Il-Karmelu
RIVISTA TA’ KULL TLIET XHUR MAĦRUĠA MIR-RELIĠJUŻI KARMELITANI MALTIN
SENA 78 NUMRU 3 LULJU / SETTEMBRU 2013
Il-Karmelu Newspaper post VAT Reg. No. MT 13111621
Editur: Sur Stefan Attard Kittieba f’din il-ħarġa: P. Maurice Abela, O.Carm., P. Glen Attard O.Carm., P. Charlo` Camilleri, O.Carm., P. Anthony Cilia, O.Carm., Norbert Cutajar, P. Michael Farrugia, O.Carm., Mario Gerada, Sr Veronica Gerada, ASGM, P. Garvin Grech O.Carm., Alvin Vassallo.
Fil-faċċata: Werqa fil-Ħarifa: I Il-Werqa sa mill-qedem saret issimbolu tal-ferħ. Fil-Bibbja l-weraq imwaqqa’ huwa simbolu tal-mewt u t-taħsir tad-dnub (Iż. 1:30; Ġer. 8:13). Madanakollu l-weraq niexef jintuża wkoll bħala mediċinali biex idewwi l-ġerħat. Fil-Ħarifa, li fiha niċċelebraw l-għeżież mejtin tagħna tajjeb niftakru li l-mewt frott id-dnub, fil-ħsieb oriġinali tal-Ġenesi mhijiex kastig ta’ Alla, imma duwa għall-qgħada msejkna tagħna. San Pawl jitkellem ukoll dwar il-mewt bħala ħelsien mill-kapaċita’ li nidinbu. Fil-ħajja spiritwali aħna msejħin biex immewtu ġo fina l-bniedem il-qadim u nilbsu l-bniedem il-ġdid fil-ħajja ma’ Kristu.
Werrej
Direzzjoni u Amministrazzjoni: Il-Karmelu, Kunvent tal-Karmnu, Triq it-Torri, Tas-Sliema. SLM1600. MALTA. tel: 99071302. Abbonament għal sena: Ordinarju 5 € Sostenitur 10 € Disinn u Arti grafika: Sur Stefan Attard Issettjar u Stampar: PrintIt Printing Services KW3, Corradino, Żona Industrjali, Ir-Raħal Ġdid. PLA 3000. MALTA. Tel: (+356) 21894446/7/8 Imejl: fjones@printit.com.mt Web: www.printit.com.mt
Aħbarijiet mill-Provinċja Karmelitana Maltija 2 Ir-Regula Karmelitana 4 The Carmelite Priory Mdina 6 P. Hugh Mallia 8 Fuq l-Istat Reliġjuż 11 Lectio Divina 12 L-Iżvilupp tar-Rużarju Karmelitan 16 Identities and Other Migrations... 18 Il-Mistika Marjana Karmelu 23 L-Ittra tal-Papa lil-Kapitlu Ġenerali Karmelitan 24 Missjoni Karmelitana fil-Bolivja 27
Il-Kelma tal-Provinċjal
Editorjal
Il-ħtieġa tas-skiet
Meta nirrifletti fuq l-istaġuni tas-sena, nintebaħ kemm dawn huma xbieha talistaġuni tal-ħajja tagħna, kif ukoll dik spiritwali. Kull staġun huwa importanti. Kif wieħed isir aktar konxju ta’ dak li jgħaddi ġo fih u madwaru, donnu jilmaħ it-taħrik tal-ispirtu f ’kull staġun tal-ħajja u jiftaħ spazju biex jikber aktar psikoloġikament u spiritwalment.
Min jaf kemm il-darba ngħidu “għandi bżonn nieqfa ftit millħajja mgħaġġla ta’ kuljum biex indur dawra miegħa nnifsi”. Fiż-żmienijiet ta’ ħajja mgħaġġla mdawwra b’ħafna ilħna bilkitba u bil-kliem ftit li xejn il-bniedem qiegħed ikollu żmien jieqaf jaħseb dwar ħajtu. Fl-istess waqt il-bniedem qiegħed iktar iħoss il-ħtieġa tal-kwiet u l-ġabra u għalhekk hemm bżonn il-bniedem jiskott biex ikun kapaċi jisma’, hemm bżonn il-bniedem jisma’ biex ikun kapaċi jwettaq dak li huwa sewwa. Il-Mulej għadda mill-ħajja tal-Profeta Elija, fis-skiet ta’ żiffa ħelwa u l-Anġlu Gabrijel fil-ħemda tad-dar wassal l-aħbar talMulej lill-Marija li ser issir Omm Alla. Minn dawn l-eżempji mill-Iskrittura, naraw li l-Mulej jiġi jgħammar fis-skiet u fil-ġabra tal-qalb u tal-moħħ talbniedem. Żgur li s-skiet u l-ġabra jressqu iktar il-bniedem lejn Alla u żgur li l-bniedem ikun iktar kapaċi jiddixxerni l-kelma ta’ Alla f ’ħajtu. Għalhekk żgur ukoll li f ’kull ambjent tas-soċjeta li ngħixu fih hemm bżomm tas-skiet mill-kliem u tas-skiet mill-istorbju ta’ ħafna ilħna. Skiet ieħor li aħna rridu nfittxu huwa dak ta’ waqt it-talb tagħna. Xi minn daqqiet fit-talb tagħna, aħna nitolbu l-iktar dak li għanda bżonn, imma iktar huwa mportanti li aħna nagħtu widen għal dak li Alla għandu x’jgħidilna fiċċirkustanżi ta’ ħajjitna. Għaliex kif diġa rajna, Alla jitkellem fejn hemm is-skiet u jwieġeb fejn hemm is-smiegħ u b’hekk aħna naslu iktar biex napprezzzaw is-skiet u nfittxu iktar s-skiet.
Ili ħames snin li li ġejt lura Malta millĠermanja, fir-reġjun hekk msejjaħ “IlMasġar l-Iswed”. Hemmhekk, it-tibdil fl-istaġuni jidher b’tali mod li ma tistax ma tinnotahx! (Mill-kuluri ħodor tas-sajf għall-ilwien ħomor u oranġjo li ġġib magħha l-ħarifa.) Qisu hawn Malta, din il-bidla mhix daqshekk ovvja għax wieħed irid joqgħod attent biex jara d-differenza fil-kuluri li n-Natura tagħtina hekk kif nidħlu fil-Ħarifa. Għaldaqstant, l-istess tibdil fir-ritmu ta’ dan l-istaġun, iġegħlna nieqfu ftit nirriflettu u nħallu warajna dak li mhux meħtieġ u b’hekk noħolqu spazju għal affarijiet ġodda. Hekk kif is-Sajf jasal fi tmiemu, aħna wkoll ninġabru f ’rutina aktar stabbli ta’ xogħol, familja u talb. Forsi, għal xi wħud, din tfisser inqas ħruġ u ġiri barra u aktar ħin ta’ ġabra li tgħin biex wieħed jirrifletti minn fejn ġej u ’l fejn sejjer.
Ejjew nersqu qrib dan l-għejjun tas-skiet fil-kelma ta’ Alla ħalli b’hekk tassew insibu l-mistrieħ fir-ruħ u l-paċi fil-qalb.
Għal darb’ oħra, f ’din il-ħarġa tal-Karmelu, insibu artikli miktuba b’tant ġenerożità millkittieba u li jgħinuna noħolqu dan l-ispazju sabiex nirriflettu u nitolbu. Speċjalment, f ’dawn ix-xhur li ġejjin, nitolbu l-interċessjoni tal-Madonna tal-Karmelu. Nittama li ngawdu mill-materjal formattiv li jista jgħinna nagħrfu dejjem aktar il-ħajja u l-familja għażiża Karmelitana.
