8
Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
IL-KOREA T’ISFEL
Jittama fir-rikonċiljazzjoni u fir-riunifikazzjoni Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
In-Nunzju Appostoliku l-ġdid għall-Korea t’Isfel u l-Mongolja, l-Arċisqof Għawdxi Alfred Xuereb, jittama li jtejjeb ir-relazzjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Korea t’Isfel. Teknikament għadhom fi gwerra peress li l-gwerra tal-Korea (1950-53) spiċċat f’armistizju u mhux bi trattat ta’ paċi. iż-żjara kien ħeġġeġ lill-Koreani kollha biex jirrifjutaw “mentalità ta’ suspett u konfrontazzjoni” u jsibu modi ġodda biex jibnu l-paċi. L-Arċisqof Xuereb qal li l-Papa assigura lilu u lill-Knisja fil-Korea mit-talb tiegħu u stieden lill-Knisja kollha biex tappoġġja lill-partijiet konċernati biex jibnu l-paċi u biex il-ġenerazzjonijiet futuri jgħixu f’armonija u prosperità. L-Arċisqof qal li “l-Knisja Kattolika għandha rwol importanti ħafna f’dan il-proċess ta’ riunifikazzjoni u, wara l-mandat tal-Imgħallem Divin, tkompli tevanġelizza u toffri wkoll ilkontribut tagħha fil-livell diplomatiku biex tilħaq l-għanijiet mixtieqa”.
“Il-proċess ta’ paċi bejn ilKorea ta’ Fuq u l-Korea t’Isfel, li beda bil-laqgħa storika bejn iż-żewġ mexxejja Koreani fis-27 t’April 2018, jagħti tama kbira”, qal l-Arċisqof Xuereb, li serva taħt il-Papiet San Ġwanni Pawlu II, Benedittu XVI u l-Papa Franġisku. “It-triq għadha fi stadju bikri u ċertament tkun waħda twila b’ħafna ostakli biex jingħelbu”, kompla. Qabel ma mar il-Korea biex jibda l-missjoni diplomatika tiegħu, l-Arċisqof Xuereb iċċelebra l-Quddiesa mal-Papa Franġisku. Il-Papa ilu jsegwi mill-qrib l-iżviluppi fil-peniżola Koreana minn mindu żar il-Korea t’Isfel f’Awwissu tal-2014 fejn matul
Agħti d-demm tista’ ssalva ħajja IN-NUMRU TA’ SAĊERDOTI APPOĠĠJATI MILLAID TO THE CHURCH IN NEED PERMEZZ TALOFFERTI GĦALL-QUDDIES FIS-SENA 2017 L-AFRIKA
15,440
L-ASJA
10,748
L-EWROPA ĊENTRALI U TAL-ILVANT
7,897
L-AMERIKA LATINA
5,671
IL-LVANT NOFSANI
579
L-EWROPA TAL-PUNENT
48
TOTAL TA’ 40,383 Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta (Reg. No. LPF-212) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
32 ACN MASS Stipends Advert (Lehen is-Sewwa).indd 1
L-IRAQ
Grazzi lill-Papa Franġisku għall-ġest tal-‘Lamborghini’ Il-Kardinal tal-Babilonja talKaldej, Raphael Louis I. Sako qal li “aħna grati ħafna għal dan il-ġest patern li wettaq il-Papa Franġisku. Il-Papa hu missier tal-Knisja kollha u jaħseb f’kulħadd speċjalment f’dawk li bħalna qed ibatu”. Dan qalu meta sar jaf li l-karozza tal-għamla Lamborghini, li f’Novembru l-Papa rċeva bħala donazzjoni, ġiet irkantata nhar it-12 ta’ Mejju għas-somma ta’ €715,000. Il-Papa ta d-donazzjoni kollha għall-karità. Parti kbira middonazzjoni se tmur b’risq l-Aid to the Church in Need (ACN) biex tappoġġja l-pjan ta’ rikostruzzjoni tal-villaġġi Kristjani fil-Wesgħat ta’ Ninwè fl-Iraq. Dan il-pjan ippermetta lil ħafna Kristjani biex jirritornaw fi djarhom. Fl-aħħar ta’ Marzu, 8,213-il familja rritornat fil-Wesgħat ta’ Ninwè; aktar minn 42 fil-mija tad-19,452 li kienu mġiegħla jaħarbu mill-invażjoni tal-ISIS f’Awwissu 2014. Il-Patrijarka Sako kompla: “IlPapa qatt ma jieqaf juri l-qrubija tiegħu mal-Kristjani tal-Iraq. Dan ir-rigal iġib tant tama u jagħtina inkoraġġiment kbir! Hu importanti
Il-Kardinal Raphael Louis I. Sako
għalina li nibqgħu hawnhekk, li nkomplu l-ħajja tagħna fl-Iraq, li ngħixu l-Fidi tagħna u l-valuri tal-Vanġelu hawnhekk”. “Bir-rigal tal-Papa se nkunu nistgħu niksbu aktar. Nirringrazzja lill-Missier Qaddis minn qalbi imma, fl-istess ħin, nitlob lil dawk kollha li jistgħu jgħinu, anke bi ftit, biex ikomplu jappoġġaw lill-Kristjani ta’ Ninwè li jirrappreżentaw l-għeruq tal-fidi tagħna”. Mis-sena 2014, l-ACN appoġġjat proġetti umanitarji u ta’ emerġenza fl-Iraq li swew aktar minn €37 miljun.
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 . Cempel 21487818
In-Nunzju Appostoliku għall-Korea t’Isfel u l-Mongolja, l-Arċisqof Alfred Xuereb
28/05/2018 11:18