ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 17 ta’ Lulju, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 17 ta’ Lulju, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

IL-BRAŻIL

Nies bla dar jiċċelebraw ma’ Kardinal

Il-Kardinal ta’ Rio de Janeiro, Orani Tempesta, iċċelebra għeluq is-66 sena tiegħu bi żjara speċjali: hu qatta’ ħinu ma’ grupp ta’ nies li m’għandhomx dar. Il-Kardinal Brażiljan twieled filbelt ta’ São José de Río Pardo fl-Istat ta’ São Paulo fit-23 ta’ Ġunju 1950. Hu għamel il-professjoni solenni tiegħu fl-Ordni taċ-Ċisterċensi fl1969, ġie ordnat saċerdot fl-1974 u ġie ordnat Isqof għad-Djoċesi ta’ Rio Preto fl-1997. Hu mbagħad serva bħala Arċisqof ta’ Belém do Pará qabel ma sar Arċisqof ta’ Rio de Janeiro fl-2009. L-Arċidjoċesi ta’ Rio de Janeiro żvelat li dakinhar ta’ għeluq sninu, tard filghaxija, il-Kardinal mar jiltaqa’ ma’ nies bla dar biex iċċelebra magħhom għeluq sninu. Hu tahom rigali ta’ kutri, ħalib u kafè u qagħad jisma’ l-istejjer ta’ dawn in-nies fil-bżonn. Il-Kardinal Tempesta kien kapaċi “jitgħallem mill-qrib ir-realtajiet ta’ dawk li jgħixu u jorqdu fit-triq”.

IL-BOLIVJA

Kunvent tas-Sorijiet Karmelitani jiffjorixxi f’inħawi remoti Il-kunvent Karmelitan fil-belt żgħira ta’ Reyes, f’reġjun remot talġungla tal-Amażonja fil-majjistral tal-Bolivja, twaqqaf fl-1979 minn tmien sorijiet Karmelitani Spanjoli. Is-sorijiet, li oriġinarjament waqqfu l-komunità, xtaqu li jkunu qrib il-missjunarji biex ikunu t’appoġġ bit-talb tagħhom. Huma xtaqu wkoll li l-popolazzjoni indiġena ssir taf u tapprezza r-rikezza tal-ħajja kontemplattiva. Tant irnexxielhom li issa l-komunità kompliet tikber. Grazzi għall-influss ta’ vokazzjonijiet indiġeni Amerikani Latini, issorijiet Spanjoli setgħu jerġgħu jmorru lura Spanja u ħallew ilkunvent tagħhom f’idejn sorijiet żgħażagħ Bolivjani ta’ bejn it-30 u l-40 sena. Huma jmantnu lilhom infushom billi jpittru u jirrestawraw l-ikoni, iħejtu u jirrakkmaw ilbies liturġiku, ikabbru u jbigħu frott priservat u jbiegħu l-jogurt. Huma jkabbru wkoll il-frott u l-ħxejjex fil-ġnien tal-kunvent tagħhom biex isostnu

Uħud mis-sorijiet Amerikani Latini li llum jiffurmaw l-Ordni Karmelitan f’Reye

lilhom infushom iżda b’dan kollu jkopru biss l-aktar ħtiġiet bażiċi ta’ kuljum. F’dawn l-aħħar snin ilKarmelitani ħtiġilhom iwettqu xogħol ta’ tiswija fil-kunvent tagħhom għax dan, sa mill-bini tiegħu, qatt ma kien ġie rinovat. Ix-xita qawwija, ix-xemx sħuna u

l-umdità għolja affettwaw il-bini. L-Aid to the Church in Need, bil-ġenerożità tal-benefatturi tagħha, għenet lil dawn is-sorijiet b’għotja għal dan l-iskop. Issa l-ħidma tattiswijiet tlestiet. Suor Susana kitbet lill-ACN tirringrazzja lill-benefatturi li bis-saħħa tagħhom twettaq dan il-proġett.

IL-KONGO

Fit-triq biex jinxtered il-messaġġ ta’ Kristu

Fil-grigal tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fil-parroċċa Santu Wistin, f’Poko, żewġ saċerdoti huma kuntenti li għandhom mutur żgħir kull wieħed. Il-katekisti huma kuntenti wkoll li għandhom tmien roti bejniethom. Grazzi għall-ġenerożità talbenefatturi tal-Aid to the Church in Need (ACN) dawn issa m’għadx għandhom bżonn jimxu sigħat twal biex jaslu fid-destinazzjonijiet tagħhom. Il-parruċċani Kattoliċi wkoll qed jibbenefikaw mill-għajnuna tal-għotjiet ġenerużi tal-benefatturi madwar id-dinja u anki ta’ Maltin u Għawdxin. Issa, kemm is-saċerdoti u kif ukoll il-katekisti jistgħu jilħqu ħafna aktar b’faċilità l-irħula li jinsabu ’l bogħod. Dan ifisser li n-nies jistgħu jirċievu s-Sagramenti aktar spiss, jirċievu wkoll formazzjoni fil-fidi tagħhom u jieħdu sehem b’mod aktar sħiħ fil-ħajja pastorali tal-Knisja.

Din il-parroċċa tinsab filqalba ta’ żona rurali. In-nies hemmhekk jaħdmu ħafna għax jiddependu fuq dak li huma kapaċi jkabbru fl-għelieqi biex imantnu lilhom infushom u l-familja. Sfortunatament, il-kunflitt imdemmi fir-reġjun ħoloq aktar faqar u qered l-infrastruttura lokali. Toroq, pontijiet, ċentri tas-saħħa u ċentri parrokkjali nqerdu jew ġarrbu ħsarat kbar. Imma dak li l-poplu għandu bżonn aktar minn kull ħaġ’oħra hi l-għajnuna spiritwali u aktar appoġġ. Għalhekk l-għajnuna finanzjarja tal-benefatturi tal-ACN ġabet kotra ta’ barkiet spiritwali lill-fidili Kattoliċi ta’ din iz-zona.

L-Aħwa MIFSUD (Ħamrun) jagħtu offerta għall-ispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għar-ruħ għażiża ta’ oħthom JANE MIFSUD li mietet fis-17 ta’ Ġunju 2016. Mulej, agħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.