P. Michael Farrugia O.Carm. Pirjol Provinċjali
Stefan Attard Editur
Il-ħajja tal-Karmelu u fil-Karmelu hija ġnien fejn fis-skiet il-bniedem jiskopri l-kelma ta’ Alla li tgħammar fostna ħalli turina u tgħallimna dwar l-imħabba ta’ Alla. Fit-tradizzjoni u fl-ispirtwalità karmelitana, aħna nsibu għejjun ta’ għajnuna biex inkun kapaċi ngħixu s-skiet u biex ikollna l-paċi tal-qalb u s-serħan tal-moħħ.
Aħbarijiet mill-Provinċja Karmelitana Maltija Kapitlu Ġenerali
Ordinazzjoni Presbiterali L-Erbgħa 3 ta’ Lulju 2013, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, saret l-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ disa’ djakni minn Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona OP. Fosthom ġie ordnat saċerdot għal dejjem Patri Glen Attard O.Carm. Patri Glen tgħammed fil-Bażilka ta’ Marija Bambina, l-Isla u trabba Ħ’Attard. L-istudju sekondarji tiegħu għamilhom fil-kulleġġ talKarmelitani Santa Venera. Huwa ħa l-formazzjoni reliġjuża tiegħu fid-Dar tal-Formazzjoni fil-Kunvent tal-Balluta, u s-sena tan-Novizzjat għamilha fil-Kunvent ta’ Salamanca, Spanja. L-istudji tiegħu komplihom fl-Universita’ ta’ Malta u fl-Universita’ Pontifiċja Gregorjana. Fil-preżent huwa membru tal-komunita’ karmelitana tal-Imdina. Patri Glen għamel il-quddiesa solenni ta’ ringrazzjament il-Ġimgħa 2 t’Awwissu, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Ħ’Attard. Nifirħu lil Patri Glen u nawgurawlu li jkun saċerdot kif jixtieq il-Mulej.
Aħbarijiet miġbura minn Maurice Abela, O.Carm.
2
Il-Karmelu
Glen Attard waqt l-Ordinazzjoni Saċerdotali
Ġublew Saċerdotali Nhar il-Ħamis 4 ta’ Lulju 2013, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, saret konċelebrazzjoni immexxija minn Monsijur Arċisqof Pawl Cremona OP, flimkien ma’ diversi saċerdoti li ġew ordnati ħamsa u għoxrin sena ilu. Fosthom hemm Patri Hermann Duncan O.Carm., li fil-preżent qed jifforma parti mill-Komunita’ Karmelitana talFgura. Nifirħu lil Patri Hermann u nawgurawlu għal ħafna iktar snin fil-qadi tal-Mulej.
LULJU / SETTEMBRU 2013
Bejn it-2 u l-21 ta’ Settembru 2013, f ’Sassone, Ruma, ġie ċelebrat il-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni Karmelitan. Din hija laqgħa importanti għallOrdni kollu li ssir kull sitt snin. It-tema’ ta’ dan il-Kapitlu kienet: Kelma ta’ tama u salvazzjoni: Ngħixu l-kariżma u l-missjoni tal-Karmelu illum. Mill-Provinċja Karmelitana Maltija f ’dan il-Kapitlu ħadu sehem: il-Provinċjal Patri Michael Farrugia, żewġ delegati magħżula mill-Provinċja: Patri Mark Attard u Patri Alexander Vella, il-Kummissarju Provinċjali tal-Bolivia Patri Garvin Grech, kif ukoll Patri Charles Mallia, li ta sehemu bħala traduttur. Waqt dan l-istess Kapitlu Patri Michael Farrugia kien espert tal-Liġi tal-Knisja, Patri Mark Attard kien moderatur, u Patri Alexander Vella kien membru
a tal-Kummissjoni Teoloġika u l-Kummissjoni li fformulat ilmessaġġ finali tal-Kapitlu. Waqt dan il-Kapitlu saru diversi diskussjonijiet dwar il-preżent u l-futur tal-Ordni. Saru wkoll l-elezzjonijiet għat-tmexxija tal-Ordni għas-sitt snin li ġejjin. Dawn ir-Reliġjużi ġew eletti għal dawn l-Uffiċċji: Patri Ferdinand Millan Romeral - Pirjol Ġenerali Patri Christian Koerner - Viċi Pirjol Ġenerali
Patri Michael Farrugia Prokuratur Ġenerali Patri Carl Merkelz - Ekonomu Ġenerali Patri Conrad Mutizamheeo Kunsillier Ġenerali għall-Afrika Patri Raul Maravi Cabrera - Kunsillier Ġenerali għallAmerika Patri Benny Phangkongwing - Kunsillier Ġenerali għall-AsjaAwstralja-Oċejanja Patri John Keating - Kunsillier Ġenerali għall-Ewropa
Il-Provinċjal magħżul bħala Prokuratur Ġenerali Waqt il-Kapitlu Ġenerali talOrdni, fit-12 ta’ Settembru 2013, il-Provinċjal Patri Michael Farrugia ġie magħżul bħala Prokuratur Ġenerali talOrdni tagħna. Ix-xogħol talProkuratur Ġenerali huwa dak li f ’isem il-Pirjol Ġenerali jieħu ħsieb ix-xogħol kollu tal-Ordni li għandu x’jaqsam mas-Santa Sede. Nawguraw lil Patri Michael għal dan is-servizz tant importanti li ġie magħżul biex jagħti, u nirringrazzjawh taż-żmien li għamel bħala Provinċajal talProvinċja Karmelitana Maltija.
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
3
SPIRITWALITÀ KARMELITANA
Ir-Regula Karmelitana GĦAJN TAL-ISPIRITWALITÀ KARMELITANA
It-test tar-Regula, flimkien ma’ dokumenti uffiċċjali oħrajn tal-istess epoka, huma importanti għaliex jgħidulna kif l-ewwel Karmelitani affaċċjaw l-iskrutinju ta’ Ordnijiet Reliġjużi oħrajn u kif spjegaw min huma quddiemhom. Ir-Regula, fil-fatt, iġġib flimkien it-tradizzjonijiet spiritwali li semmejna qabel biex tagħtina l-mod tagħna kif aħna l-Karmelitani naħsbu fuq il-kontemplazzjoni. Għalkemm ir-Regula qatt ma ssemmi l-kliem kontemplazzjoni jew ħajja kontemplattiva, madanakollu titkellem b’mod ċar dwar din ir-realtà waħda, komuni għal kulħadd, li semmejna fil-bidu, tal-vjaġġ tar-ruħ lejn Alla. Il-vjaġġ li għamlu l-ewwel Karmelitani ’l barra mill-Art Imqaddsa, minn fuq l-Għolja tal-Karmelu fisser li għalkemm sabu ruħhom ’il bogħod mill-post fejn ħadu isimhom, xorta ħadu biċċa mill-Karmelu magħhom. IlKarmelu sar jirreferi mhux tant għal post fiżiku iżda minn mindu r-ritorn għallArt Imqaddsa sar impossibbli minħabba l-invażjoni tasSeraċini l-Karmelu sar post jew aħjar spazju spiritwali u mistiku. Dawk kollha li jidħlu f ’dan l-ispazju mistiku tal-Karmelu huma tassew Karmel-itani. Il-Venerabbli Ġwann ta’ San Sansun jikteb hekk, We must assume that the places where we live are so many Mount Carmels. And we must consecrate them to the extent possible to us with a very lively, very fervent, and very active desire for holiness,
4
Il-Karmelu
in accordance with the true spirit of our First Fathers and Founders. For their strict solitariness would not have been holy if they had not totally abandoned themselves to the influence of God’s Spirit. But because they did not erect any barrier against these influences they became very holy. And they made an enormous effort avtively, and with all their powers, to flow back into God, completely faithful to the abundance of his grace and his Spirit. Ir-Regula Karmelitana nistgħu naqrawha fuq diversi livelli. Minn aspett spiritwali, kif qegħdin ngħidu, it-test tarRegula jħeġġeġ lill-Karmelitan biex joħloq spazju għal Alla. Tipproponi mixja ta’ ħajja interjuri (u esterjuri wkoll) li fiha r-ruħ tista’ ssib lil Alla, jew aħjar, li fiha Alla jkun jista’ jsib lir-ruħ. Din il-mixja tibda mill-esterjuri u timxi dejjem aktar ’il ġewwa, lejn ilqalba tal-qalb. Din il-mixja ta’ interjorizzazzjoni hija mixja li permezz tagħha nidħlu bil-mod il-mod f ’dan l-ispazju mistiku li fih niltaqgħu ma’ Alla.
