L-UKRAJNA
WAQT LI L-GWERRA GĦADDEJJA...
TUL IS-SNIN:
L-ISTORJA TAL-GĦAJNUNA TAL-ACN FL-UKRAJNA Fl-1953, “Ostpriesterhilfe”, kif kien jisimha l-Aid to the Church in Need (ACN) dak iż-żmien, irċeviet talba millKardinal Tisserant, Segretarju tal-Kongregazzjoni tal-Vatikan għall-Knejjes tal-Lvant, biex tappoġġja seminarju fl-Ukrajna għall-Ewropej tal-Lvant li kienu emigraw. Il-Kardinal kien talab ukoll għajnuna biex l-Ordni talPatrijiet Griegi Kattoliċi Studite tkun imwaqqfa mill-ġdid flUkrajna, peress li fl-1946 kienet ipprojbita mill-Komunisti. F’Jannar tal-1963, ftit wara li l-Arċisqof Kattoliku Grieg Ukren Josyf Slipyj, inħeles
GĦAJNUNA GĦASSORIJIET: L-ACN tappoġġja Sorijiet kontemplattivi u attivi fl-Ukrajna, billi tipprovdilhom għajnuna għall-ispejjeż tagħhom.
wara 18-il sena ħabs u xogħol sfurzat, hu ltaqa’ f’Ruma ma’ Fr Werenfried van Straaten, il-fundatur tal-ACN. Kien hemm qbil dwar l-għajnuna għall-Knisja Kattolika Griega Ukrena fl-eżilju tagħha u l-għajnuna bdiet tingħata fl-istess sena. Fl-1989, l-ACN bdiet kampanja kbira bil-Bibbja u talb, li fiha mijiet ta’ kotba reliġjużi ntbagħtu lill-Ukreni – li kienu maqtugħin wara l-Purtiera tal-Ħadid. Nhar it-30 ta’ Marzu 1991, il-Kardinal Myroslav Lubachevsky, kap tal-Knisja Kattolika Griega Ukrena, irritorna lura lejn l-Ukrajna mill-eżilju tiegħu f’Ruma. Din iddata timmarka l-bidu tal-għajnuna tal-ACN fil-bini mill-ġdid tal-istrutturi tal-knejjes fl-Ukrajna.
OFFERTI GĦALL-QUDDIES:
L-offerti għall-Quddies huma mezz indispensabbli ta’ kif ikunu appoġġjati s-Saċerdoti, speċjalment dawk li jwettqu l-ħidma fdata f’idejhom f’postijiet fejn ma jkollhom ebda dħul mill-komunitajiet foqra tagħhom, bħal fix-Xlokk tal-Ukrajna.
FORMAZZJONI TAS-SEMINARISTI: L-ACN ikkontribwixxiet għall-formazzjoni saċerdotali tas-Seminaristi fi 11-il seminarju u f’263 proġett individwali fl-Ukrajna. Bħalissa l-ACN qed tappoġġja ’l fuq minn 900 Seminarista fil-pajjiż.
Aid to the Church in Need www.acnmalta.org
Mill-1 ta’ April 1993, il-programm Ukren ta’ Radju Voskresinnya (Radju Reżurrezjoni) beda x-xandiriet tiegħu fuq ir-radju nazzjonali Ukren. Sal-lum, dan kien wieħed mill-proġetti ewlenin tal-ACN, li bħalissa jinkludu wkoll appoġġ għallmedia fil-Knisja Kattolika f’dak il-pajjiż, prinċipalment fuq ZHYVE.TV u EWTN Radio jew Radju Marija. Il-media tagħti kontribut enormi għad-djalogu interreliġjuż fil-pajjiż. Minkejja li ż-żminijiet tal-persekuzzjoni kienu sa fl-aħħar spiċċaw, l-ACN kompliet tappoġġja lill-Kattoliċi fl-Ukrajna. L-oqsma ewlenin tal-appoġġ tal-ACN f’dawn l-aħħar 10 snin jinkludu:
RIKOSTRUZZJONI: L-ACN appoġġjat il-bini u t-tiswijiet ta’ 385 knisja, 191 monasteru u 143 presbiterju.
