8
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 9 ta’ Settembru 2018
IS-SIRJA
Il-Papa jappella għal soluzzjoni diplomatika Il-Papa Franġisku appella għad-diplomazija aktar milli għal gwerra biex tiġi evitata “katastrofi umanitarja” fil-provinċja Sirjana ta’ Idlib, l-aħħar fortizza tar-Ribelli. Il-Papa qal li “dan hu inkwetanti: l-irjieħ tal-gwerra qed jerġgħu jonfħu u waslu aħbarijiet dwar il-possibbiltà ta’ riskji ta’ katastrofi umanitarja fil-Provinċja ta’ Idlib, Is-Sirja.” Il-Papa Franġisku kompla li “Nerġa’ nġedded l-appell tiegħi minn qalbi lill-komunità
internazzjonali u lil dawk kollha involuti biex jagħmlu użu millgħodod diplomatiċi, mid-djalogu u min-negozjati, fir-rigward tal-Liġi Umanitarja Internazzjonali u biex iħarsu liċ-ċittadini.” Il-Forzi Sirjani u l-alleati tagħhom ħabbru pjani biex iwettqu attakk fuq skala kbira fuq il-Provinċja ta’ Idlib. Is-Segretarju tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, António Guterres, appella lill-Gvern tas-Sirja u lill-partijiet kollha biex joqogħdu lura u jagħti prijorità l-ħarsien taċ-ċittadini.
Il-Kurdi jagħlqu diversi skejjel tal-Kristjani Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta)
rappreżentati b’mod sproporzjonat fil-gvern lokali.” Permezz tal-ACN, l-Arċisqof appella lill-Komunità internazzjonali, b’mod partikolari lill-pajjiżi Ewropej: “Aħna mweġġgħin bil-fatt li qed jagħlqulna l-iskejjel tagħna. Il-Knisja kienet ilha inkarigata minn dawn l-istituzzjonijiet sa mis-sena 1932, qatt ma ħsibna li se jagħlqu l-iskejjel tagħna. Il-Punent ma jistax jibqa’ sieket. Jekk tassew Kristjan, obbligat li jġib dak kollu li qed jiġri fil-miftuħ u jevita aktar vjolazzjonijiet ta’ drittijietna u aktar theddid għallpreżenza tagħna f’dan ir-reġjun.”
info@acnmalta.org
F’intervista mal-Aid to the Church in Need (ACN), l-Arċisqof Kattoliku Sirjak, Jacques Behnam Hindo ta’ Al Hasakah-Nisibi, qal li “għal bosta snin ilni ngħid li l-Kurdi qed jipprovaw jeliminaw il-preżenza Kristjana fil-grigal tas-Sirja.” L-Arċisqof ikkonferma l-għeluq ta’ bosta skejjel talKristjani permezz tal-Federazzjoni Demokratika tat-Tramuntana tas-Sirja li hu reġjun awtonomu de facto fit-Tramuntana u fil-Grigal tas-Sirja. Dan ir-reġjun mhuwiex rikonoxxut uffiċjalment mill-gvern Sirjan u hu regolat minn koalizzjoni fejn “l-Unjoni Demokratika”, li hi partit politiku Kurd, għandha l-maġġoranza. “Sa mill-bidu tassena, il-gvern lokali diġà ħa f’idejh madwar mitt skola mmexxija mill-Istat u introduċa l-kurrikulu u l-kotba tiegħu. L-uffiċjali Kurdi kienu serrħulna rasna li lanqas biss ma kienu se jħarsu lejn l-iskejjel privati iżda mhux talli ħarsu lejhom talli għalquhom.” Ir-raġuni uffiċjali għall-għeluq ta’ bosta skejjel Kristjani fl-ibliet ta’ Qamishli, AlDarbasiyah u Al-Malikiyah kienet li dawn l-istituzzjonijiet irrifjutaw li jikkonformaw mal-kurrikulu introdott mill-awtoritajiet tal-post. “Ma jriduniex ngħallmu lillistudenti bil-lingwa liturġika, dik Sirijaka, u ma jriduniex ngħallmuhom l-istorja għax jippreferu jtambru f’moħħ l-istudenti l-istorja tagħhom”. L-Arċisqof Hindo ma qagħadx lura milli jaqsam mal-ACN ittħassib tiegħu li jaf li se jkun
hemm aktar skejjel Kristjani li jispiċċaw magħluqa, biss biss hemm sitta oħra f’Al Hasakah. Tkellem ukoll dwar il-ħsara kbira li l-kurrikulu “Kurd”, li hu differenti mill-kurrikulu uffiċjali Sirjan, jista’ jagħmel lill-istudenti. “Tkellimt ma’ uffiċjal Kurd u għedtlu li din l-istrateġija qed tippenalizza ġenerazzjoni sħiħa għax hekk l-istudenti mhux se jkollhom l-opportunità li jiksbu livelli ogħla ta’ edukazzjoni. Hu wieġeb li huma kienu saħansitra ppreparati li jissagrifikaw sitta jew seba’ ġenerazzjonijiet biex ikomplu jxerrdu l-ideoloġija tagħhom.” Dak li ġara hu evidenza tal“Kurdifikazzjoni” ppjanata tarreġjun. Skont l-Arċisqof Hino dan jinkludi wkoll l-eliminazzjoni tal-preżenza Kristjana fir-reġjun. “Ilna nwissu dwar dan il-periklu talanqas mis-sena 2015. Huma jridu jkeċċu lill-Kristjani biex isaħħu l-preżenza tagħhom. Sal-lum, il-Kurdi jagħmlu biss 20 fil-mija tal-popolazzjoni iżda bis-saħħa tal-appoġġ tal-Punent huma
L-Arċisqof Kattoliku Sirjak, Jacques Behnam Hindo
Pellegrinaġġ u Quddiesa Nhar is-Sibt, 13 t’Ottubru 2018 jaħbat l-aħħar dehra tal-Madonna ġo Fatima. L-Aid to the Church in Need (Malta) ser tingħaqad flimkien malParroċċa ta’ G’Manġia f’pellegrinaġġ u Quddiesa ċċelebrata minn Mons. Joseph Galea Curmi, Isqof Awżiljarju. Il-benefatturi, familjari u ħbieb huma mistiedna li jattendu. Il-ħin ikun fis-6.00pm. Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
Onlajn www.acnmalta.org
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
Tfal fi klassi ta’ waħda mill-iskejjel Kristjani magħluqa dan l-aħħar