LULJU / SETTEMBRU 2013
*** … in obsequio Ihesu Christi vivere debeat et eidem fideliter de corde puro et bona conscientia deservire; [kull wieħed] għandu jgħix f’ubbidjenza lejn Ġesù Kristu u jaqdih b’qalb safja u b’kuxjenza tajba (Regula, 2). Il-kelma obsequium titfagħna mill-ewwel fil-kuntest tassoċjetà fewdali li fiha kull klassi kellha turi l-fedeltà tagħha għal klassi ogħla. Obsequium allura kien il-ġest – flus, bhejjem, art, xogħol, eċċ – li bih il-persuna kienet turi lilha nnifisha leali, aċċettata, obbligata, u f ’ubbidjenza għall-vassal jew issinjur tal-art. Għal Karmelitani, is-Sinjur talArt, Dominus loci, huwa Ġesù Kristu li ma jitlobx l-ewwel u qabel kollox ġid materjali mingħandna iżda l-ħajja interjuri tagħna. Ninnutaw tliet mumenti importanti għallkontemplazzjoni Karmelitana (K. Waaijman, Mystical Space, 49-53): (i) Ħafna drabi u b’ħafna manjieri: tindika l-mument messjaniku fil-ftuħ talIttra lil-Lhud u toħloq ċerta tensjoni bejn iż-żminijiet l-imgħoddija meta “Alla kellem lil missirijietna ħafna drabi u b’ħafna manjieri permezz tal-profeti” u ż-żminijiet t’issa meta “f ’dan l-aħħar żmien huwa kellimna permezz ta’ Ibnu” (Lhud 1:1-2). Li tfisser din it-
tensjoni hija d-dinamika ta’ Alla li xi kultant jinħeba mir-ruħ taħt xbiehat jew simboli u xi kultant juri lilu nnifsu. Iż-żminijiet tagħna, mela, huma ż-żminijiet messjaniċi fis-sens li Ġesù wera lilu nnifsu bħala l-unika ikel dehen tar-ruħ u l-bieb li permezz tiegħu r-ruħ tista’ tidħol f ’komunjoni sħiħa m’Alla. (ii) B’qalb safja u kuxjenza tajba: Din hija frażi pawlina meħuda minn 1Tim 1:5. Is-safa tal-qalb għandha l-iskop li tħejji lirruħ biex tirċievi lil Alla. Hekk kif il-bidwi jaħrat l-għalqa, jiġifieri jnaddafha mill-ġebel u l-ħaxix ħażin biex f ’dil-ħamrija ż-żerriegħa tkun tista’ tikber sew, hekk ukoll ruħna li jeħtiġilna nnadfuha, insaffuha, minn dak kollu li ma jħallix iż-żerriegħa tal-Kelma t’Alla tieħu l-għeruq u tagħmel il-frott. Fi kliem ieħor, din is-safa tal-qalb hija t-triq li taqbad ir-ruħ għallkontemplazzjoni. Kif jgħid Cassian fil-Konferenzi, It is impossible for an unclean soul to acquire spiritual knowledge, no matter how hard it labours at the reading of the Scriptures. No one pours some rare ointment or the best honey or a precious liquid into a foul and filthy container … So it goes with the container which is our heart. If it has not first been cleansed of all the foulest contagion of sin it will not deserve to receive that perfume of benediction
(Cassian, Conferences, 20.5). (iii) F’ubbidjenza lejn Ġesù Kristu u fedelment [kull wieħed] jaqdih: Għal darb’oħra, dil-frażi pawlina hija referenza diretta għal 2 Kor 10:4-6, li tgħid, L-armi tagħna għall-ġlied m’humiex tad-dinja; iżda għandhom il-qawwa ta’ Alla biex iġarrfu l-fortizzi. Aħna nwaqqgħu kull raġunament u kull kburija li tqum kontra l-għarfien ta’ Alla u njassru kull ħsieb għallubbidjenza lil Kristu. Aħna lesti biex nikkastigaw kull diżubbidjenza meta tkunu obdejtu għalkollox. It-test ta’ San Pawl qiegħed jitkellem dwar l-għerf ta’ Alla u l-bidla li hemm bżonn ngħamlu fir-raġunamenti u fl-immaġinazzjonijiet tagħna l-bnedmin biex nibdew naħsbu kif jaħseb Alla u nkunu totalment ikkonċentrati fuq Kristu, li huwa l-għajn ta’ kull ma nistgħu nkunu nafu dwar Alla. Kif diġà għedna, l-ubbidjenza (obsequium) iġġegħilna niffukaw totalment fuq xi ħadd Ieħor ’il barra miċċentru egoist tiegħi, jiġifieri fuq Kristu. Fi kliem ieħor, il-qima tiegħi nnifsi, bħal kelb jilgħaq il-ġrieħi tiegħu (Lq 16:21), tispiċċa. Meta Kristu jkellimni, nisma’. Meta jħares lejja, nerfa’ widnejja għax jiena tiegħu. Mela f ’din l-ubbidjenza aħna nsiru qaddejja (deservire) jew aħjar
Il-Karmelu
nikkonsagraw ruħna lil Alla. Dan ifisser li aħna fedelment (fideliter) nirriżervaw l-aħjar li għandna u l-aħjar li aħna għal Alla biss. Bħal Tempju kkonsagrat għal Alla, hekk ukoll ruħna li niddedikawlha spazju biex fih timrah u ssir taf dejjem iżjed lil Alla. U dan l-ispazju huwa kontemplattiv għaliex jiftaħ spazju f ’qalbna biex inħarsu fiss lejn is-smewwiet, mnejn ġej ilMessija, u niddixxernu r-rieda ta’ Alla. Mela diġà fl-ewwel ftit linji tar-Regula, it-test jixħetna f ’dimensjoni eżistenzjali għaliex turina kif - il-kontemplazzjoni hija Kristoċentrika, kollox ġej u kollox jerġa’ jmur fi Kristu - il-kontemplazzjoni hija mgħejxa f ’tensjoni eżistenzjali bejn iż-żminijiet li fihom Alla jinħeba u dawk li fihom Alla juri llilu nnifsu lir-ruħ - il-kontemplazzjoni hija l-għotja ta’ ħajjitna li fiha aħna nsiru qaddejja fidili - il-kontemplazzjoni hija t-tindif ta’ qalbna biex fis-safa u t-tjubija tkun tista’ tilqa’ lil Alla li huwa bħal għasel ħelu għar-ruħ - il-kontemplazzjoni hija l-konsagrazzjoni tagħna nfusna, jiġifieri d-dedikazzjoni tat-Tempju ta’ ruħna biex fih niddixxernu r-rieda ta’ Alla. Glen Attard, O.Carm. LULJU / SETTEMBRU 2013
5
LAJKAT KARMELITAN
The Carmelite Priory Md like an island, an oasis, An Augustinian sister studying Carmelite spirituality may seem a rather odd combination. One of my colleagues at work asked me if I have changed teams, and various people still tease me about becoming a Carmelite. This always manages to make me smile inwardly.
