ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- 7 ta’ Ottubru 2018

Page 1

8

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 7 ta’ Ottubru 2018

Tfal Maltin u Għawdxin jingħaqdu ma’ miljun tifel u tifla minn madwar id-dinja jitolbu għall-għaqda u l-paċi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta)

IL-VENEZWELA

info@acnmalta.org

Kull sena, fit-18 t’Ottubru, l-Aid to the Church in Need (ACN) torganizza kampanja fejn miljun tifel u tifla minn madwar id-dinja kollha jitolbu r-Rużarju għall-għaqda u l-paċi fid-dinja speċjalment għat-tfal sħabhom f’pajjiżi fejn hemm il-gwerra. L-ACN (Malta) b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija u Fr. Reuben Gauci, il-Kordinatur għall-Iżvilupp Spiritwali fl-iskejjel tal-Knisja u tal-Istat, qed terġa’ tistieden lit-tfal Maltin u Għawdxin biex jingħaqdu f’din il-kawża nobbli. Illum aktar minn qatt qabel id-dinja tinsab fil-bżonn urġenti tal-paċi u nittamaw li t-talb ta’ dawn il-qlub żgħar iġib il-paċi u l-għaqda li tant għandna bżonn. Nistiednu lill-ġenituri kollha, lin-nanniet, lill-youth leaders u lil dawk kollha li jieħdu ħsieb lit-tfal biex iħeġġuhom jitolbu r-Rużarju flimkien fit18 t’Ottubru fid-9 a.m. jew ħin aktar addattat. Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’din il-kampanja jistgħu jikkuntattjaw lill-ACN (Malta) fuq 2148 7818 jew b’email info@acnmalta.org Kemm-il darba l-esperjenza wrietna li t-talb tat-tfal għandu qawwa kbira ma’ Alla.

IL-LITWANJA

Ġesù, it-tama ta’ żmienna Il-messaġġ tal-Papa Franġisku f’laqgħa li kellu mas-saċerdoti, reliġjużi, persuni kkonsagrati u seminaristi fil-Katidral ta’ Kaunas fit-23 ta’ Settembru kien wieħed ta’ tama. L-impatt u r-rilevanza ta’ dan il-messaġġ imur lil hinn mil-Litwanja.Dan il-messaġġ hu wkoll għal dawk kollha li ħassew

il-fidi tagħhom titqal meta ħasbu li Alla ma kienx għadu magħhom u li ħajjithom kienet qed tisfaxxa. Il-Papa qal li dawn issitwazzjonijiet għandhom iħeġġuna biex nersqu lejn Alla bit-talb u nibqgħu sensittivi għall-karba ta’ ħutna li jittamaw fina bħalma huma ħutna ppersegwitati.

Miljun tifel u tifla

. madwar id-dinja jitolbu r-Ruzarju

Il-qawwa tal-Katekiżmu Kattoliku għaż-żgħażagħ Qed jaslu ħafna testimonjanzi mid-djoċesi ta’ Carupano, fil-lvant talVenezwela, fejn Fr Gregorio hu mdaħħal fil-pastorali taż-żgħażagħ filħabs. Kull ġimgħa hu jżurhom u jieħu miegħu kopji tal-katekiżmu addattat għaż-żgħażagħ YOUCAT sponsorjat mill-Aid to the Church in Need (ACN). Skont Fr Gregorio, iż-żgħażagħ kienu jħossu s-solitudni, iħossuhom abbandunati, iżda għatxana biex isibu tifsira għal ħajjithom, l-imħabba u l-ħbiberija ma’ Alla. Alejandro ta’ 15-il sena hu wieħed mit-30 priġunier żagħżugħ. Hu jiddeskrivi lil Fr Gregorio bħala “anġlu tas-sema”. Hu qal: “Issa qed inħares lejn l-ħajja b’mod differenti. Il-kliem ta’ Fr Gregorio, il-Bibbja u l-YOUCAT bidluli ħajti għall-aħjar. Illum għamilt l-Ewwel Tqarbina u fi ftit jiem se nirċievi s-Sagrament talKonfermazzjoni.” Il-priġunier li hemm miegħu fiċ-ċella, li wkoll se jirċievi s-Sagrament tal-Konfermazzjoni, qal: “Jien kuntent ħafna li Fr Gregorio wriena din ittriq.” Għal Antonio José din kienet esperjenza ġdida. Hu qal: “Jien tgħammidt ftit jiem ilu, hawnhekk, fil-ħabs. Ma kontx naf dwar il-Bibbja u ma kont naf xejn dwar Kristu. Issa nħossni qisni twelidt mill-ġdid. Fr Gregorio qed jgħinni nħares ’il quddiem. Irrid ngħix ma’ Alla.” Iż-żgħażagħ ħabsin ukoll esprimew gratitudni għall-benefatturi talACN li jisponsorjaw dawn il-kotba. Int ukoll tista’ tgħin lil ħafna żgħażagħ oħra li jinsabu fi bżonn urġenti ta’ esperjenzi bħal dawn li qed ibiddlulhom ħajjithom.

IS-SUDAN T’ISFEL

Appoġġ lir-refuġjati

. Ghall-ghaqda u l-paci

Il-Hamis, 18 t’Ottubru 2018 - konvenjenti iehor) fid-9.00am (jew f’hin

www.acnmalta.org

info@acnmalta.org www.millionkidspraying.org

Bi tweġiba għal dik li hi deskritta min-Nazzjonijiet Magħquda bħala ‘l-kriżi tar-refuġjati li qed tikber b’pass mill-aktar mgħaġġel madwar id-dinja’, l-Aid to the Church in Need (ACN) qed tagħti edukazzjoni u appoġġ soċjali fi programm immexxi mill-Komunità Emmaus, moviment Kattoliku qrib il-belt kapitali tal-Uganda, Kampala. Bħalissa hemm 1.2 miljun refuġjat, li l-parti l-kbira tagħhom ġejjin mis-Sudan t’Isfel, imxerrda fil-kampijiet f’dan ir-reġjun li jkopri d-djoċesijiet ta’ Arua, Nebbi u Gulu. Il-Komunità Emmaus għandha esperjenza kbira f’bosta oqsma bħal fil-katekeżi, fil-kura pastorali,

fid-duttrina soċjali, fl-appostolat tal-familja u tipprovdi wkoll edukazzjoni emozzjonali liżżgħażagħ. L-ACN għenet 65 żagħżugħ u żagħżugħa. Ħafna minnhom għaddew minn trawmi kbar, uħud raw il-ġenituri tagħhom jinqatlu quddiem għajnejhom u oħrajn sofrew feriti gravi matul il-kriżi f’pajjiżhom. Wara li jitħarrġu, hu mistenni minnhom li jaqsmu l-għarfien u l-esperjenzi tagħhom ma’ refuġjati oħra. Wara li tiltaqa’ mar-refuġjati u tevalwa l-bżonnijiet tagħhom, l-ACN tkompli tagħti appoġġ bi programmi ta’ taħriġ għal żgħażagħ li jaħdmu fil-kampijiet.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.