ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 14 ta’ Awwissu, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 14 ta’ Awwissu, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

IR-RUSSJA

Il-Kristjani pprojbiti milli jiddiskutu l-fidi tagħhom barra mill-knisja Il-Kristjani fir-Russja issa huma pprojbiti milli jiddiskutu l-fidi tagħhom barra mill-knejjes u postijiet oħra indikati skont il-liġijiet ġodda kontra t-terroriżmu. Issa hu illegali li wieħed jipprietka, jgħallem jew jaqsam il-fidi ma’ ħaddieħor barra minn postijiet ikkontrollati mill-Istat. Il-kap tal-knejjes Protestanti fir-Russja, Sergei Ryakhovsky, qal li l-liġi “toħloq il-bażi għallpersekuzzjoni tal-massa ta’ dawk li jemmnu”. Uffiċjali Russi qed jinsistu li dan sar biex jiġġieldu t-terroriżmu u l-għan hu li toħnoq diskors Iżlamiku ta’ mibegħda. Iżda s-Sur Ryakhovsky qal fis-sit elettroniku Russu Credo:

“L-imgħoddi Sovjetiku jurina kif ħafna nies ta’ reliġjonijiet differenti ġew ippersegwitati minħabba t-tixrid tal-Kelma ta’ Alla. Din il-liġi se terġa’ teħodna lura għall-passat ta’ mistħija”. Il-liġi l-ġdida għaddiet kważi unanimament mill-Parlamentari Russi u tfisser li kull min jinqabad ixerred il-fidi tiegħu barra l-knisja jkun qed iħabbat wiċċu ma’ multa ta’ aktar minn €700. Uħud jibżgħu li din il-liġi se tnaqqas in-numru li kien dejjem qed jikber ta’ djar użati bħala knejjes madwar il-pajjiż. Bħalissa hemm madwar 1,000 minn dawn iddjar f’Moska biss. Paul Robinson, il-Kap Eżekuttiv ta’Release International, li taħdem favur il-Kristjani ppersegwitati,

BBQ familjari b’risq l-Aid to the Church in Need (Malta)

qal: “Poġġi lilek innifsek fiż-żarbun tal-Kristjani Russi. Int tistieden b’email lil ġarek f’darek għal-laqgħa ta’ grupp Kristjan. L-ieħor jibgħat email biex jikkonferma. Int b’hekk issa tkun ksirt din il-liġi u dan għal darbtejn! Mill-20 ta’ Lulju r-Russja bdiet tqis lill-Kristjani ordinarji bl-istess mod ta’ terroristi. “Din il-liġi tillimita fejn ilKristjani jistgħu jiltaqgħu u kif dawn jistgħu jipprofessaw il-fidi tagħhom mal-oħrajn. Mexxejja tal-Knisja qed iwissu r-ritorn lejn l-era kerha Sovjetika meta l-Knisja kienet sfurzata tmur taħt l-art”. L-Alleanza Evanġelika Ewropea stqarret li l-liġi se tirrestrinġi lil dawk li huma awtorizzati

li jaqsmu l-fidi tagħhom malmembri nnominati biss millorganizzazzjonijiet uffiċjali. Il-liġi se tipprojbixxi kull diskussjoni dwar il-fidi barra millbini reliġjuż li jkun irreġistrat u tipprojbixxi wkoll kull qsim ta’ fidi fi djar privati jew ​​ fuq midja soċjali. Is-Sur Robinson żied: “Ilmessaġġ tagħna lill-President Putin hu biex jekk jogħġbu ma jħallatx il-Kristjani ma’ terroristi. Erġa’ aħsibha, Sinjur, dwar din il-liġi u x’konsegwenzi se tħalli għall-fidili ordinarji Russi”. Grupp ta’ avukati Kristjani qed iħejju ruħhom biex jikkontestaw din il-liġi fil-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż.

IL-GWATEMALA

li taħdem favur il-Kristjani ppersegwitati

fil-ġonna ta’ Savio College, Ħad-Dingli l-Ġimgħa, 26 t’Awwissu fis-7 p.m. Prezz Adulti €19.50 u tfal (taħt l-għaxar snin) €10 Trasport jiġi provdut jekk ikun hemm bżonn u mhux inkluż fil-prezz. Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukkja ċempel 2148 7818

Novizzi tal-Kongregazzjoni Marta u Marija jitħarrġu fil-kċina

Sorijiet ġodda jitħarrġu biex jgħinu lill-komunitajiet fqar tal-post Il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ Marta u Marija twaqqfet fl-1979 fid-Djoċesi ta’ Jalapa, il-Gwatemala. F’dan ir-reġjun fqir ħafna, fejn hemm ukoll nuqqas kbir ta’ saċerdoti, il-Kongregazzjoni kienet stabbilita biex tikkumbatti l-bosta setet reliġjużi. Is-sorijiet jgħaqqdu l-ħajja kontemplattiva ta’ talb mal-karità u jappoġġjaw il-ħidma ta’ numru żgħir ta’ saċerdoti. Jieħdu ħsieb tat-tfal bi bżonnijiet speċjali, dawk orfni, l-emarġinati, l-anzjani u l-vittmi tal-vizzju tad-droga. Jgħallmu wkoll fl-ifqar partijiet tal-post. Din il-Kongregazzjoni żagħżugħa għandha bosta vokazzjonijiet li qed jiżdiedu b’mod stabbli. F’Jalapa, mal-200 novizzi żgħażagħ bħalissa għaddejjin mill-formazzjoni

tagħhom. Il-Kongregazzjoni hi waħda fqira u m’għandhiex bini u faċilitajiet xierqa għat-taħriġ ta’ tant sorijiet żgħażagħ. Kienu qed jużaw bini mikri iżda dan mhux adekwat għas-sorijiet li jkollhom jorqdu 24 f’dormitorju wieħed. Barra minn hekk, jonqoshom ħafna ħtiġiet bażiċi oħra. Sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ dawn il-vokazzjonijiet ġodda u jipprovdu lil dawn iż-żgħażagħ tħejjija xierqa għall-ħajja reliġjuża, il-Kongregazzjoni issa qed tibni dar b’żewġ sulari biex isservi għallformazzjoni kif ukoll tħaddan fiha kappella, dormitorji u klassijiet. L-Aid to the Church in Need, blgħajnuna tal-benefatturi tagħha, qed tgħin b’kontribuzzjoni għal dan l-iskop tant bżonnjuż.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.