I am happily Augustinian, in love with Carmelite spirituality. Pope Francis who is happily Ignatian, in love with Franciscan spirituality proves my madness right. This exploration of a different spirituality from the one I was formed in, has proved a source of great enrichment to me, in many various ways. For this I am very grateful to the Carmelites who have not only provided me with a solid academic formation in their spirituality through lectures at the Carmelite Institute in Mdina, but they have also supported me and still do with so many opportunities to assimilate this spirituality in my life. During these two years in which I have been studying at the Carmelites, I have seen the
6
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
Carmelite Priory in Mdina become a space where people who are very different from each other, but who are all seeking to quench their thirst for God, find what they are looking for. Some of these people feel that there is no place for them in the Church, but here they have found a Church who is a Mother that welcomes all of her children without any exception, and a Sister who accompanies them from the place they are in, to the place they want to be. In the interview he gave to Antonio Spadaro, S.J., Pope Francis spoke about how he dreams the Church to be. Reading his words, I did not need to imagine how the Church would be if she did really follow his dream; I am already witnessing this Church at the Priory. Listening to lectures during my course on Carmelite Spirituality, I knew I wanted more of this even when the lectures were over. Already during my last year of lectures, I started attending spiritual seminars, Lectio Divina on Scriptures as well as Carmelite Mystical texts and retreats which were being organised by the Fathers at the Priory. This gave me also the opportunity to become part of the community which was growing at the Carmelites in Mdina. As an Augustinian, the sense of community is very strong in me. In a nutshell, to be an Augustinian is to search for God with others. Until now I searched for God almost exclusively with my Augustinian sisters,
REĊENSJONI
dina: something a Noah’s ark... who share the same spirituality. Being part of the community at Mdina, made up of Carmelite friars as well as lay persons, coming from various walks of life, has opened me to a greater reality. In this community there is no difference between religious and lay persons, we are all pilgrims; as Augustine would put it: we are beggars knocking at God’s door. We explore the Word together, we discuss Mystical texts and we share our insights as brothers and sisters. Through this community, I am being enriched in my Augustinian experience which values community as a primary means in our search for God. Augustinians know that to be Augustinian you cannot be solo; you must be at least two. The opportunity to introduce some Augustinian sisters to this community, opened up through the Liturgy. During retreats I had the opportunity to experience the Liturgy as celebrated by the Carmelites in Mdina. I appreciated the sense of great silence and sacredness, and I experienced the Liturgy as a sacred space, which helps me recollect myself and pray. So when I was asked by one of the Carmelite priests if I could form a choir for the Easter Tridum, with a group of our students, I gladly consented. I knew it could be a great opportunity for the girls to experience the sacredness of the liturgy and at the same time, as I needed the help of other sisters, I could share what I was receiving with these sisters too. Augustinian-Carmelite co-operation did not end with the Easter Tridum. After that we decided to start organising a Saturday Mass for youth once a month and in summer we offered a community and voluntary work experience to twenty of our 14 year old students. Sisters together with students lived together in the Carmelite house at Lunzjata for five days. In the mornings we offered our service to the community in Mdina and in the evenings we sang during the Liturgy in preparation for the feast of Our Lady of Mount Carmel. It was an enriching experience for all
of us who took part in it and so we intend to create other similar opportunities. Following this experience some sisters have started attending Lectio Divina with me. So I am not solo anymore! At times we hear about how difficult it is for different groups and Religious Orders in the Church to co-operate with each other. Maybe the problem is that many times we feel we need to protect our identity and egoistically we think that by working on our own we can strengthen ourselves without losing the energy on others. In reality co-operation proves to be a great enrichment which strengthens us in our own identity, while putting what is ours at the service of others in the Church. The secret is openness on both sides. At the Carmelite Priory, we Augustinian Sisters have found the opportunity for co-operation, between Religious men and women of two different Orders, simply because the Carmelites there are not attached jealously to their own spirituality or resources, or premises; everything they have, has been put at the service of the people. When you have nothing of your own, then you have nothing to protect, and you become capable of offering a space to everyone, creating communion while respecting diversity. In a conversation, Pope Benedict XVI had with Peter Seewald, the Pope Emeritus states that in today’s society we need to create: “something like islands where faith in God and the interior simplicity of Christianity are alive and radiant; oases, Noah’s arks, to which man can always come back for refuge.” In its humble simplicity, the Carmelite Priory in Mdina has truly become an oasis, a space where today’s people so thirsty and hungry for the sense of sacredness and for God’s Beauty and Goodness, can find what they need to satiate their thirst and satisfy their hunger to be able to go on in their spiritual journey. I am sure that if Pope Francis and Pope Benedict had to come to the Priory, they would immediately feel at home. Veronica Gerada, ASGM
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
7
PAĠNA LETTERARJA
Ħabib u Maħbub tal-Poe P. Hugh Mallia Fid-29 ta’ Lulju 1956 kien ordnat saċerdot fi ħdan il-provinċja Karmelitana taħt it-titlu ‘L-Ordni tal-Aħwa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja talKarmelu’, mill-Isqof Ġużeppi Pace, fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Minuri (Cassar 9). Patri Mallia miet f ’Dublin fis-27 ta’ Frar 2005. Qabel ma nġieb Malta kellu funeral f ’Dublin fit-3 ta’ Marzu, bi knisja mimlija nies li turi kemm kien maħbub min nies, “tant li soru Irlandiża ċemplet lil oħtu Ethel f ’Malta u qaltilha li ma kinitx taf li Fr Hugh kien maħbub daqshekk!” (Cassar 9). Fis-7 ta’ Marzu kellu quddiesa oħra f ’Malta, li fiha saret omelija minn Patri Alexander Vella.
Ir-Reliġjon Riflessa f’Kitbietu Arthur Mallia, li iktar tard ħa l-isem ta’ Ugo Mallia, twieled l-Imsida fid-9 ta’ Novembru 1931 minn Manwel u Elizabetta, imwielda Zahra. Huwa kien it-tieni wild minn sitt ulied. Ta’ dsatax-il sena beda n-novizzjat fil-kunvent tal-Imdina u wara li għamel il-professjoni sempliċi mar fil-kunvent ta’ San Ġiljan (Cassar 9). Beda l-istudji tiegħu fl-iskola Primarja tal-Gvern l-Imsida, imbagħad kompla l-Imġarr, u wara reġa’ mar lura l-Imsida għal sitt snin (1945-1950). Kompla l-istudji tiegħu fil-Filosofija u fitTeoloġija fil-Kulleġġ San Ċirillu tal-Patrijiet Karmelitani f ’San Ġiljan. Fl-1961 kompla bl-istudji fil-Matematika u fil-Fiżika f ’West Ham College of Technology, Londra. Iktar tard f ’ University College ta’ Alberytwyth Wales studja l-Filosofija Moderna. 8
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
Fil-ħajja saċerdotali tiegħu ma setax jonqos li l-kitba poetika tiegħu tirrifletti ħajtu. Fiha naraw mera ta’ ħajtu, ta’ dawk il-mumenti li kien jgħaddi minnhom. Fost il-ħafna poeżiji li kiteb hemm poeżiji reliġjużi, li fihom jesprimi l-ħsibijiet profondi tiegħu dwar il-ħajja Nisranija,kemm dawk il-mumenti sbieħ kif ukoll dawk ta’ tbatija. Fil-poetika tiegħu għandu stili differenti: wieħed minn dawn huwa dak li romantiku - tradizzjonali, li jemmen dejjem li hemm Alla u li għalkemm fil-ħajja jiltaqa’ ma’ ħafna tiġrib xorta hemm Alla,
eżija: li permess tiegħu ħa jitranġa kollox. Il-kliem joħloq ċerta armonija f ’ħajtu, biex jimplika li jekk għandek lil Alla miegħek hemm l-armonija. Imbagħad hemm poeżiji oħra moderni bil-vers ħieles, b’nuqqas ta’ armonija li fihom id-dubju bħal qisu joħonqu . Għalhekk iddawl li jagħtih Alla, li dejjem jispirah fil-ħajja, bħal qisu ma jarahx u b’hekk jistaqsi ħafna mistoqsijiet. Dan jirrifletti wkoll fl-istili differenti li Mallia jadotta biex jikteb.
