8
Il-Ħadd 4 ta’ Marzu 2018
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
L-IRAQ
Aktar minn erba’ miljun ewro oħra f’għajnuna lill-Kristjani S’issa ħamsa u tletin fil-mija tal-Kristjani rritornaw fl-ibliet u l-irħula tagħhom iżda 18 fil-mija biss tad-djar tagħhom ġew irranġati fil-Wesgħat ta’ Ninwè. Din hi r-raġuni għax bħalissa qed jirritornaw inqas nies milli fix-xhur li għaddew. Fid-dawl ta’ dan, l-Aid to the Church in Need (ACN) għadha kif approvat aktar minn erba’ miljun ewro oħra f’għajnuna immedjata għar-rikostruzzjoni tad-djar. Johannes Freiheer Heereman, il-President Eżekuttiv tal-ACN, stqarr: “Jekk ma nagħmlux hekk dawn ħutna se jitilqu mill-ibliet u l-irħula tagħhom għal darb’oħra. Saħansitra jafu jitilqu minn pajjiżhom għal dejjem.” L-ACN flimkien ma’ Knejjes Kristjani oħra waqqfu Kumitat għar-Rikostruzzjoni ta’ Ninwè biex jiġi koordinat il-bini mill-ġdid ta’ djar u proġetti oħra ħalli jiffaċilita r-ritorn tal-Kristjani. Fi ftit xhur inbnew 3,000 dar għall-Kristjani fil-Wesgħat ta’ Ninwè, 784 minnhom bl-appoġġ finanzjarju tal-ACN li issa qed tirranġa 2,000 dar oħra. 6,000 dar oħra se jiġu restawrati biex nofs il-minoranza Kristjana spustjata terġa’ lura.
Fr Andrzej Halemba, responsabbli tal-ACN għal-Lvant Nofsani, qal: “Jekk ma nagħmlux hekk nibżgħu li l-proċess fraġli biex il-Kristjani jirritornaw jiġi mhedded.” Fl-2003 fl-Iraq kienu jgħixu 1.3 miljun persuna Kristjana, madwar tmienja fil-mija tal-popolazzjoni. Illum in-numru tagħhom naqas għal 250,000, inqas minn wieħed fil-mija tal-popolazzjoni. Sadattant, rappreżentanti talACN u tal-Kavallieri ta’ Kolombus (KoC) kellhom laqgħa mas-Sur Mourad Wahba, l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Programm ta’ Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti (UNDP) u nformawh bissitwazzjoni tal-Kristjani u minoritajiet oħra fil-Wesgħat ta’ Ninwè. L-ACN u l-KoC tawh tagħrif dwar l-isfidi li għandhom bħalissa l-Kristjani biex jirritornaw fi djarhom u enfasizzaw
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
l-urġenza għal tweġiba koordinata biex jitħarsu dawn il-komunitajiet minoritarji. Dawn l-organizzazzjonijiet ta’ karità Kattolika huma l-akbar kontributuri għall-95,000 refuġjat intern li għad fadal fit-Tramuntana tal-Iraq. Mill-invażjoni tal-ISIS fl-2014 huma diġà għenuhom b’aktar minn 50 miljun dollaru Amerikan. Is-Sur Wahba, li jirrapporta direttament lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, spjega l-firxa ta’ programmi tal-UNDP fil-Wesgħat ta’ Ninwè u qal: “Aħna nagħrfu l-ħtieġa ta’ aktar koperazzjoni għal stabbilità tal-Wesgħat ta’ Ninwè u li nagħtu appoġġ lid-
diversità reliġjuża bħala difiża kontra r-ritorn tal-ISIS.” Hu enfasizza l-importanza talKristjani u minoranzi oħra u laqa’ l-koperazzjoni fl-Iraq bejn issetturi pubbliċi u dawk privati. Bejn l-2014 u l-2018 l-ACN tat 38 miljun dollaru f’għajnuna ta’ emerġenza għall-ħtiġiet talKristjani refuġjati fil-Wesgħat ta’ Ninwè. Illum, ix-xewqa ta’ dawn hi li jirritornaw lejn djarhom. L-ACN se tipprovdi ħames miljun dollaru oħra biex tirranġa 2,000 dar oħra mill-madwar 13,000 dar li ġarrbu ħsarat jew inqerdu għalkollox biex tgħin il-popolazzjoni antika ta’ Kristjani tirritorna.
Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom. IS-SIRJA
Distretti Kristjani taħt xita ta’ bombi
Dan ir-Randan issagrifika ikla u agħti donazzjoni b’risq ħutna li qed ibatu l-ġuħ fil-Lvant Nofsani billi tibgħat SMS fuq:
SMS
50618949 – €6.99
biex titma’ tifel jew tifla għal ġimgħa.
Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733
Jekk tixtieq tirċievi aktar informazzjoni dwar l-Aid to the Church in Need (Malta) u kif int tista’ tgħin fil-ħidma tagħha, jekk jogħġbok imla d-dettalji tiegħek hawn taħt u ibgħat din il-formula lil ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038. Indirizz Postali
Isem u Kunjom
Tel / Mob
Data tat-twelid
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 . Cempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
14 ACN Randan Advert (Lehen is-Sewwa) 3.indd 1
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta (Reg. No. LPF-212) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
27/02/2018 8:31 AM
Il-gwerra f’Damasku tkompli b’attakki frekwenti fuq il-komunità Kristjana. Dan tikkonfermah is-Soru Portugiża Myri (ritratt) tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet talUnità Antjokjana. F’messaġġ li tat lill-Aid to the Church in Need (ACN), Sr Myri ddeskriviet is-sitwazzjoni drammatika li għadha għaddejja fis-Sirja. Il-kunflitt qed isir “f’distretti fejn jgħixu l-Kristjani” f’Damasku. L-armata Sirjana qed tiġġieled biex teħles lir-reġjun mill-milizzji armati. Hekk kif il-forzi tal-Gvern qed javvanzaw, “Ġiħadisti qed jisparaw missili u bombi fuq diversi distretti” fil-belt Sirjana, “iżda kultant nesperjenzaw miraklu”, qalet is-Soru. Dan ġie kkonfermat ukoll minNunzju Appostoliku f’Damasku, ilKardinal Maria Zenari, li ddeskriva l-atmosfera ta’ gwerra u kaos li hemm f’Damasku. In-Nunzju Appostoliku kkonferma wkoll li s-Sirja għadha “kamp ta’ battalja”. Hu qal: “Fl-aħħar ftit jiem kont trid toqgħod attent anki biex toħroġ mid-dar” u kompla li “ħafna ġenituri mhux qed jibagħtu lit-tfal
tagħhom l-iskola.” Barra minnhekk hu lmenta li qed tasal ftit “għajnuna umanitarja” u n-nies qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar. Hu qal: “Minbarra l-bombi u l-balal, in-nies qed isofru l-ġuħ. Qed jieklu biss sopop magħmula mill-weraq tas-siġar. Madwar 70 fil-mija tal-popolazzjoni Sirjana qed tgħix f’kundizzjonijiet ta’ faqar estrem.” Il-Kardinal qal li t-telfa talIstat Iżlamiku fissret biss it-tmiem ta’ parti mill-problema peress li d-diversi armati barranin ma laħqu l-ebda tip ta’ ftehim bejniethom. L-ACN irrappurtat li “dawn