ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 3 ta’ Lulju, 2016

Page 1

8

Il-Ħadd 3 ta’ Lulju, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

L-IRAQ

MYANMAR

L-attakki tal-ISIS isaħħu l-għaqda bejn il-Kattoliċi u l-Ortodossi L-Isqof Sirjan Ortodoss tal-belt Iraqina ta’ Mosul isostni li l-attakki tal-ISIS komplew tejbu l-għaqda malKattoliċi. Il-Knisja Ortodossa Sirjana hi fost il-knejjes Ortodossi Orjentali li ma baqgħux f’komunjoni sħiħa mas-Santa Sede wara l-Konċilju ta’ Kalċedonja fis-sena 451. “Din it-traġedja qarrbitna aktar lejn l-għaqda ta’ bejnietna,” qal l-Arċisqof Nikodemu Daoud Sharaf. “Meta waslu f’Mosul [fl-2014], l-ISIS ma ddiskriminawx bejn in-nies Kristjani Kattoliċi u dawk Ortodossi Sirjani. Allura għaliex għandna noħolqu d-differenzi bejnietna?... Illum flIraq, aħna qed naħdmu bħala knisja Kristjana waħda.” L-Isqof għandu kritika qawwija lejn il-politika tal-Punent fuq l-Iraq:

Wieħed iħoss li xi nies tal-Punent għandhom regħba djabolika. Fil-politika internazzjonali, dejjem għamlu minn kollox biex ifittxu l-interessi tagħhom. Pereżempju, l-Ewropa u l-Istati Uniti, kontinwament jenfasizzaw t-teknoloġiji ġodda tagħhom, inklużi l-kwalitajiet tassatelliti tagħhom. Huma jgħidu wkoll li wieħed jista’ jaqra t-tikketta ta’ flokk saħansitra mill-ispazju. U aħna kif nistgħu nemmnu li dawn qatt ma osservaw lill-ISIS jikbru u ma rawx l-attakk li wettqu fuq Mosul? Min qatt jista’ jemmen li l-ISIS kellhom iwettqu dan kollu biss bil-ħila tagħhom, bħala sorpriża? In-nies tal-Punent dejjem jippruvaw jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjoni. Hawn il-produzzjoni taż-żejt tiddetta kollox.

L-Aħwa ROSE u MIRIAM SCHEMBRI (Siġġiewi) jagħtu offerta għallispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għar-ruħ għażiża ta’ ommhom ROSANNA li mietet fis-6 ta’ Lulju 1973, missierhom FRANĠISKU li miet fit-18 ta’ Ottubru 1974, FRANCIS li miet fil-11 ta’ Lulju 1999, SERAFIN li miet fit-12 ta’ Novembru 2000 u SAVER li miet fil-21 ta’ Marzu 2002. Mulej, agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.

Il-Knisja Kattolika f’Myanmar saret “Knisja żagħżugħa” - il-Kardinal Charles Bo

Il-persekuzzjoni saħħet aktar il-Knisja L-ewwel Kardinal minn Myanmar, Charles Bo, irringrazzja lill-Kristjani tal-Punent li għenu biex iġibu d-demokrazija f’pajjiżu. “Wara li rreżistew nofs seklu ta’ Kalvarju, Burma ser ikollha żmien ta’ tama” hu qal. L-Arċisqof ta’ Rangoon fakkar fil-persekuzzjoni tal-Knisja li ilha għaddejja sa mill-1962 meta r-reġim militari ħa f’idejh Burma (Myanmar). Għal ħafna snin Burma kienet iżolata wara purtiera tal-bambù. “Konna nazzjon imsallab,” kompla qal. “It-tixrid tal-Kristjaneżmu kien ipprojbit, knejjes ġodda ma setgħux jinbnew, u dawk li riedu jistudjaw kellhom jintbagħtu f’pajjiżi oħra għal kwalunkwe taħriġ. F’ħafna postijiet, li tkun Kristjan kienet l-akbar problema: “L-ilsien u d-drittijiet kulturali

tal-poplu tagħna nqerdu bit-tattika ta’ lsien wieħed, razza waħda, u bi twemmin wieħed,” kompla jgħid, “Madankollu Alla ma abbanduna qatt lin-nazzjon tagħna. Il-Knisja kienet bħaż-żerriegħa tal-mustarda u, bħall-eżempju li hemm filVanġelu, din kibret f’siġra.” Minkejja ħafna snin ta’ oppressjoni, il-Kardinal Bo qal li l-Knisja Kattolika f’Myanmar saret “Knisja żagħżugħa u vibranti” li “kibret minn tliet djoċesijiet għal 16-il djoċesi. Minn 100,000 persuna ninsabu aktar minn 800,000 persuna Kristjana, minn 160 saċerdot għal 800 saċerdot, minn 300 persuna reliġjuża issa żdidna għal 2,200 u 60 fil-mija minnhom huma taħt l-40 sena.” “Issa”, hu qal, “Myanmar qed jibgħat hu missjunarji f’pajjiżi oħra!”

IL-BRAŻIL

Appoġġ għal saċerdoti ġodda biex ixandru l-Evanġelju Il-belt ta’ Diamantina kienet l-ewwel belt barra l-Asja fejn fisseklu 17 kienu nstabu d-djamanti. Ħafna rġiel għadhom qed jippruvaw imantnu lill-familji tagħhom billi jħaffru għad-djamanti, iżda dawn jaqilgħu ftit li xejn flus minn dan ix-xogħol ta’ tbatija - ftit kienu dawk ixxurtjati li saru sinjuri u d-djamanti saru pjuttost rari f’dan ir-reġjun. Dawn l-irġiel iqattgħu xhur sħaħ fil-kampijiet fuq il-muntanji jħaffru għad-djamanti, ħafna drabi jħallu lin-nisa tagħhom u t-tfal numerużi warajhom u jbatu f’faqar kbir. Minħabba f’hekk, ħafna familji huma mifruda u minħabba dan, ħafna tfal spiċċaw traskurati. L-art hi fil-qalba tagħha kollha blat, għalhekk

mhijiex tajba għall-agrikoltura u m’hemm l-ebda industrija oħra firreġjun. L-Arċidjoċesi ta’ Diamantina hi waħda mifruxa u tkopri żona ta’ aktar minn 18,000 mil kwadru, madankollu għandha biss madwar 60 saċerdot għal popolazzjoni ta’ nofs miljun ruħ. Is-saċerdoti huma meħtieġa biex jgħinu fil-pastorali u jagħtu struzzjonijiet u jamministraw is-Sagramenti lin-nies sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu formazzjoni u jgħixu b’dinjità. Hemm aktar minn 40 raġel żagħżugħ li bħalissa qegħdin jieħdu l-formazzjoni tagħhom għas-saċerdozju fisseminarju djoċesan lokali.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.