Il-Fidi Il-ħajja Nisranija u Karmelitana hija mibnija fuq il-fidi Nisranija. Fid-dsatax-il paragrafu tarregola Karmelitana hemm miktub: “Żommu f ’kollox it-tarka talfidi ħalli biha tkunu tistgħu titfu l-vleġeġ tan-nar kollha tax-xitan: għaliex mingħajr ilfidi ma jistax ikun li togħġbu ‘l Alla.” (Anthony 27) u għalhekk l-Ordni jkompli jsaħħaħlu t-tarka tal-fidi tiegħu. Fil-ħajja personali tiegħu hemm mumenti differenti tal-fidi tiegħu. Dan iseħħ għax l-esperjenzi li ngħaddu minnhom jagħmluna dak li aħna, bihom niżviluppaw f ’ħajjitna u kif qal il-Papa Benedittu XVI fl-udjenza ġenerali tiegħu ta’ nhar l-Erbgħa 17 t’Ottubru 2012 il-fidi “mhix xi ħaġa barranija, distakkata millħajja konkreta imma hi l-istess
ruħ tagħha”. Il-fidi wkoll timxi id f ’id mal-esperjenzi tagħna. Ħafna drabi jdur lejn Alla u jemmen li fl-aħħar għad isib id-dawl t’Alla u jirnexxilu jegħleb il-problemi tal-ħajja. Imma għalkemm mhux dejjem faċli, xorta waħda jasal għal din il-konklużjoni għax jemmen li Alla huwa mħabba, li qatt mhu ħa jitilqu waħdu u li xi darba għad irid jiltaqa’ miegħu. Kif qal il-Professur Oliver Friggieri fl-introduzzjoni għall-ktieb talpoeżiji ta’ Marjanu Vella “l-fidi mhix se tbiddel ir-realtà imma tfissirha. Mhix se tgiddeb ittbatija imma tissublimaha” (O. Friggieri xxi). Mallia għaraf dan u għalhekk minkejja l-problemi kollha xorta jibqa’ jemmen f ’Alla.
Fidi f’Marija Bħala Patri Karmelitan ma jistax jonqos li Marija tkun is-sors għalih li tressqu iktar viċin t’Alla u tkompli ssaħaħlu l-fidi tiegħu. Fil-kitba poetika tiegħu Mallia għandu diversi poeżiji ddedikati għall-Madonna imma nsibu wkoll poeżiji oħrajn li huma ġenerali fuq ir-reliġjon Nisranija li fihom idaħħal lil Madonna. F’Wara Sena, Mallia jiddedika l-poeżija lil A.K. u jgħidlu li rah jintelaq “f ’ħdan Marija kollha mħabba/għax fhimt li fiha biss issib serħan”(v.2-3). Marija hija dik il-persuna li tgħinu iktar jagħraf lil Alla u jkompli jsaħħaħ il-fidi tiegħu.
Il-Karmelu
Mallia bħal Karmelitani oħrajn jagħti u jiddedika ħajtu għallMadonna. Għaldaqstant din il-ħajja tkompli tgħinu jsaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu ma’ Alla u jagħlaq bil-vers “mhux firda dik li ssir biex tħobb fis-sema” (v.14). Dan il-vers jagħtina s-sens li għalkemm hu u A.K infirdu minn ma’ xulxin minħabba l-mewt, il-mewt iġib il-firda fiżika u mhux il-firda spiritwali. Fil-Madonna jara dik il-mara li ġiet fid-dinja biex tgħina u taqbeż għalina. F’din il-poeżija joħroġ it-twemmin tiegħu f ’Alla bl-għajnuna ta’ Marija. Tispika wkoll l-imħabba kbira li għandu għaliha. Il-fidi ta’ Mallia qiegħda f ’ Alla imma biex jasal għaliha hemm il-Madonna tgħinu. Ilħajja Karmelitana hija mibnija fuq il-Verġni Mqaddsa Marija biex twassalhom għand Alla u tgħinhom jimxu t-triq tagħhom biex ma jaqtgħux qalbhom. Dan kollu joħroġ f ’din il-poeżija. F’Mater Dolorosa jagħtina x-xbieha ta’ din il-mara li meta taraha ssib il-mistrieħ. Marija li dejjem għexet ħajjitha flubbidjenza tal-fidi, aċċettat kemm l-istedina tal-Anġlu Gabrijel kif ukoll l-episodji li ġarrbet f ’ħajjitha sal-mewt ta’ Binha fuq is-salib. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jgħidilna li “Marija qatt ma waqfet li temmen li l-kelma tal-Mulej “dejjem isseħħ”” (Arċidjoċesi 52). Huwa dan li jagħti l-mistrieħ lill-poeta għax għandu l-fidi f ’Marija. Id-dehra tagħha tfarrġu u tagħtih saħħtu LULJU / SETTEMBRU 2013
9
PAĠNA LETTERARJA
Ħabib u Maħbub tal-Poeżija lura, li fil-mument qed tnin. F’din ix-xbieha ta’ Marij, jara dik l-omm li għaddiet mill-uġigħ ta’ binha u b’hekk tnissillek kliem ta’ sabar li jsarrfilna t-tbatija f ’ferħ u jtaffi t-tbatija. F’din il-pittura jara lil Marija bħala l-mudell tal-fidi għalina. Marija għalkemm ġarrbet ħafna f ’ħajjitha qatt ma mejlet rasha u baqgħet “bil-wieqfa salaħħar, qalbiena” (v.37). F’din il-poeżija Mallia joħroġ iktar il-kariżma u l-ħajja Karmelitana li jafdaw ħajjithom f ’idejn Marija biex tkun hi li tmexxihom u tagħtihom d-direzzjoni lejn Alla. Hemm l-idea tal-pittura bħala mezz ta’ tisħiħ għall-fidi tagħna. Dawn huma mezzi li jgħinuna nħossu lil Alla iktar viċin tagħna u nduru lejh matul ħajjitna. Din il-poeżija turi fidi f ’Marija u fil-ħarsa ħanina tagħha għax ħajjet Marija hija mibnija kollha fuq il-fidi, minn meta ħabbrilha l-Anġlu Gabriel sa meta kienet taħt is-salib u wara. Id-dehra tal-Madonna wieqfa taħt is-Salib jagħtihielna bħala l-mudell ewlieni tal-fidi tiegħu. F’poeżija forma ta’ talba,
10
Il-Karmelu
il-poeta jagħtina l-Marija li hi bla dnub, l-Omm bla tebgħa, u jitlobha biex tgħinu f ’ħajtu biex ma jibqax jaqa’ fid-dnub. F’għajnejn Alla hija ħlejqa hekk sabiħa u jippersonifikaha malħniena t’Alla bħala l-qerrieda tas-serp u tal-infern. Marija hija d-dawl ta’ ħajtu, għaldaqstant iħalli ħajtu fit-tmexxija tagħha.
