UKRAINE Appeal (Malti)

Page 1

L-UKRAJNA

TESTIMONJANZI U XHIEDA MILLUKRAJNA acnmalta.org/ukraine

SINJAL TA’ TAMA SORIJIET JILQGĦU LILL-FAMILJI

Sorijiet jikkuraw u jassistu lil persuni anzjani u morda

Minkejja ż-żjieda fir-riskju meta jibqgħu fiż-żoni talgwerra, il-Komunitajiet Reliġjużi baqgħu flimkien man-nies. Magda Kaczmarek, il-Kap tal-proġetti tal-ACN fl-Ukrajna tinsab f’kuntatt kontinwu mal-imsieħba filproġetti tal-ACN.

Magda Kaczmarek iżżomm kuntatt mill-qrib ma’ diversi Ordnijiet tas-Sorijiet fiż-żona tal-gwerra. Kaczmarek qalet: “Is-Sorijiet huma mimlijin biża’ u ansjetà, iżda fl-istess ħin iħossuhom ukoll sostnuti mit-talb u minn mewġa dinjija ta’ solidarjetà.” Kaczmarek kienet kommossa minn konverżazzjoni li kellha ma’ Soru f’kunvent fit-Tramuntana tal-Ukrajna. Għal raġunijiet ta’ sigurtà la l-isem tas-Soru u lanqas il-post ma nistgħu nsemmu, iżda rapporti tal-media jikkonfermaw li f’din il-belt seħħ ġlied qalil. Diversi drabi matul il-lejl, is-Sorijiet kellhom jistkennu fil-kantina; jorqdu bit-tonka u l-velijiet sabiex ikunu lesti biex, fi kwalunkwe ħin, joħorġu jiġru mill-kmamar tagħhom. Mal-lejl, ilkunvent kollu jinżamm mitfi biex ma jattirax l-attakki. Is-Sorijiet qed jippruvaw

Aid to the Church in Need www.acnmalta.org

ikomplu bil-ħajja talkunvent. Madankollu, il-mobile issa huwa dejjem magħhom anki waqt illiturġija tas-sigħat. Madga Kaczmarek qalet: “Hekk dejjem ikunu jistgħu jirċievu twissija bikrija meta jkun ser jibda xi Sorijiet flimkien ma’ tfal spostati attakk.” Madankollu, minħabba huma wkoll sinjal ta’ tama u gwida. l-ġlied qalil, anke l-kantina Ħafna ġirien jgħidu: “Aħna se noqogħdu tal-kunvent saret wisq perikoluża u hawnhekk sakemm jibqgħu s-Sorijiet. għalhekk bil-lejl is-Sorijiet isibu kenn Meta jitilqu huma, aħna mmorru wkoll.” f’xelter kontra l-attakki mill-ajru. Minkejja din is-sitwazzjoni ħarxa, Kaczmarek qalet li diversi bombi diġà hemm xrara ta’ tama. Kaczmarek qalet: splodew viċin il-kunvent u qatlu familja “Is-Sorijiet jirċievu aħbarijiet minn żagħżugħa. Kaczmarek qalet: “Is-Sorijiet madwar id-dinja kollha li n-nies qed qed jilqgħu tliet familji fil-kunvent, jaħsbu fihom u jitolbu ’l Alla għalihom. familji li kienu mwerwrin għall-mewt.” Il-ħbieb u l-ġirien tal-kunvent juru wkoll Din mhix xi biċċa xogħol ġdida għassolidarjetà kbira mas-Sorijiet, għalkemm Sorijiet, għax anki qabel ma bdew dawn in-nies jinsabu f’diffikultajiet kbar l-attakki tat-truppi Russi fl-aħħar ta’ huma stess”. L-ACN kienet għenet Frar 2022, kienu jirrikorru ħafna nies għandhom, fosthom familji milquta mill- fil-finanzjament tal-bini ta’ dan ilkunvent u għal ħafna snin iffinanzjat gwerra li bdiet fis-sena elfejn u erbatax ukoll l-ispejjeż għall-għajxien tas(2014). Ipprovdew kura spiritwali għallSorijiet li huma grati ħafna lejn l-ACN midruba u l-familji tagħhom. Din kienet, għas-solidarjetà u l-qrubija li uriet u għadha, missjoni importanti ħafna. magħhom bil-fatti. Għal ħafna nies tal-post, is-Sorijiet

Aid to the Church in Need (Malta), 35, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt ittieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. VO/2227

L-Isqof ta’ rit Latin ta’ Kharkiv-Zaporiyia (lemin), Pavlo Honcharuk, u l-Isqof Mytrofan minn Kharkiv-Bohodukhovsk (Knisja Ortodossa tal-Ukrajna) (xellug) iżuru raġel ferut (© ACN)

Mill-ibliet Ukreni kollha li bħalissa qed ikunu attakkati, Kharkov hija waħda mill-aktar fil-mira. Fl-1 ta’ Marzu 2022, missila laqtet id-dar tal-Isqof Kattoliku Pavlo Honcharuk u għamlet toqba fis-saqaf. Bil-grazzja ta’ Alla ħadd ma weġġa’. F’filmat qasir mibgħut lill-Aid to the Church in Need (ACN) l-Isqof Honcharuk qal: “Aħna wkoll irċevejna wieħed minn dawn ir-‘rigali’.”

