Programm milied 2014

Page 1

+ L-Iben t'Alla sar bniedem

m m a r g o r P 4 1 0 2 d e Mili

www.museumbnietsiggiewi.co.nr www.facebook.com/museumbnietsiggiewi


Mill-Pinna tas-Superjura . . .

Għeżież Ġenituri,

Il-Paċi magħkom. Bil-għajnuna t’Alla qed jerġa’ jersaq fuqna ż-żmien sabiħ tal-Milied, żmien li jfakkarna fil-miġja ta’ Ġesù Bambin fostna. F’dawn ilġranet naħsbu ħafna fir-rigali, parties, vaganzi u rikreazzjoni li se jkollna, imma forsi ftit naħsbu fuq ir-rigal li se nagħtu lil Ġesù. Alla l-Missier ta lil Ibnu għalina – din hi l-oriġini tar-rigali. Tana kollox, ma qagħadx jikkontja u jikkalkula, ma kellux jagħmel lista biex ma jinsa lil ħadd għax inkluda lil kulħadd! Aħna x’rigal bi ħsiebna nagħtu lil Ġesù? Wara kollox il-Milied hu festa tiegħu u lilu jixraq l-isbaħ u l-aqwa rigal. Tajjeb li lkoll kemm aħna naraw x’qed jitlob minna Alla biex noffruha lil Ibnu bħala rigal. Jista’ jkun li qed jitlob minna biex naħfru lil xi ħadd li naqasna; li nersqu iżjed lejn Ġesù Ewkaristija jekk hu possibbli fil-quddiesa ta’ kuljum; li naħsbu iktar fl-oħrajn speċjalment dawk li qed ibatu; li nersqu aktar lejn is-sagrament tal-qrar biex inħossu l-paċi tiegħu.... Jekk nirriflettu ftit żgur li nsibu dak ir-rigal li Ġesù qed jistenna mingħandna f ’dan il-Milied. Ejja ma nħalluhx diżappuntat imma noffruhulu bil-qalb u mill-qalb biex verament inħossu l-veru ferħ tal-Milied flimkien mal-familji u l-ħbieb tagħna. F’isem sħabi nixtieq lilkom u lill-familji tagħkom Milied Qaddis u Sena ġdida mimlija b’hena u paċi tal-Mulej.

Il-Paċi magħkom.

Joyce Borg Superjura


It-Tnejn 8 ta’ Diċembru 2014 Ma jkollniex lezzjoni.

Il-Ħamis 11 ta’ Diċembru 2014, fis-6.00pm Lezzjoni tal-Katekiżmu bħas-soltu.

It-Tnejn 15 ta’ Diċembru 2014, fis-6.30pm - Novena l-Knisja Dan il-jum tan-novena huwa ddedikat b’mod speċjali għat-tfal. Għalhekk importanti li nattendu bħala familja waħda. Wara l-quddiesa jkun hemm feature b’riflessjonijiet għal dan iż-żmien tal-Milied.

Il-Ħamis 18 ta’ Diċembru 2014, fis-6.00pm Reċta tal-Milied. Mistiedna l-ġenituri tat-tfal li jattendu l-Museum sal-5 Sena (Year 6). It-tfal tal-klassi Infantili u l-1 Sena (Year 2) tal-Katekeżi jistgħu jilbsu bil-libsa tagħhom ta’ anġlu.

It-Tnejn 22 ta’ Diċembru 2014, fis-6.00pm - Premjazzjoni Min ma jieħux il-premju dakinhar, nistgħu nerfgħuhulu biss sal-Erbgħa 24 ta’ Diċembru. Għalhekk ħabirku li tieħdu l-Bambin id-dar qabel il-Milied!

It-Tlieta 23 ta’ Diċembru 2014, fil-5.30pm - 7.00pm Party għat-tfal kollha sal-5 Sena (Year 6). Minflok jinġieb ikel, min jixtieq jista’ joffri donazzjoni żgħira biex intaffu mill-ispejjeż tal-party u l-ikel jiġi ordnat.

L-Erbgħa 24 ta’ Diċembru 2014, fil-5.30pm - 7.45pm Lejliet il-Milied It-tfal kollha jinġabru l-Museum għad-Dimostrazzjoni tal-Bambin. Inħeġġu lill-ġenituri biex jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni li tispiċċa l-knisja fejn ikun hemm kant, poeżiji u tlugħ ta’ rigali. It-tfal huma mħeġġa jilbsu ta’ ragħajja jew anġli u jġibu l-fanali.


It-Tagħlim tal-Katekiżmu jkompli b’mod regolari minn nhar

il-Ħamis 8 ta’ Jannar

Nixtieqilkom Milied hieni mimli bil-barka u hena li jaf jagħti biss Ġesù Bambin. NB: Filwaqt li nirringrazzjawkom tal-fiduċja u r-rispett li dejjem urejtuna, nixtiequ ninfurmawkom li bħas-snin l-oħra mhux se naċċettaw rigali personali. Inħeġġukom biex titolbu għalina biex inkomplu nagħmlu dan l-appostolat għall-ikbar glorja t’Alla.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.