Għeluq Permezz ta’ kitbietu nistgħu napprezzaw aktar il-kitba reliġjuża speċjalment dik li hi marbuta mal-Karmelitani. Mallia wera kemm kien iħobb lil Malta minkejja li kien ’il bogħod fiżikament, mentalment ma kienx u baqa’ kburi bl-identità tiegħu Maltija. Il-Malti kien jagħtih ċertu sodisfazzjon u kien jgħinu iktar jesprimi lilu nnifsu. Żgur li kieku kellu iktar ċans kien jikkontribwixxi iktar lejn il-letteratura Maltija fl-istudji tiegħu speċjalment fejn tidħol illetteratura attribwita lill-Ordni. L-imħabba tiegħu kienet lejn Marija, l-Ordni u l-letteratura u
LULJU / SETTEMBRU 2013
għaraf kif iżewwiġhom flimkien f ’kitbietu. L-għan tiegħu fil-kitba kien li permezz tal-letteratura jipprova jifhem iktar il-valur tas-saċerdozju, il-ħajja reliġjuża, li jfaħħar u jgħaddi t-tagħlim fuq Kristu. Il-poeżija kienet il-maħbuba u l-ħabiba tiegħu li magħha seta’ jaqsam ħsibijietu u jitkellem b’mod miftuħ, tant li kienet mezz biex jesprimi lili nnifsu u joħroġ iktar il-karattru tiegħu. Bħalma kien iħossu jistrieħ fid-dmugħ, hekk ukoll kien iħossu jistrieħ fil-poeżija. Permezz ta’ kitbietu ikkontribwixxa kemm lejn l-Ordni Karmelitan kif ukoll lejn is-soċjetà Maltija. F’kitbietu saħaq fuq l-importanza t’Alla fil-komunità u fis-soċjetà. Kitbietu tagħti l-imħabba u nifs ġdid ukoll lis-soċjetà mill-aljenazzjoni tan-nies biex jagħrfu l-valuri veri tal-ħajja. Bil-pinna tiegħu wera li minkejja xi problemi li jkollna fil-ħajja, għandna nagħrfu nieħdu kollox mil-lenti pożitiva u nafdaw lilna nfusna f ’idejn Alla. Alvin Vassallo
P. AVERTAN FENECH: 70 SENA MILL-MEWT
Fuq l-Istat tar-Reliġjuż Hieni dak ir-reliġjuż li jħobb ’l Alla biss, u li jaf jagħraf ilgrazzja li għoġbu jagħtih meta sejjaħlu għall-istat ta’ reliġjuż fejn, permezz tal-imqaddsa mortifikazzjoni, jitgħallem jirbaħ lilu nnifsu u fejn igawdi dik il-paċi interna li tiżboq dawk ilħlewwiet kollha tas-sensi. Il-V. Cesare da Dustis darba waħda kiteb lin-neputi tiegħu, li kien għadu novizz, u kellu dawn is-sentimenti sbieħ: “O maħbub neputi, meta tħares lejn issema għandek tiftakar fil-ġenna glorjuża; meta tħares lejn id-dinja qarrieqa għandek tiftakar fl-infern li huwa lok ta’ tbatija eterna mingħajr l-ebda moment ta’ paċi; u meta imbagħad tħares lejn il-monasteru tiegħek għandek tiftakar fil-purgatorju li huwa lok ta’ tbatija, iva, imma tbati fil-paċi kollha u biċ-ċertezza tassalvazzjoni eterna.” U liema hija l-isbaħ tbatija, jekk qatt tista’ tingħata, li tbati bil-kuxjenza trankwilla? Nipperswadu mela ruħna li Alla biss jikkuntenta lill-qalb tal-bniedem u mhux, le, issodisfazzjonijiet tas-sensi, mhux l-unuri, mhux il-għana tad-dinja. Alla biss jikkuntenta lillbnedmin li jfittxuh. Fis-solitudni biss, li permezz tas-silenzju u tal-kwiet li fiha wieħed igawdi, mhijiex forsi xhieda tal-Ġenna ta’ dina l-art? Il-Patri Serafinu d’Ascoli, Kappuċċin, kien ta’ spiss jgħid li ma jibdilx xiber biss mill-kurdun tiegħu mar-renji kollha ta’ din l-art. Patri Arnolfo, Ċisterċens, meta kien jikkonfronta l-ġid u l-unuri tal-qrati li kien ħalla mal-konsolazzjoni li kien iħoss fil-monasteru, kien dlonk jesklama u jgħid: “O wisq huwa veru, O Ġesù tiegħi, dak li inti tgħid, li tirrendi iċ-ċentuplu lil min iħalli kollox għall-
(SILTIET MIT-2NI VERŻJONI, PĠ 45-63)
imħabba tiegħek.” Ningħaqdu mela m’Alla billi naċċettaw bil-paċi kollha s-slaleb li jogħġbu jibgħatilna u nagħmlu reżistenza fl-okkażżjonijiet kollha perikolużi. Iżda sabiex ikollna din il-forza, hemm bżonn li nitolbu dejjem, nitolbu fil-meditazzjonijiet, nitolbu fit-tqarbin imqaddes, nitolbu fil-visti tas-Ss. Sagrament, nitolbu speċjalment meta niġu ttentati mid-dimonju, u b’dan il-mod nidħlu fin-numru ta’ dawk ilpersuni l-iktar iffortunati u kuntenti li mhumiex ir-rejiet u l-prinċpijiet ta’ din l-art. Dan huwa li wieħed ikollu l-veru spirtu ta’ reliġjuż: għaliex x’iservi li nġibu l-labtu tarreliġjon u imbagħad ngħixu skont l-ispirtu taddinja? Hekk hu mela l-ispirtu li għandu jkollhom ir-reliġjużi perfetti: almenu min m’għandux dan l-ispirtu, hemm bżonn li jkollu xewqa kbira u jitlob ’l Alla kontinwament bi ħrara l-aktar kbira sabiex bl-għajnuna tiegħu jkun jaqilgħu. Insomma l-veru spirtu tar-reliġjuż ma jikkonsistix f ’ħaġa oħra ħlief filli nkeċċu minn ġewwa qlubna kull ħaġa li ma togħġobx lil Alla u ma nixtiequx ħaġa oħra ħlief dak li jogħġob lil Alla. Ningħaqdu dejjem mar-rieda t’Alla, inħobbu l-istat li fih għoġbu jqegħidna, u ngħixu ta’ veri relġjużi. Verament li għall-ewwel jiġina xi ftit diffiċli biex nerġgħu naqbu t-triq tal-perfezzjoni, jekk minna nkunu bil-bosta tbegħidna; imma imbagħad nosservaw u naraw wisq tajjeb li mhemmx ħlewwiet, mhemmx gost, mhemmx konsolazzjoni, u mhemmx ħaġa oħra aħjar milli wieħed iservi tajjeb ’l Alla fir-Reliġjon.
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
11
LECTIO DIVINA
“Mhux l-għaxra fiequ mi Fejn huma d-disgħa l-oħ Talba tal-bidu
• Ibda l-Lectio Divina billi titlob l-għajnuna t’Alla bit-talba li ġejja jew oħra simili. Mulej Ġesù, inti għedtilna biex meta nitolbu, nitolbu lil Missier fil-moħbi. Nitolbok, biex tibgħat l-Ispirtu Qaddis tiegħek fuqi ħalli bl-għajnuna tiegħu naqra u nifhem l-Iskrittura Mqaddsa bl-istess mod u spirtu li hu nebbaħ lill-kittieba mqaddsa. Saħħaħ fija l-fidi. Għinni nintelaq kollni kemm jien fik. Oħloq fija s-skiet biex nisima’ dak li trid tgħidli. Agħtini l-qawwa biex nagħmel dak li trid minni u l-grazzja li nagħtik glorja u nikkontempla lill-Missier tul ħajti kollha. Ammen.
2. Il-Meditazzjoni (Meditatio)
• Wara li s-silta biblika tkun daħlet f ’moħħok u niżlet f ’qalbek, issa huwa l-waqt li tara xi jrid jgħidlek Alla, permezz tal-Kelma tiegħu. Jista’ jkun li qed jistiednek tirrifletti aktar dwar ħajtek u l-ambjent ta’ madwarek, jew inkella li tieħu xi azzjoni f ’relazzjoni miegħu, miegħek innifsek, mal-bnedmin u malħolqien. a) Biex tifhem aħjar it-test
1. Il-Qari (Lectio)
Il-ġrajja ta’ dan il-miraklu tibda billi tgħidilna li “huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija.” L-evanġelista Luqa l-ewwel ħaġa li jagħmel hija, li jfakkarna li Ġesù kien fi triqtu lejn Ġerusalemm, .... jiġifieri li Ġesù kien fl-aħħar vjaġġ tiegħu, biex hemm jagħti ħajtu b’fidwa għall-bnedmin kollha. Dan il-vjaġġ beda f ’kapitlu 9 (51-52) fis-Samarija.