GĦAJNUNA TA’ EMERĠENZA WAQT IL-PANDEMIJA COVID: L-ACN iffinanzjat
aktar minn 30 proġett biex ittaffi l-effetti tal-Covid-19. Dawn jinkludu spejjeż tassaħħa għas-Sorijiet li mardu bil-Covid-19, apparat tekniku għax-xandir onlajn tal-Quddiesa u offerti għallQuddies biex ikunu sostnuti s-Saċerdoti.
Aid to the Church in Need (Malta), 35, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt ittieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. VO/2227
acnmalta.org/ukraine
Mix-xellug għal-lemin- Marco Mencaglia (Direttur tal-Proġetti tal-ACN għall-Ewropa tal-Lvant), Magda Kaczmarek (Kap tas-Sezzjoni tal-ACN għall-Ewropa tal-Lvant), l-Arċisqof Volodymyr Viytyshyn (Arċisqof tad-Djoċesi ta’ Ivano-Frankivsk-UKR) u Sor Karolina Mordaka (ACN Polonja)
Is-Sorijiet tal-Komunità Qaddejja ta’ Marija Immakulata f’Boryslav għamlu ċentru ta’ għajnuna għall-persuni spostati fil-parroċċa, fejn kuljum iqassmu ikel, mediċini u ħwejjeġ, filwaqt li jipprovdu appoġġ spiritwali u materjali
Filwaqt li l-invażjoni militari tal-Ukrajna għadha għaddejja u qed tiħrax, l-Aid to the Church in Need (ACN) nediet it-tieni fażi tal-pakkett ta’ għajnuna ta’ emerġenza. Immedjatament wara l-bidu tal-gwerra, l-ACN varat l-ewwel pakkett għadDjoċesijiet kemm fil-Lvant, kif ukoll fil-Punent tal-Ukrajna.
F’din it-tieni fażi, l-ACN qed tiffoka fuq l-għoti ta’ appoġġ dirett lis-Saċerdoti, Reliġjużi u Seminaristi. Dawn ilhom jilqgħu u jieħdu ħsieb għexieren ta’ eluf ta’ persuni spostati u fi bżonn ta’ kenn u sostenn kemm fiżiku kif ukoll spiritwali, waqt li qed jippruvaw jivvjaġġaw lejn il-fruntieri ta’ pajjiżi oħra, bħall-Polonja. Skont Magda Kaczmarek, project manager tal-ACN għall-Ukrajna, din it-tieni fażi ta’ appoġġ għall-Knisja fl-Ukrajna se
ssaħħaħ l-għajnuna ta’ emerġenza għallmonasteri u l-parroċċi li qed jagħtu kenn lill-persuni spostati. Parti mill-għajnuna se tmur għax-xiri ta’ vetturi biex iwasslu ikel u mediċini li hemm bżonn b’urġenza u għattrasport ta’ persuni, kif ukoll biex jinxtraw ġeneraturi tal-elettriku ħalli jipprovdu provvisti ta’ dawl elettriku li tant hemm bżonnhom. Magda Kaczmarek qalet: “Id-dinja wieġbet b’ġenerożità għall-qagħda mwiegħra tal-poplu Ukren. Qed jintbgħatu ħafna donazzjonijiet lejn il-pajjiżi ġirien talUkrajna biex jgħinu lill-miljuni ta’ persuni spostati. Issa hemm bżonn ta’ vetturi biex l-affarijiet li dawn għandhom bżonnhom fl-Ukrajna, ħafna drabi f’postijiet li ġarrbu ħsarat kbar jew għadhom mhedda, jaslu malajr fejn hemm bżonnhom. “L-ACN kienet waħda mill-ewwel organizzazzjonijiet li diġà tat u wiegħdet
Voluntieri tal-Knisja jipprovdu ikliet sħan kuljum fl-istazzjon tal-ferrovija f’Odessa
aktar appoġġ ta’ emerġenza għall-Ukrajna, pajjiż fejn l-ACN issa ilha mat-tletin sena tiffinanzja bosta proġetti - sa minn tmiem il-Gwerra Bierda. Hu importanti li l-Ukreni jirrealizzaw li anke waqt li għaddejja l-gwerra, ħuthom fi Kristu madwar id-dinja mhux se jinsewhom. L-ACN se tkompli tfittex mezzi differenti biex tkompli tgħinhom fuq il-post u b’mod effettiv permezz tal-Knisja tal-post”.