L-Isqof Honcharuk kellem lill-ACN dwar il-ħsara kbira li saret f’partijiet oħra talbelt – biex ma nsemmux il-ħafna persuni maqtula. Ir-ritratt tal-attakk bil-missili fuq Pjazza Ħelsien fiċ-ċentru ta’ Kharkiv dar madwar id-dinja kollha. Minkejja li l-militar Russu sostna kemm-il darba li l-ebda persuni ċivili fl-Ukrajna ma kienu se jkunu attakkati, f’Kharkiv il-bini talgvern inqered filwaqt li nqatlu ħafna nies. Filmat ieħor mibgħut lill-ACN juri

blokok ta’ appartamenti li ġarrbu ħsarat kbar li, skont l-Isqof Honcharuk, jinsabu faċċata ta’ fabbrika meqruda. L-Isqof Honcharuk qal: “Dawk kienu appartamenti. It-twieqi kollha tfarrku. Inqatlu ħafna nies. L-overhead cables talkarozzi tal-linja nqerdu.” Fit-toroq hemm karozzi maħruqa u ħofor kbar ikkawżati mill-isplużjonijiet. L-Isqof inzerta ra anzjan miexi fit-triq u wissieh biex joqgħod attent. Fil-filmat, l-Isqof Honcharuk jidher jittawwal f’karozza u jgħid: “Hawn kien hawn l-isparar. Hawn id-demm hawnhekk.” Minkejja l-ħsara, il-ħidma fid-dar tal-Isqof tkompli bla waqfien: nisa fil-kċina jippreparaw ikliet sħan li mbagħad jittieħdu biex jitqassmu f’żewġ stazzjonijiet ta’ taħt l-art fejn mijiet ta’ nies qed jistkennu. L-Isqof Honcharuk sab kenn millattakki f’bunker, flimkien ma’ xi 40 persuna oħra, inkluż l-Isqof Mytrofan talKnisja Ortodossa awtoċefali tal-Ukrajna.

Ħsarat ikkawżati mill-attakki fuq id-dar tal-Isqof Pavlo Honcharuk fid-Djoċesi ta’ Kharkiv-Zaporizhia

Flimkien, dawn iż-żewġ Isqfijiet iżuru lill-midruba fl-isptar u jgħinu fit-tqassim tal-ikel. Is-sitwazzjoni f’Kharkiv u f’postijiet oħra qed issir dejjem aktar diffiċli. Fiddawl tal-kriżi li qed tkompli teskala, l-Aid to the Church in Need (ACN) qed tappoġġja lis-Saċerdoti u r-Reliġjużi fl-Ukrajna, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jwettqu l-ħidma pastorali u ta’ karità tagħhom.

Jekk tixtieq tibda tirċievi dan il-fuljett id-dar, jekk jogħġbok ibgħat id-dettalji tiegħek b’SMS fuq 7999 9969

acnmalta.org/ukraine

NIFTĦU L-BIBIEN KOLLHA GĦALL-FAMILJI SPOSTATI FL-UKRAJNA

GRAZZI TALLI GĦENTUNA FIL-ĦIN

Persuni spostati milqugħa mill-Albertine Brothers f’Zaporizhya, l-Ukrajna

Adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat bil-lejl f’xelter f’Kjiv

Fr Grzegorz Draus ma’ familja spostata internament (IDP) filparroċċa tiegħu fi Lviv (© ACN)

Il-parroċċi Kattoliċi flUkrajna qed jiftħu l-bibien tagħhom biex jilqgħu lillpersuni spostati li qed jaħarbu mill-attakki u l-bumbardamenti militari Russi. Il-Knisja Kattolika ta’ San Ġwanni Pawlu II f’Lviv hija eżempju ħaj u ċar ta’ dan.

