ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 21 ta’ Awwissu, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 21 ta’ Awwissu, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

IR-RUSSJA

Il-messaġġ tal-Papa għall-Olimpjadi

Futur mimli tama u ferħ Fit-3 t’Awwissu, waqt l-Udjenza Ġenerali fil-Vatikan, il-Papa Franġisku indirizza lil dawk li qed jikkompetu fil-logħob Olimpiku filBrażil. “Nixtieq li l-ispirtu Olimpiku jispira lil kulħadd biex tinbena ċiviltà ta’ solidarjetà”, qalilhom ilPapa. Hu żied li “f’dinja bilgħatx għall-paċi, it-tolleranza u r-rikonċiljazzjoni nittama li l-ispirtu tal-logħob olimpiku jispira lil kulħadd – kemm lill-parteċipanti kif ukoll lill-ispettaturi – biex jiġġieldu l-ġlieda t-tajba u jtemmu t-tellieqa flimkien”. Il-Papa għalaq bit-tama li filkompetizzjoni ta’ din is-sena l-atleti tal-Olimpjadi juru x-xewqa “li jiksbu bħala premju, mhux midalja imma xi ħaġa ferm aktar prezzjuża: il-bini ta’ ċiviltà li fiha s-solidarjetà ssaltan u tkun imsejsa fuq l-għarfien li aħna lkoll membri tal-istess familja umana irrispettivament middifferenzi kulturali, ta’ razza u ta’ twemmin reliġjuż”. Il-Papa Franġisku bagħat ukoll it-tislijiet tiegħu lill-poplu tal-

Il-logħob Olimpiku għandu jispira lil kulħadd

Brażil u qallu li “nittama li din se tkun opportunità biex jingħelbu l-mumenti diffiċli u biex timpenjaw ruħkom ħalli taħdmu bħala tim biex

jinbena pajjiż aktar ġust u sigur u b’hekk tintrebaħ l-imħatra ta’ futur mimli tama u ferħ”. L-intenzjoni tat-talb universali

tal-Papa għal dax-xahar hi “li l-isport ikun ta’ opportunità ta’ inkontri ta’ ħbiberija bejn il-popli u dan jista’ jikkontribwixxi għall-paċi fid-dinja”.

IĊ-ĊINA

Ikomplu jxerrdu d-devozzjoni lejn is-Salib Imqaddes Sa mill-aħħar tal-2013 aktar minn 1,518-il salib tneħħew mill-knejjes fil-provinċja Zhejiang, fiċ-Ċina. Iżda l-kampanja tal-Gvern biex ineħħi simboli Kristjani bl-iskuża ta’ “kostruzzjonijiet illegali” ma waqqfitx iż-żieda ta’ slaleb li qed jidhru madwar il-pajjiż. Saċerdot Kattoliku, Dun Vinċenz Zhu Weifang, dan l-aħħar mexxa protesta kontra l-miżuri ripressivi tal-Gvern Ċiniż u ħafna Kattoliċi ngħaqdu miegħu f’difiża għall-fidi tagħhom. Is-saċerdot mhux waħdu f’din it-taqbida. Il-Kattoliċi u l-Protestanti qed jingħaqdu flimkien biex jippruvaw isolvu din il-kwistjoni. Jekk il-Gvern mhux se jippermetti li jitpoġġew slaleb fuq il-bini tal-knejjes, il-

Kristjani sabu mod ieħor kif jesprimu l-fidi tagħhom. Mijiet ta’ Kristjani qiegħdu slaleb tal-injam fid-djar u l-karozzi tagħhom u ttrasformaw il-pajsaġġ tal-provinċji taċ-Ċina bit-tixrid tas-simbolu li qed jurta lill-Gvern Komunista. Minkejja r-ripressjoni millawtoritajiet, il-komunitajiet Kristjani madwar ċ-Ċina qed jiksbu s-saħħa hekk kif fil-pajjiż in-numru ta’ Kristjani qed ikompli jikber. Innumru ta’ fidili hu maħsub li hu ferm akbar minn dak li l-awtoritajiet lokali jimmaġinaw. Pereżempju, f’Zeijiang hemm aktar minn 210,000 persuna Kristjana u hemm 120,000 oħra fil-provinċja Wenzhou. ARA WKOLL PAĠNA 13

BBQ familjari

b’risq l-Aid to the Church in Need (Malta) li taħdem favur il-Kristjani ppersegwitati

fil-ġonna ta’ Savio College, Ħad-Dingli l-Ġimgħa, 26 t’Awwissu fis-7 p.m. Prezz Adulti €19.50 u tfal (taħt l-għaxar snin) €10 Trasport jiġi provdut jekk ikun hemm bżonn u mhux inkluż fil-prezz. Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukkja ċempel 2148 7818


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.