Jekk tixtieq tibda tirċievi dan il-fuljett id-dar, jekk jogħġbok ibgħat id-dettalji tiegħek b’SMS fuq 7999 9969
L-ACN tinsab involuta direttament biex tilqa’ u tappoġġja persuni spostati li qed jaħarbu mill-Ukrajna lejn il-Polonja, permezz tal-uffiċċju Pollakk tal-Fondazzjoni. L-uffiċċju tal-Aid to the Church in Need fi Krakovja, il-Polonja, sar maħżen kbir ta’ oġġetti. Konrad Ciempka, direttur tal-faċilità, qal: “Sirna maħżen u punt ta’ appoġġ għall-persuni spostati. Qed nikkoperaw ma’ punti ta’ għajnuna oħra fil-belt u naqsmu l-informazzjoni dwar dak li għandna u dak li jonqosna.” Il-persuni spostati jirċievu appoġġ ta’ emerġenza mill-ACN fosthom ikel, ħwejjeġ u mediċini kif ukoll assistenza biex isibu xogħol, akkomodazzjoni fil-Polonja, jew ilpossibbiltà li jivvjaġġaw lejn belt jew pajjiż ieħor. Permezz tal-uffiċċju Pollakk tal-ACN, ilFondazzjoni bagħtet trakkijiet b’ikel, ħwejjeġ, sleeping bags, prodotti tal-iġjene, ħrieqi u affarijiet bżonnjużi oħra għat-tfal lejn il-Punent tal-Ukrajna, fejn persuni spostati internament, li ġejjin mil-Lvant tal-pajjiż, qed ifittxu kenn.
Fr Andrzej Paś, li jmexxi l-Uffiċċju tal-ACN f’Wroclaw, l-ewwel post ta’ għajnuna għal eluf ta’ persuni spostati li jaslu l-Polonja, qal: “Din l-għajnuna kontinwa hi essenzjali.” Fr Paś qal li t-talbiet mill-Ukrajna qed ikomplu jiżdiedu minħabba d-diffikultajiet umanitarji li kull ma jmur dejjem qegħdin jiżdiedu. Fr Paś qal: “Irridu nibgħatu aktar trakkijiet b’dak kollu li għandhom bżonn fl-Ukrajna, li sar pajjiż ta’ tbatijiet enormi.” Fr Waldemar Cisło, direttur tas-sezzjoni Pollakka tal-ACN qal li “ilkoll qed insegwu bi tħassib serju r-ritratti li jaslulna mill-Ukrajna. Naraw ritratti ta’ sptarijiet ibbumbardjati, tfal u nisa tqal imbiċċra. Dan kollu jħeġġiġna biex ngħinu lil dawn il-vittmi tal-gwerra.” Fr Cisło qal: “Fi żminijiet ta’ gwerra, il-Knisja tkun dejjem post ta’ kenn, kemm għal dawk li jemmnu kif ukoll għal dawk li ma jemmnux.” Fr Cisło qal li l-ACN trid tkompli tgħin lill-Knisja flUkrajna biex is-Saċerdoti u s-Sorijiet tagħha jkunu jistgħu jkomplu jipprovdu l-appoġġ tant meħtieġ lill-poplu ta’ Alla f’dan iż-żmien tant iebes u diffiċli.
