ACN (Malta) – IL- LEĦEN Il-Ħadd 8 ta' April 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 8 ta’ April 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

PAPUA NEW GUINEA

Jirringrazzjaw lill-benefatturi tal-ACN Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

L-Isqof Arnold Orowae talab lill-Aid to the Church in Need (l-ACN) għallgħajnuna li ngħata s-sena l-oħra peress li d-Djoċesi tiegħu hi fqira ħafna u s-saċerdoti tiegħu jkollhom jieħdu ħsieb l-uċuħ tar-raba’. Huma għandhom ix-xogħol pastorali li jamministraw ħafna parroċċi f’dan ir-reġjun muntanjuż li ma tantx hu aċċessibbli. Ikollhom jivvjaġġaw distanzi twal ħafna biex iwettqu ħidma ta’ Evanġelizzazzjoni u umanitarja fost 75,000 persuna Kattolika tad-Djoċesi. Is-saċerdoti jżuru lill-morda u lill-familji, iqaddsu u jamministraw is-Sagramenti, jagħtu l-katekeżi fl-iskejjel u jorganizzaw irtiri għat-tfal, żgħażagħ, għall-abbatini u għall-katekisti. Sa mis-Sena tal-Ħniena kien hemm ukoll żieda fin-numru ta’ nies li jersqu għassagrament tar-Rikonċiljazzjoni. F’Ottubru, ix-xahar tar-Rużarju, ikun hemm purċissjonijiet u noveni

fil-komunitajiet kollha u għalhekk is-saċerdoti jkunu impenjati ħafna. Is-26 saċerdot tad-Djoċesi ta’ Wabag, fil-parti ċentrali tal-Papua New Guinea, huma grati ħafna lejn il-benefatturi tal-ACN għallappoġġ kbir li taw. L-Isqof Orowae kitbilna: “Is-saċerdoti kollha huma grati ħafna għall-Elemożina għallQuddies li rċevew u li qaddsu minn qalbhom għall-intenzjonijiet ta’ dawk li tawhomlhom.” L-Elemożina tal-Quddies mhux biss tgħin biex issostni lis-saċerdoti iżda tippermettilhom li jipprovdu għal wħud mill-ħtiġiet tal-parroċċi tagħhom bħal ostji, inbid u biex jagħmlu l-manutenzjonijiet ta’ kappelli f’komunitajiet remoti.

Issagrifika ikla u agħti donazzjoni b’risq ħutna li qed ibatu l-ġuħ fil-Lvant Nofsani billi tibgħat SMS jew iċċempel fuq:

Sacerdoti f’Wabag mal-Isqof tad-Djoċesi Arnold Orowae

L-ETJOPJA

Katekisti ġodda biex ixerrdu l-Fidi Il-parroċċa ta’ Fullasa twaqqfet fl-1960. Hi l-eqdem u l-akbar parroċċa fil-Vikarjat Appostoliku ta’ Awasa, fin-Nofsinhar tal-Etjopja. Hemm biss żewġ saċerdoti li jagħtu servizz pastorali lill-komunità ta’ 39,000 persuna Kattolika. Hemm 72 villaġġ bil-kappelli tagħhom minħabba li l-knisja parrokkjali hi ’l bogħod ħafna. Fil-biċċa l-kbira ta’ dawn ilkappelli tiġi ċċelebrata Quddiesa kull xahrejn. Għalhekk, kull waħda minn dawn il-komunitajiet għandha l-katekist tagħha li jitlob mal-komunità, jagħti formazzjoni lit-tfal,liż-żgħażagħ u lill-adulti, imexxi t-talb u l-liturġija talKelma u hu awtorizzat mill-Isqof biex iqarben. Ħafna minn dawn il-katekisti għadhom relattivament ġodda peress li fis-snin riċenti ħafna

katekisti li kienu ilhom iservu fittul kellhom jirtiraw. Biex ikunu jistgħu jgħaddu l-Fidi Kattolika lil ħaddieħor, il-katekisti jeħtieġu formazzjoni kontinwa. Katekisti ġodda jeħtieġu wkoll li jżuru parroċċi oħra biex josservaw u jitgħallmu mill-prattika pastorali t’oħrajn. Dan jinvolvi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u xi drabi wkoll akkomodazzjoni. L-Aid to the Church in Need (l-ACN) qed tgħin bi €15,000 għallispiża tat-taħriġ ta’ dawn it-72 katekist.

IR-REPUBBLIKA TAL-AFRIKA ĊENTRALI

Messaġġ tal-Għid Minkejja li għaddejja minn gwerra, minkejja t-tbatija kollha, ir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali xorta waħda għad għandha sinjali ta’ tama u ħajja. SMS

SMS

50617391 – €2.33

biex titma’ tifel jew tifla għal tlett ijiem.

50618949 – €6.99 biex titma’ tifel jew tifla għal ġimgħa.

ĊEMPEL

51802081 – €25

biex titma’ familja għal xahar.

Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733 Jekk tixtieq tirċievi aktar informazzjoni dwar l-Aid to the Church in Need (Malta) u kif int tista’ tgħin fil-ħidma tagħha, jekk jogħġbok imla d-dettalji tiegħek hawn taħt u ibgħat din il-formula lil ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038. Indirizz Postali

Isem u Kunjom

Tel / Mob

Data tat-twelid

E-Mail

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, H’Attard, ATD 9038 . Cempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

14 ACN Randan Advert (Lehen is-Sewwa) B.indd 1

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta (Reg. No. LPF-212) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

Fil-messaġġ tiegħu tal-Għid, Fr Yovane Cox qal li Ġesù hu l-Kelma li niżlet mis-sema, iż-żerriegħa li nżergħet fid-dinja bit-tixrid ta’ demmu u li ffjorixxiet f’ħajja ġdida. U din hi l-ħajja li aħna ngħożżu f’qiegħ qalbna bħala Nsara. Din it-tama hi li l-mewt mhix it-tmiem u li l-ħajja hi sabiħa. Dan hu dak li Ġesù jgħallimna, Hu li ħareġ rebbieħ fuq il-mewt u li hu ħaj għal dejjem. Il-qalb tħoss il-ferħ talQawmien u taf li l-ħajja tagħna

għandha tifsira. Li ngħinu lillproxxmu għandu tifsira wkoll, sostna Fr Cox. Din hi l-ħidma ta’ Kristu. Din hi l-ħidma tal-maħfra. Dan hu l-qawmien. Dan ma jseħħx b’għemilna jew għax aħna aħjar mill-oħrajn. Ma naħsibx li għalhekk iżda permezz tat-tama li ngħożżu f’qalbna bħala Kristjani, li nħaddnu f’qalbna l-ferħ li ngħixu ħajja ġdida fi Kristu Ġesù. Jekk jogħġobkom, itolbu għalina! Nitlob lil Alla jberrikkom, temm ilmessaġġ tiegħu Fr. Cox.

03/04/2018 08:46

Itlob u għin lill-Insara fil-pajjiżi ppersegwitati


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.