemm futur għall-Vanġelu” fil-Lvant Nofsani u li l-kwalità ta’ dawk li jixhdu l-Vanġelu f’pajjiżhom jgħodd aktar minn numri.

Hu jammetti li hemm ħafna problemi iżda qal li l-impatt u s-saħħa tal-messaġġ Nisrani fil-Lvant Nofsani jiddependi fuq il-kwalità taxxhieda. “Intom timmaġinaw 120,000 persuna jħallu djarhom bil-lejl b’ta fuqhom senduqhom u jħallu l-Wesgħat ta’ Ninwè u Mosul biex jaħarbu? Huma xhieda tal-Fidi!” Il-Kardinal għalaq il-messaġġ tiegħu billi qal li “Il-Punent m’għandux jibqa’ indifferenti minkejja li llum jistħi jistqarr li ċ-ċivilizzazzjoni tiegħu hi Kristjana. Dan għalija hu tal-mistħija!”

L-ETJOPJA

Jilqgħu b’ferħ il-ftehim ta’ paċi

FIS-7.00PM QUDDIESA | FIT-8.00PM BBQ

€25 KULL PERSUNA

(prezz jinkludi ilma, soft drink jew tazza nbid) - Quddiesa - Buffett BBQ Nistgħu ngawdu l-logħob tan-nar ta’ Ħal Lija - Parking bla ħlas - Trasport provdut għal kulimkien (ħlas addizzjonali) Jekk jogħġbok ibbukja sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 1 t’Awwissu 2018.

Għal aktar tagħrif jew booking ċempel 21487818 jew email: support@acnmalta.org Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

46 - BBG Advert (Lehen).indd 1

20/07/2018 12:59

Wara żjara uffiċjali ta’ jumejn fl-Eritrea, fejn il-Prim Ministru Etjopjan Abiy intlaqa’ mill-Gvern u mill-poplu, hu ffirma ftehim malPresident Eritrean Isaias Afwerki fejn temm il-gwerra li kienet ilha għaddejja 20 sena. Dan se jagħti lok għal relazzjonijiet diplomatiċi, soċjali u ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Dwar dan il-ftehim il-Papa Franġisku qal: “Fil-qalba ta’ tant kunflitti hu meħtieġ li titfakkar inizjattiva, li wieħed jista’ jsejħilha storika u sabiħa, li wara 20 sena l-Gvernijiet tal-Etjopja u talEritrea bdew jitkellmu flimkien dwar il-paċi”. Il-Konferenza Episkopali talEtjopja laqgħet bil-ferħa dan il-ftehim ta’ paċi. Waqt li tkellem f’isem il-Konferenza Episkopali, il-Kardinal Berhaneyesus qal li din kienet ġurnata sabiħa għallKattoliċi taż-żewġ pajjiżi. Il-Kardinal irringrazzja lillKattoliċi fl-Etjopja u fl-Eritrea u lil dawk li qed jgħixu f’pajjiżi oħra li kontinwament jitolbu għall-paċi. Nixtieq nifirħilhom għax irċevejna tweġiba għat-talb tagħna. Dan hu l-ewwel pass għall-paċi sostenibbli

u nħeġġiġkom biex tkomplu titolbu ħalli bil-grazzja ta’ Alla din l-inizjattiva tkun ta’ suċċess. Nistieden lill-Kattoliċi taż-żewġ pajjiżi biex jitolbu għall-Gvernijiet taż-żewġ pajjiżi ħalli Alla jbierek u jmexxi d-diskussjonijiet li qed isiru biex jiġu solvuti l-problemi”. Il-Kardinal Berhaneyesus qal li l-Knisja Kattolika serviet bħala pont matul din il-gwerra. Minkejja diffikultajiet kbar, l-Isqfijiet talAssemblea tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Etjopja u l-Eritrea komplew jiltaqgħu u jaqsmu l-ideat dwar it-tħassib pastorali dwar il-kunflitt taż-żewġ pajjiżi. Hu jemmen li ż-żewġ gvernijiet għandhom il-kapaċità li jsolvu l-problemi tagħhom stess peress li t-tnejn li huma kienu taw kontribut kbir filbini għall-paċi ta’ pajjiżi oħra.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.