Mill-Evanġelju skond San Luqa 17,11-19
Il-ġrajja tal-għaxar lebbrużi tinsab f ’kapitlu 17. Luqa jgħidilna li Ġesù kien qed iħalli s-Samarija biex jidħol fil-Galilija. Dan ifisser li t-tagħlim kollu li nsibu f ’kapitli 9 sa 17 seħħ kollu kemm hu fitteritorju tas-Samaritani, teritorju li ma kienx talLhud.
• Aqra bl-attenzjoni u b’vuċi li tinstema’, is-silta millKotba Mqaddsa li ġejja, filwaqt li toqgħod attent għall-kliem użat, għas-suġġett, għall-personaġġi, għall-azzjonijiet, għall-post, eċċ. Fi kliem ieħor: X’qed tgħid is-silta fiha nfisha?
Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. (12) Kif kien dieħel f ’raħal, ltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ‘l bogħod minnu, (13) għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna!” (14) Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin.” U ġara li, huma u sejrin, fiequ millmarda tagħhom. (15) Wieħed minnhom, kif ra ruħu mfejjaq, raġa’ lura jgħajjat u jfaħħar lil Alla, (16) inxteħet wiċċu fl-art f ’riġlejn Ġesù u raddlu ħajr. Issa dan kien Samaritan. (17) U Ġesù qabad u qal: “M’hux l-għaxra fiequ millebbra? Fejn huma d-disgħa l-oħra? (18) Ma kien hemm ħadd minnhom li raġa’ lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan il-barrani!” (19) Imbagħad qallu: “Qum, mur; il-fidi tiegħek salvatek.” (11)
12
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
Luqa jwasslilna din l-attività kollha ta’ Ġesù fisSamarija biex jurina li l-messaġġ ta’ Ġesù kien għall-bnedmin kollha, u mhux għal-Lhud biss; u wkoll li Ġesù ma kienx razzista, bħalma kienu ħafna min-nies ta’ żmienu. Ġesù kien iħares lejn is-Samaritani b’nuċċali differenti mill-Lhud ta’ Ġerusalemm. Għalkemm hu kien Lhudi, ma sabiex bi tqila jidħol fit-teritorju tagħhom u jwasslilhom l-Aħbar it-Tajba, avolja s-Samaritani mhux dejjem laqgħuh (Lq 9,53) u l-Lhud ta’ żmienu ma kienux jitħalltu magħhom (Ġw 4,9). Luqa jkompli jirrakkontalna li kif Ġesù kien fuq ilfruntiera bejn is-Samarija u l-Galilija, hu “u dieħel f ’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda billebbra.” Mela, Ġesù għadu mhux fir-raħal, imma kien dieħel. Dan id-dettal huwa importanti, kif
il-lebbra? ħra?”
ĠESÙ JFEJJAQ GĦAXAR LEBBRUŻI
naraw aktar ‘il quddiem. Fid-daħla tar-raħal Ġesù jiltaqgħa ma’ għaxar lebbrużi. Jidher li dawn kienu kemm Lhud kif ukoll Samaritani. U għalkemm il-Lhud u s-Samaritani ma kienux jitħamlu bejniethom, dawn il-lebbrużi ma sabuhiex diffiċli jgħixu flimkien, la darba kienu jinsabu fl-istess kundizzjoni ta’ miżerja!
Dan ifisser li dawn il-morda kienu emeraġinati fil-veru sens tal-kelma. Kienu jgħixu ‘l barra mirraħal, maqtugħa mill-familjari u l-ħbieb tagħhom, maqtugħa mill-ħajja komunitarja reliġjuża u ċivili. Kienu l-ifqar fost il-fqar! Il-lebbrużi kienu jgħixu fil-kampanja u setgħu jaslu biss sa truf l-irħula .... biex jittalbu l-karità lil min ikun għaddej.
“Il-lebrużi waqfu ‘l bogħod minn Ġesù, għollew leħinhom u talbuh iħenn għalihom.” Wieħed jista’ jimmaġina x’ħassew dawn l-għaxar lebbrużi kif raw lil Ġesù għaddej qrib tagħhom. Bit-tama li jfejjaqhom, qabdu jgħajtu kemm jifilħu. Fil-fatt, li dawn il-lebrużi jibdew jgħajtu, kien dmir tagħhom, aktar u aktar meta jaraw lil xi ħadd għaddej qrib, imma mhux biex jersaq lejhom, bħalma għamlu lil Ġesù, imma biex jaħrab minnhom! Infatti, din kienet l-użanza tagħhom. Il-Liġi ta’ Mosè kienet titkellem ċar dwar kif kellhom iġibu ruħhom: “Ilmarid bil-ġdiem għandu jilbes ħwejjeġ imqattgħa u jħalli rasu mikxufa, u jitgħatta sa geddumu, u jgħajjat: ‘Mniġġes! Mniġġes!’ Kemm idum marid ikun miżmum b’imniġġes li hu, u jgħix waħdu f ’postu barra mill-kamp.” (Lev 13,45-46).
L-għaxar lebbrużi, mill-bogħod, bdew jgħajtu “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna!” Dawn il-lebbrużi jagħtuna x’nifhmu li huma kienu diġa’ semgħu b’Ġesù u bil-qawwa tiegħu. Jidher li kellhom fiduċja fih li seta’ jfejjaqhom. Lil Ġesù, huma jsejħu b’ismu. Ħaġa rari fl-evanġelji. Fil-fatt għandna żewġ okkażjonijiet oħra biss fejn lil Ġesù jsejħulu b’ismu: fil-fejqan ta’ Bartimew l-għama (Mk 10,46-52) u fittalba li jagħmel il-Ħalliel it-Tajjeb minn fuq is-salib (Lq 23,39-43). Fl-Aramajk, isem Ġesù - Jeshouah/Jexugħa, ifisser “Alla jsalva”. U Alla jsalva għax huwa ħanin. L-istess għajta ta’ dawn il-lebbrużi: “ikollok ħniena minna”, issir l-għajta tagħna fil-bidu ta’ kull Quddiesa, meta nitolbu “Mulej Ħniena”.
