ACN (Malta) – Il-Ħadd 07 ta’ Lulju 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2019

L-IRAQ

Tama għal aktar familji Kristjani Restawr tad-djar ta’ 41 familja Kristjana fil-belt ta’ Bartella Fl-2014, qabel l-invażjoni tal-ISIS, il-belt ta’ Bartella kienet tħaddan 3,500 familja Kristjana. Meta fl2016 ir-residenti rritornaw wara l-ħelsien tal-belt sabu l-knejjes tagħhom ddesakrati, bil-bnadar suwed tal-ISIS fuq il-bjut u d-djar tagħhom misruqa u maħruqa. Dan sar b’tentattiv biex iġiegħlu lill-Kristjani ma jerġgħux imorru jgħixu hemmhekk. Matul ilħelsien djar oħra nqerdu minħabba l-attakki mill-ajru. Bħala parti mill-ħidma ta’ rikostruzzjoni, fil-Wesgħat ta’ Ninwè, L-Iraq, l-Aid to the Church in Need (ACN) qed taħdem biex tirrestawra d-djar ta’ 41 familja Kristjana fil-belt ta’ Bartella. Madwar 220 persuna oħra se jibbenefikaw minn dan il-proġett. Dan l-aħħar saret ċerimonja biex jiġi mfakkar il-bidu ta’ din ilħidma li bdiet bil-qari tal-Vanġelu u talb. Fr Andrzej Halemba, il-Kap tal-ACN għal-Lvant Nofsani, kien preżenti. F’messaġġ lill-familji, Fr Halemba qabbel il-missjoni tagħhom ma’ dik ta’ familji oħra li jissemmew fit-Testment ilQadim li kellhom jerġgħu jibnu Ġerusalemm wara li nqerdet. Hu appella biex jitolbu lil Alla għall-

benefatturi tal-ACN. Ġew imberkin Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

siġar taż-żebbuġ (ritratt) li mbagħad tqassmu lil kull familja. Dawn is-siġar jirrappreżentaw it-tama li għad jerġa’ jkun hemm il-paċi fir-reġjun wara tant snin ta’ gwerra. Dawn is-siġar, li tħawlu fil-ġonna ta’ dawn il-familji, mistennija jagħtu l-frott u l-paċi.

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.

Appell għal għajnuna fil-bini mill-ġdid tal-Iraq Amal Mussa Hussain Al-Rubaye, l-Ambaxxatriċi tal-Iraq għallVatikan, qalet li l-komunità Kristjana tal-Iraq tinsab f’riskju wara l-vjolenza li ġarrbet matul il-ħakma tal-ISIS imma n-nies li ħarbu issa jixtiequ jmorru lura. Hi qalet li biex dan iseħħ għandhom bżonn għajnuna ħalli jinbnew millġdid ir-reġjuni meqruda. Hi qalet li la l-gvern u lanqas il-popolazzjoni Iraqina ma jridu li l-Kristjani jitilqu għax jafu li huma parti essenzjali mis-soċjetà. Hi appellat lid-dinja li jekk verament trid tgħin lill-immigranti għandha tgħin fil-bini tal-Iraq mill-ġdid. Il-Kristjani li ħarbu huma lesti li jmorru lura, partikolarment filWesgħat ta’ Ninwè, fejn madwar 90 fil-mija tagħhom għexu qabel l-okkupazzjoni tal-ISIS fl-2014. Mill-aħħar tal-2018 il-Wesgħat ta’ Ninwè reġgħu bdew jinbnew mill-ġdid, l-aktar permezz t’għajnuna barranija, ipprovduta mill-gvern Ungeriż jew minn organizzazzjonijiet karittativi bħall-Aid to the Church in Need (ACN) u n-Knights of Columbus. Għal sekli sħaħ il-Wesgħat ta’ Ninwè kienu kkunsidrati bħala bażi Kristjana fil-Lvant Nofsani b’diversi rħula tradizzjonalment Kristjani. Iżda fi żmien l-ISIS l-affarijiet inbidlu ħesrem u aktar minn 100,000 persuna ġew sfurzati jaħarbu u l-irħula tagħhom ġew okkupati. Barra minnhekk ilknejjes, il-monasteri, in-negozji u d-djar ġew maħruqa.

L-AFRIKA

Mhux se ninsew lil ħutna Id-Dogon, komunità antika fl-Afrika tal-Punent Ċentrali li tgħix f’irħula remoti żgħar madwar ir-reġjun ta’ Bandiagara u l-Wied tan-Niġer filMali, kellhom imorru jgħixu f’dawn il-postijiet minħabba li kienu sfurzati jaħarbu biex jevitaw li jiġu kkonvertiti bil-forza minn Musulmani matul is-seklu 14. Edward F. Clancy, Director of Outreach għall-ACN, qal li għall-biċċa l-kbira ta’ snin ilu d-Dogon għexu fil-paċi f’pajjiż ta’ maġġoranza Musulmana. Attakk riċenti fuq ir-raħal ta’ Dogon kien l-aħħar massakru f’kunflitt etniku li qed ikompli jikber. Hemm biża’ li dan hu każ ta’ estremiżmu Islamiku. F’dawn l-aħħar xhur għexieren t’eluf ta’ nies ħarbu biex jevitaw il-vjolenza. Is-Sur Clancy qal li din issitwazzjoni delikata qed tiġri minħabba taħlita ta’ tilwim dwar l-aċċess għall-art, animożità tribali etnika storika u gvern li ma jistax jirrimmedja jew inaqqas it-tilwim. Id-Direttur kompla li l-aħħar attakk hu eżempju traġiku ieħor

tal-vjolenza li qed tinfirex f’ħafna partijiet tal-Afrika. Hu spjega li jekk ma titwaqqafx l-influwenza tal-Ġiħadisti, li hi ffinanzjata minn gruppi internazzjonali, pajjiżi fqar bi gvernijiet instabbli jew korrotti faċilment isiru postijiet perikolużi ħafna kemm għall-Kristjani kif ukoll għall-Musulmani li ma jikkonformawx mal-filosofija talĠiħadisti. Dwar l-għajnuna li tagħti l-ACN lill-Afrika, is-Sur Clancy qal li jridu jkomplu jagħmlu lill-Afrika punt ċentrali tal-appoġġ tagħna b’aktar minn 27 fil-mija tal-għajnuna mibgħuta lill-pajjiżi Afrikani. Mhux se ninsew lil ħutna Afrikani, irrimarka d-Direttur.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.