Waqt li tkellem mal-ACN, il-Kappillan Fr Grzegorz Draus, iddeskriva kif qed jgħinu lil persuni spostati li jkunu fi triqthom lejn il-Polonja biex jaħarbu mill-gwerra. Fr Draus qal: “L-ewwel persuni spostati waslu mit-tieni jum tal-gwerra.” Fi żmien tlett ijiem, ġew 60 persuna, fosthom 35 tifel u tifla. Intant, s’issa diġà waslu mijiet ta’ eluf, u għadhom qed jaslu

2148 7818

@acn_malta

Iħejju ikliet sħan għal stazzjonijiet ta’ taħt l-art fejn mijiet ta’ nies qed isibu kenn

aktar. Fr Draus qal: “Meta jaslu hawn ikunu eżawriti u mbeżżgħin għall-aħħar. Il-vjaġġ mill-Ukrajna issa qed jieħu ħafna ħin - hemm konġestjoni sħiħa fit-toroq u hemm ħafna punti ta’ kontroll. Familja ta’ tmienja li waslet ftit żmien ilu mir-reġjun ta’ Mykolaiv (madwar 800 kilometru ’l bogħod) kienet ilha tlett ijiem tivvjaġġa.” Minkejja li l-presbiteru għandu kamra waħda għall-mistednin, il-membri talparroċċa qed jirranġaw il-post kif jistgħu biex jagħmlu aktar spazju għal familji spostati. Ipprovdewlhom ukoll saqqijiet, lożor, kif ukoll ikel. Fr Draus iddeskriva kif ħafna mill-familji li tilqa’ l-parroċċa tiegħu, wara jum jew tnejn, ikomplu sejrin lejn il-fruntiera. Skont Fr Draus, il-kunflitt jidher li kompla saħħaħ il-Fidi

@acn_malta

ta’ dawn il-Kristjani. Huwa qal: “Minn dak li rajt, il-gwerra ma dgħajfitx il-Fidi - anzi l-oppost. Dawk li ġew għall-Quddiesa, fosthom aktar minn 20 tifel u tifla, baqgħu ftit aktar wara u komplew jitolbu flimkien. Alla hu preżenti u qed jgħin.” L-ACN qed tkompli tiżgura li s-Saċerdoti u l-Membri tal-Kongregazzjonijiet Reliġjużi madwar l-Ukrajna jirċievu għajnuna għall-għajxien biex tgħinhom ikomplu jwettqu l-ħidma fdata f’idejhom. Kollha kemm huma se jiffaċċjaw l-isfida għall-għajxien hekk kif, b’riżultat talgwerra, l-ispejjeż qed ikomplu jogħlew. Id-donazzjoni tiegħek, hi kemm hi, se tgħin Saċerdoti, bħal Fr Draus, biex ikomplu jilqgħu u jieħdu ħsieb familji spostati fl-Ukrajna.

Aid to the Church in Need Malta

Quddiem l-isfida biex jieħdu ħsieb lil dawn il-Kristjani filqilla tal-gwerra u l-kriżijiet li qed iseħħu fl-Ukrajna, isSaċerdoti ħadu rwoli oħra minbarra li jkunu rgħajja talerwieħ.

L-Isqof Stanislav Szyrokoradiuk ta’ Odessa, fin-Nofsinhar tal-Ukrajna, qal lill-ACN: “Il-preżenza tas-Saċerdoti fil-knejjes hija ta’ importanza kbira għan-nies. Is-Saċerdoti jiċċelebraw l-Ewkaristija mqaddsa, jorganizzaw it-talb, u jsaħħu l-ispirtu tal-poplu ta’ Alla. Barra minn hekk, jipprovdu kaxex tal-ikel, affarijiet essenzjali oħra kif ukoll ikliet sħan. Il-kantini taħt il-knejjes huma miftuħa u dejjem lesti biex jilqgħu lin-nies ħalli jagħtuhom kenn.” Waħda mill-ewwel urġenzi kienet li jkun żgurat li tfal vulnerabbli jkunu aktar sikuri. “Organizzajna post daqs

290 kilometru ’l bogħod li qabel kien jintuża biss għat-tfal. Illum dan sar post għan-nies spostati. Xi tfal, u familji żgħażagħ bit-tfal qed jgħixu hemmhekk. Qegħdin nieħdu ħsieb lil dawn in-nies.” L-Isqof Stanislav Szyrokoradiuk qal: “Aħna qegħdin nitolbu kuljum għallpaċi. Huwa importanti għalina li nitolbu għal kulħadd, speċjalment għal dawk li nqatlu. Kuljum niċċelebraw l-Ewkaristija mqaddsa b’suffraġju għal dawk kollha li mietu f’din l-invażjoni, inklużi s-suldati u l-vittmi kollha tal-gwerra.” Filwaqt li esprima apprezzament għall-impenn tal-ACN li qed tkompli tappoġġja l-ħidma tal-Knisja, l-Isqof Stanislav qal: “Nixtieq b’mod speċjali nirringrazzja lill-ACN. Hi kienet l-ewwel organizzazzjoni li staqsietni: “‘X’nistgħu nagħmlu għalikom? Kif nistgħu ngħinu?’ Grazzi mill-qalb talli offrejtulna għajnuna f’waqtha.”

Saċerdot iqassam l-ikel lil min jinsab fil-bżonn

Inti tista’ toffri donazzjoni billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS IBAN: MT72 APSB 7705 7008 5772 2000 1771 733

acnmalta.org

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.