ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- 8 ta’ Lulju 2018

Page 1

8

Il-Ħadd 8 ta’ Lulju 2018

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

IR-REPUBBLIKA ĊENTRALI TAL-AFRIKA

L-Isqfijiet u l-Imams jikkundannaw l-isfruttament tar-reliġjon Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Memorandum ippubblikat mill-Isqfijiet Kattoliċi u l-Imams tarRepubblika Ċentrali tal-Afrika jikkundanna l-fatt li “r-reliġjon qed tiġi wżata biex tinżera’ l-mibegħda u l-firda fost il-poplu”. Fil-memorandum tagħhom Il-paċi, xejn ħlief il-paċi, huma jiddikjaraw li “l-atti ta’ vjolenza li ilhom għaddejjin għal xi żmien flAfrika Ċentrali huma mmirati biex il-kriżi politika ssir kriżi reliġjuża”. Mexxejja Iżlamiċi jgħidu li ngħaqdu mal-Kristjani biex jimblokkaw it-triq għal dawk li jixtiequ jdawru l-kriżi politika fi kriżi ta’ komunità jew reliġjuża. L-Isqfijiet tal-Knisja Kattolika fil-memorandum Min jista’ jifridna mill-imħabba ta’ Kristu? appellaw lill-Afrikani tar-Repubblika Ċentrali biex jevitaw it-tpattija li tista’ twassal għal ġenoċidju u

“għaldaqstant għat-twettiq ta’ programm moħbi biex tifridna. Oqogħdu attenti u evitaw ilmanipulazzjoni”. L-Isqfijiet ħeġġew l-awtoritajiet lill-Gvern u lill-Missjoni tanNazzjonijiet Uniti biex jikkordinaw l-isforzi tagħhom ħalli jħarsu l-popolazzjoni, iwaqqfu l-vjolenza u jtemmu l-impunità li jgawdu minnha d-diversi gruppi armati li jiddominaw il-pajjiż. Kemm il-postijiet ta’ qima talMusulmani kif ukoll tal-Kristjani kienu fil-mira tal-atti riċenti ta’ vjolenza, fejn inqatlu imams, pastors u saċerdoti.

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li tixirqilhom.

Il-Kristjani fl-Indja qed jiġu eżaminati fil-Fidi.

Inti tista’ toffri d-donazzjoni ġeneruża tiegħek billi ċċempel 21487818 jew online billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS Bank account No. 20001771733

51702079 – €15 |

51802081 – €25

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

46 - India Advert (Lehen).indd 1

– Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti António Guterres, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kellu laqgħa f’Moska malPatrijarka Kirill, il-Primat talKnisja Ortodossa Russa. Matul iżżjara tiegħu f’Moska, is-Segretarju Ġenerali ltaqa’ wkoll mal-President Russu Vladimir Putin u ma’ Sergei Lavrov, il-Ministru Russu għallAffarijiet Barranin. Matul il-laqgħa, Guterres iddikjara li l-Kristjaneżmu hu “parti integrali” tal-kultura tal-

Lvant Nofsani u li hemm il-bżonn li jiġi “assigurat ir-ritorn tagħhom u ta’ membri ta’ minoritajiet reliġjużi oħra” li ħarbu mill-pajjiżi tagħhom minħabba sitwazzjonijiet ta’ vjolenza u persekuzzjoni u li tiġi garantita, b’mod partikolari, l-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni politika fl-Iraq u s-Sirja. Guterres esprima l-apprezzament tiegħu għallisforzi tal-Patrijarkat ta’ Moska fid-djalogu inter-reliġjuż.

Dinjitarji jattendu għall-ftuħ tal-Katidral il-ġdid

Inti lest biex tgħinhom? 50618949 – €6.99 |

Ninkuraġġixxu l-Kristjani biex jintbagħtu lura f’pajjiżhom

IL-BAĦREJN

Fi żmien fejn il-Knisja tinsab ippersegwitata, l-għajnuna tiegħek tista’ tbiddel għall-aħjar il-ħajja ta’ dawn ħutna li tant qegħdin ibatu.

Tista’ tibgħat donazzjoni b’sms:.

L-Arċisqof Dieudonuè Nzapalainga u l-Imam Oumar Kobine Layama

03/07/2018 14:48

Il-katidral il-ġdid Madonna tal-Arabja, f’Awali, il-Baħrejn, li se jkun is-sede tal-Knisja fitTramuntana tal-Arabja, ġie inawgurat dan l-aħħar f’ċerimonja li għaliha minbarra l-membri talKleru attendew diversi dinjitarji fosthom l-Ambaxxaturi tal-Italja u ta’ Franza, ir-rappreżentant tar-Re tal-Baħrejn, In-Nunzju Appostoliku u rappreżentanti tal-pajjiżi li jinkludu l-Vikarjat Appostoliku talArabja tat-Tramuntana. Fr Andrzej Halemba, li attenda bħala r-rappreżentant tal-Aid to the Church in Need (ACN), qal li kien avveniment memorabbli tara li l-katidral jagħmel dan il-pass tanġibbli u jsir realtà. Kapsula ntradment fil-pedament tal-bini li fiha hemm l-istorja talKnisja Kattolika, l-istorja tal-Knisja

fil-Vikarjat u informazzjoni dwar il-katidral. Il-proġett ħa bosta snin biex tlesta: minn meta fi Frar 2013 irRe tal-Baħrejn Hamad Bin Isa Al Khalifa għamel għotja ta’ 9,000 metru kwadru ta’ art lill-komunità Kattolika biex tibni din il-knisja. Il-perseveranza fid-dawl taddiffikultajiet u l-ħeġġa tal-fidili u tal-awtoritajiet għenu fil-progress tal-proġett sa mill-bidu tiegħu. Il-fondi kienu l-ostaklu ewlieni u kontributur ewlieni kienet l-Aid to the Church in Need (ACN). Il-Katidral Madonna tal-Arabja se jkun ta’ servizz għall-ħtiġiet spiritwali ta’ kważi ħames miljun fidil minn madwar l-erba’ pajjiżi tal-Vikarjat filwaqt li l-bini ħdejh se jservi għal ħidmiet soċjali u edukattivi.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.