8
Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
IT-TANŻANIJA
Tinħaraq knisja Kattolika oħra Minkejja dan l-attakk u attakki oħra qabel in-nies qed tkompli tissaħħaħ fil-fidi Knisja Kattolika oħra nħarqet fit-Tanżanija. Din hi t-tielet waħda fl-aħħar erba’ xhur. F’dan l-aħħar attakk, nies mhux magħrufa ħarqu knisja Kattolika fil-villaġġ ta’ Nyarwele, fir-reġjun tal-majjistral ta’ Kagera li jmiss mal-Uganda, ilBurundi u r-Rwanda. Il-bini flimkien ma’ oġġetti devozzjonali, dokumenti talparroċċa, għamara u ġeneraturi talelettriku kienu meqruda għalkollox. Sfortunatament, li jingħata n-nar lill-postijiet ta’ qima tal-Kristjani f’din il-parti tat-Tanżanija mhix xi ħaġa ġdida. L-istess xorti messet lil żewġ knejjes Protestanti. F’Settembru tas-sena l-oħra, fl-istess reġjun ta’ Kagera, f’ġimgħa waħda, sitt knejjes inqerdu f’attakki ta’ ħruq, inkluża l-Knisja Kattolika ta’ Kitundu. Fl-2013 kien hemm mill-inqas 13-il attakk ta’ ħruq fuq binjiet ta’ knejjes. L-ebda grupp ma ħa r-responsabbiltà għall-aħħar attakk iżda l-attakki ta’ qabel kienu twettqu mill-Musulmani. Il-pulizija lokali
Knisja f’Wakiro, it-Tanzanija, li ġiet rinovata wara li aktar qabel sfat attakkata u maħruqa
talbet lir-residenti l-għajnuna tagħhom biex issir taf min ħaraq u għal liema raġuni nħarqu dawn il-knejjes. L-Isqof tad-Djoċesi Kattolika lokali ta’ Kayanga, Almachius Vincent Rweyongeza, ħeġġeġ lill-fidili biex jibqgħu kalmi u jikkoperaw mal-pulizija ħalli
jaqbdu l-aggressuri. Għalkemm il-knejjes tagħhom qed ikunu fil-mira ta’ vandaliżmu, ilKrisjani fir-reġjun ma tilfux l-ispirtu tagħhom. Saċerdoti Kattoliċi lokali qalu li minkejja l-qerda tal-bini tagħhom, in-nies qed tkompli tissaħħaħ fil-fidi.
L-ACN tiffinanzja proġett biex sorijiet imantnu lilhom infushom Grazzi għall-ġenerożità talbenefatturi tal-Aid to the Church in Need (ACN) is-sorijiet talkongregazzjoni Madonna Reġina tal-Appostli ġew megħjuna jibnu gallinar u jixtru 200 tiġieġa. Il-proġett kien suċċess u issa s-sorijiet huma kapaċi jmantnu lilhom infushom u m’għadhomx dipendenti fuq għajnuna minn barra. Din il-kongregazzjoni ta’ sorijiet tgħix fil-parroċċa ta’ Kisa fid-djoċesi ta’ Mbeya, it-Tanżanija. Il-parroċċa għandha 3,500 persuna Kattolika li pastoralment jieħdu ħsiebhom żewġ saċerdoti, il-ħames sorijiet talkongregazzjoni u 25 katekist. Fl-2009 il-parroċċa fetħet skola primarja mmexxija mill-istess sorijiet li wkoll jgħinu skejjel oħra madwar il-villaġġ. Is-sorijiet jgħallmu wkoll il-katekeżi, jgħinu l-anzjani u l-morda, jippreparaw għall-magħmudija u jagħmluha ta’ sagristan fil-knisja parrokkjali. Huma jkabbru l-frott u l-ħxejjex u jbiegħuhom iżda dan mhux biżżejjed. Għalhekk ġiethom l-idea li jrabbu t-tiġieġ biex ibiegħu l-bajd u t-tiġieġ għal-laħam.
IL-BURUNDI
Il-President irid jikkontrolla l-ħidma tal-Knisja
L-amministrazzjoni tal-President Pierre Nkurunziza qed dejjem tfittex aktar li ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fuq il-Knisja Kattolika. Għalkemm Nkurunziza jiddeskrivi lilu nnifsu bħala Kristjan li twieled mill-ġdid, irreġim tiegħu qed joħloq ostakli fil-libertà reliġjuża għall-Kattoliċi, Kristjani Evanġeliċi u gruppi oħra. Fil-Burundi, Isqfijiet Kattoliċi tal-Knisja kontra l-ħatra mill-ġdid u saċerdoti issa qed ikunu fil-mira tal-President Pierre Nkurunziza, li tal-awtoritajiet aktar fil-miftuħ. ilu fil-poter sa mill-2005 u, skont Theddid kontra l-Kristjani kollha – il-kostituzzjoni, hu mhux eleġibbli Isqfijiet, saċerdoti u lajċi – qed iseħħ għal terminu ġdid. Fl-aħħar xhur, bla waqfien, jum wara l-ieħor. Irkemm-il darba kien hemm attentati reġim ta’ Nkurunziza qed saħansitra ta’ attakki kontra l-Arċisqof Evariste jipprova jikseb aktar u aktar kontroll Ngoyagoye Bujumbura. Barra minn fuq il-prietki tas-saċerdoti. hekk, tliet saċerdoti ġew sfurzati Ir-ripressjoni hi r-riżultat ta’ jaħarbu ’l barra mill-kapitali, wara li protesta fil-miftuħ mit-tmexxija rċevew theddid ta’ mewt. IL-BOSNIJA
Il-Knisja qed tirkupra wara l-ħerba tal-gwerra Matul il-gwerra tal-Bosnija li seħħet bejn l-1992 u l-1995, madwar nofs il-Kattoliċi Kroati kienu mġiegħla jitilqu u jfittxu kenn barra mill-pajjiż. Illum hemm biss madwar 450,000 persuna Kattolika jgħixu hemm. Minkejja dan, iżda, il-
Knisja Kattolika qed ikollha sehem importanti fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni u fejqan ta’ wara l-gwerra. Fis-Seminarju tal-Arċidjoċesi ta’ Sarajevo hemm 44 seminaristi jippreparaw ruħhom għassaċerdozju.