MISSJONI FI ŻMINIJIET TA’ GWERRA: “INKOMPLU NIFFAĊĊJAW SFIDI ĠODDA” Fr Andriy Bodnaruk iwettaq il-ħidma fdata f’idejh fost familji u suldati fil-punti ta’ kontroll fi Kjiv, il-belt kapitali tal-Ukrajna. Jiċċelebra l-Ewkaristija Mqaddsa fix-xelters filwaqt li jorganizza attivitajiet biex jaljena lit-tfal mill-gwerra.
Saċerdot iżur anzjana marida f’darha
2148 7818
@acn_malta
Fr Andriy Bodnaruk jilbes bulletproof vest fuq is-suttana, jagħmel żjarat pastorali lil dawk li għażlu li jibqgħu fl-Ukrajna jew fi djar għall-persuni spostati inkella saħansitra f’djarhom stess. Waħda minnhom hi mara ta’ 90 sena, nieqsa kompletament mid-dawl, li tgħix ma’ bintha. Fr Bodnaruk iqarben lil dawk li jkunu jixtiequ u jqassam pakketti ta’ għajnuna fost dawk li jinsabu fil-bżonn.
@acn_malta
SORIJIET KONTEMPLATTIVI FL-UKRAJNA: MEZZ ĠDID TA’ SERVIZZ u Sorijiet kontemplattivi jilqgħu u jieħd tati spos i ersun lill-p ħsieb
L-uffiċċju tal-ACN fi Krakovja, fil-Polonja, inbidel f’maħżen kbir għall-oġġetti ta’ għajnuna għan-nies spostati
Dan is-Saċerdot Kattoliku Grieg qal: “Qed nagħmel dak li kont nagħmel qabel: naqdi lil Alla, lill-Knisja u lill-poplu tiegħU. B’mod speċjali nipprova nkun qrib ta’ dawk li qed jiddefendu pajjiżhom, u ta’ dawk li qed iħabbtu wiċċhom maʼ stress u ansjetà.” Fr Bodnaruk mhux qed jagħmel dan waħdu. Mijiet ta’ Saċerdoti fl-Ukrajna qed iwettqu ħidma soċjali u pastorali importanti ħafna. F’wieħed mill-istazzjonijiet ta’ taħt l-art fil-belt, li bħalissa qed jintuża wkoll bħala xelter kontra l-attakki mill-ajru, is-Saċerdoti mill-Knisja Kattolika Griega Ukrena jiċċelebraw regolarment l-Ewkaristija Mqaddsa. Saċerdot iqaddes, filwaqt li ieħor iqarar. Bħal ħafna knejjes tar-Rit tal-Lvant, il-Kattoliċi Griegi jagħtu permess għallordinazzjoni ta’ rġiel miżżewġa, u Fr Bodnaruk għandu mara u tfal. Huwa spjega li l-familja tiegħu kienet sfurzata tmur tgħix lejn il-Punent tal-Ukrajna. Fr Bodnaruk qal: “Peress li kellna nħallu kollox fi Kjiv, kellna nixtru l-bażiku kollu li kellna bżonn biex inkunu nistgħu ngħixu.” Sfortunatament,
Aid to the Church in Need Malta
f’dawn il-kundizzjonijiet diffiċli, il-flus jispiċċaw malajr. Dak kollu li kellu mfaddal dam biss sa tmiem l-ewwel xahar tal-gwerra. Hu qal: “Ma nafux kemm se ddum din issitwazzjoni, u dan hu skoraġġanti ħafna. Xi drabi, minħabba l-għejja u t-tensjonijiet, jibdew jidħlu d-dubji u jkun se jibda l-paniku. Fr Bodnaruk qal: “Minkejja l-appoġġ kbir li tagħtina l-ACN, qed inkomplu niffaċċjaw sfidi ġodda. Per eżempju, peress li m’għandix mezz ta’ trasport, ħafna drabi niddependi fuq l-għajnuna u d-disponibbiltà ta’ ħaddieħor biex inwassal pakketti tal-ikel u nwettaq il-ministeru saċerdotali tiegħi.” It-trasport qed jiswa dejjem aktar flus, għax il-prezzijiet tal-fjuwil għolew u hemm skarsezza ta’ fjuwil peress li jinżamm l-aktar għall-militar u servizzi urġenti oħra. Fr Bodnaruk qal: “Ikollna nistennew fi kjuwijiet twal fil-pompi tal-petrol biex niksbu l-fjuwil ħalli nkunu nistgħu nżuru l-komunità tagħna mifruxa madwar il-belt, namministrawlhom is-Sagramenti Mqadssa u ngħinuhom kemm nistgħu f’dak li jkollhom bżonn.”
Mijiet ta’ familji filbżonn li qed jaħarbu millgwerra fl-Ukrajna qegħdin jintlaqgħu mis-Sorijiet fejn jingħataw kenn fil-monasteri u l-klawsuri tagħhom. IlBenedittini kontemplattivi ta’ Solonka, qrib Lviv, fl-Ukrajna, fetħu l-bibien tal-monasteru tagħhom għan-nies milquta mill-gwerra. Sor Klara qalet: “Matul l-ewwel ftit ġimgħat tal-gwerra kien hemm ħafna moviment fil-monasteru tagħna. Ħafna nies ġew minn diversi bliet differenti fl-Ukrajna. L-aktar li kien hemm kienu tfal, u nisa akkumpanjati minn żwieġhom biex jgħinu lill-familja taqsam il-fruntiera, u wara jmorru lura biex jiddefendu lil pajjiżhom”. Roman, Anna u ż-żewġt itfal tagħhom, tifel ta’ seba’ snin u tarbija ta’ xahar, huma waħda mill-familji li bħalissa qed jgħixu f’Solonka. Iddeċidew li jaħarbu mill-gwerra billi jmorru Lviv, iżda meta waslu indunaw li l-belt kienet diġà ffullata żżejjed u ma kienx hemm post għalihom. Anna sabet post mal-art f’dar għall-ommijiet u t-tfal, iżda dan ma kienx dak li xtaqet, speċjalment peress li t-tarbija tagħha kienet għadha daqstant ċkejkna.
Soru konte m flimkien m plattiva a’ familja sp ostata
Frustrati bissitwazzjoni bdew iduru minn post għal ieħor, iżda ħadd ma seta’ jgħinhom. Fl-aħħar straħu ftit fuq bank, eżawriti. It-tarbija kesħet u ma kinux jafu x’se jlibsuha. Fil-pront, Soru resqet lejhom u staqsiethom: “Għandkom post fejn toqogħdu? Hemm xi ħadd li qed jistennikom?” Huma wieġbu fin-negattiv, u qalu lis-Soru li kienu qalbhom maqtugħa. Is-Soru ssuġġeriet li jmorru jistkennu fil-monasteru tagħha, fejn ingħataw kamra nadifa, ikel, ħwejjeġ u ħalib tattrab għat-tarbija. Anna imtliet bil-ferħ: “Se nibqgħu niftakru dan il-mument, u nkunu grati għalih għal ħajjitna kollha.” Għalissa s-Sorijiet ħallew il-klawsura u s-skiet fil-ġenb, għax jemmnu li f’dan iż-żmien, dan hu dak li Alla jrid minnhom: “Dan hu l-mod kif il-komunità tagħna taqra s-sinjali taż-żminijiet, u issa dan hu l-mod ta’ kif qed inħarsu lejn il-ħidma fdata f’idejna.”
Inti tista’ toffri donazzjoni billi żżur www.acnmalta.org/donate jew permezz tal-APS IBAN: MT72 APSB 7705 7008 5772 2000 1771 733
acnmalta.org
acnmalta.org/ukraine
L-ACN FIL-POLONJA: L-EWWEL POST TA’ GĦAJNUNA GĦAL MIJIET TA’ ELUF TA’ PERSUNI SPOSTATI