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
13
LECTIO DIVINA Il-fatt li l-lebbrużi xtaqu l-fejqan juri li xtaqu jerġgħu jidħlu fil-ħajja komunitarja, xtaqu jakkwistaw millġdid il-purezza tagħhom u l-maħfra t’Alla. Ġesù, min-naħa tiegħu ma jibżax minn dawn in-nies u mill-marda tagħhom. Ġesù ġie fid-dinja biex iwassal l-imħabba ta’ Alla lil dawk li huma foqra, lil dawk li huma abbandunati, emarġinati u mwarrbin. Ġesù, kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lillqassisin.” L-ordni ta’ Ġesù lill-għaxar lebbrużi tinsab fil-Ktieb tal-Levitiku: “Din hi l-liġi għall-imġiddem meta jitnaddaf; iġibuh għand il-qassis” (Lev 14,2; Lq 5,14). Il-qassisin biss setgħu jiċċertifikaw ilfejqan mil-lebbra. Huma biss setgħu jdaħħlu lillindividwu fi ħdan il-komunità. Ta’ min jinnota li f ’din l-okkażjoni Ġesù ma fejjaqx lil-lebbrużi bl-istess mod li bih kien fejjaq lillebbruż ieħor (Lq 5,12-16). F’dik l-okkażjoni Luqa jgħidilna li Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Iva, irrid; kun imfejjaq”. Fuq l-għaxar lebbrużi minn dan kollu ma jagħmel u jgħid xejn, ħlief: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin.” Mela, mhux l-ewwel fejjaqhom, imbagħad bagħathom għand il-qassisin; imma bagħathom mill-ewwel għand il-qassisin meta kienu għadhom morda! Għal daqstant, l-ordni ta’ Ġesù lil-lebbrużi turi l-intenzjoni tiegħu li se jfejjaqhom. Imma bħal donnu Ġesù ried jittestja l-fidi tagħhom, ried jara jekk hux tassew jemmnu fih, li jista’ jfejjaqhom. U l-fatt li għamlu dak li ordnalhom, juri li huma kellhom fidi kbira fih. Għalina wkoll, ħafna drabi l-fidi hija żmien ta’ prova, vjaġġ fid-dlam, mingħajr ma naraw u nifhmu. L-unika fiduċja tagħna trid tkun fil-kelma ta’ Ġesù. Bħal-lebbrużi, aħna nitolbu ‘l Alla u Hu jwegħdna li jagħtina dak li nitobuh, imma bla jgħidilna meta. B’danakollu, aħna rridu nkomplu fi triqtna, bil-wegħda tiegħu quddiem għajnejna, bilfidi li naqalgħu dak li nitolbu. “U ġara li, huma u sejrin għand il-qassisin, l-għaxar lebbrużi fiequ mill-marda tagħhom”. Mela, ilmiraklu ma jseħħx immedjatament, imma bil-mod il-mod, huma u jitbgħedu minn Ġesù. L-aspett straordinarju u sensazzjonali tal-miraklu ma jidhirx, huwa moħbi! L-istess ħaġa jiġri fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Ħafna drabi lanqas biss nintebħu bil-mirakli li jkunu qed iseħħu magħna! Huma u sejrin, “wieħed mil-lebbrużi, kif ra ruħu mfejjaq, raġa’ lura jgħajjat u jfaħħar lil Alla, inxteħet
14
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
wiċċu fl-art f ’riġlejn Ġesù u raddlu ħajr”. Ta’ min jinnota s-sitt verbi wżati f ’din is-sentenza: ra, reġa’ lura, jgħajjat, ifaħħar, inxteħet, radd ħajr. Kif diġa’ għidna, jidher li l-miraklu ma seħħx f ’daqqa waħda, imma bil-mod il-mod, waqt li l-lebbrużi kienu fi triqthom għal għand il-qassissin. Filwaqt li disa’ minnhom baqgħu sejrin, wieħed ħassu fid-dmir li jerġa’ lura u jrodd ħajr lil Ġesù talfejqan. Jidher li dan ir-raġel ma setgħax jaħbi l-ferħ kbir tiegħu għax beda jgħajjat u jfaħħar ‘l Alla! Luqa jgħidilna li “nxteħet wiċċu fl-art quddiem Ġesù”. Bħala regola ġenerali, il-Lhud kienu jitolbu bilwieqfa, imma okkażjonalment, imqanqlin mill-preżenza ta’ Alla, jew inkella b’sinjal ta’ telqa sħiħa, ta’ dedikazzjoni, ta’ ubbidjenza, l-individwu jintelaq minn tulu fl-art. Hekk għamlu Abraham u Mosè fil-preżenza t’Alla (Ġen 17,3; Eż 34,9). F’din l-okkażjoni, il-lebbruż jinxteħet wiċċu flart “f ’riġlejn Ġesù”, mhux biss biex jirringrazzjah, imma wkoll biex jagħtih qima. F’Ġesù ra l-glorja u l-qawwa t’Alla. Luqa kiteb l-evanġelju tiegħu bil-Griek, u biex juri r-radd ta’ ħajr tal-lebbruż lil Ġesù, juża’ il-kelma Euchariston - Ewkaristija! Kull ikla Lhudija, b’mod speċjali dik tal-Għid, dejjem tibda bil-Barka jew birRadd il-Ħajr. Ġesù jagħmel l-istess ħaġa f ’diversi okkażjonijiet: irodd ħajr lil Alla tal-imħabba u t-tjubija tiegħu bla qies, tal-ħwejjeġ kollha li ħalaq, imma b’mod speċjali tal-ikel meħtieġ għall-għixien tagħna. Dan jidher meta Ġesù tema’ ħamest elef raġel b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet (Ġw 6,23), filmiraklu tas-seba’ ħobżiet u l-ftit ħut (Mt 15,36), flAħħar Ċena (Lq 22,19; Mt 26,27) u fit-talba li Ġesù jagħmel lil Alla quddiem il-qabar ta’ Lazzru (Ġw 11,41). Il-kelma Ewkaristija, lilna tfakkarna fil-Quddiesa, fil-laqgħa tagħna ta’ kuljum (jew ta’ kull ġimgħa) biex nirringrazzjaw lill-Mulej. Hija ħasra li ħafna espressjonijiet użati fil-liturġija tagħna ngħiduhom bla ma nifhmu t-tifsira vera tagħhom, jew inkella l-kliem li nużaw ma jirriflettix is-sens ta’ dak li niċċelebraw. L-istess kelma “Quddiesa” mhux dejjem tinftihem tajjeb. “Sejjer nisma’ quddiesa!” “Sejjer il-quddies!” Il-vera tifsira tal-Ewkaristija ma tantx tinħass f ’dawn l-espressjonijiet li nużaw ta’ spiss. Anke jekk, per eżempju, ngħidu: “Sejrin nieħdu sehem fl-Ewkaristija”, ħaġa rari nifhmu li “Sejrin nieħdu sehem fir-Radd il-Ħajr lil Alla”, li “Sejrin ngħidu Grazzi lill-Mulej”. Fil-quddiesa, il-Knisja tagħmel tagħha l-akbar “Radd il-Ħajr”,
l-akbar “Ewkaristija” li għamel Ġesù lill-Missier fl-Aħħar Ċena, meta “Ħa l-ħobż .... ħa l-inbid, .... Radd il-ħajr u qal: Dan huwa Ġismi .... Dan huwa Demmi tal-Patt il-Ġdid”. “Issa dan il-lebbruż”, li reġa’ lura biex jirringrazzja lil Ġesù, “kien Samaritan!” Iva, dan il-barrani, l-aktar bniedem imwarrab mil-Lhud, huwa l-uniku wieħed, minn fost l-għaxar lebbrużi, li sab il-mod l-aktar adattat biex jgħid “Grazzi” lil Ġesù! Wara li fil-kapitlu 10, Luqa kitbilna dwar il-qalb kbira tas-Samaritan it-Tajjeb, issa jkellimna dwar ilgratitudni tas-Samaritan Rikonoxxenti! Dawn innies, li kienu mwarrba u mistkerħa mill-mexxejja tal-Lhud, kienu fil-fatt fidili aktar minnhom! U Ġesù qabad u qal: “M’hux l-għaxra fiequ millebbra? Fejn huma d-disgħa l-oħra? Ma kien hemm ħadd minnhom li raġa’ lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan il-barrani!” Għal Ġesù, il-miraklu li għamel kien fjask! .... għax ma wassalx għar-riżultat mistenni: “li jagħtu glorja lil Alla”. Għal disa’ irġiel minn għaxra, dan il-miraklu ma wassalx biex huma jikbru fil-fidi u fir-rikonoxxenza tagħhom, .... l-aktar ħaġa li tinteressa lil Ġesù. U Ġesù juri d-dispjaċir tiegħu! Imbagħad Ġesù qal lil-lebbruż: “Qum, mur; il-fidi tiegħek salvatek.” Din il-frażi ta’ Ġesù hija l-istess waħda li qal lil tliet min-nies oħra: lill-mara midinba (Lq 7,50), lill-mara mfejqa min-nixxija tad-demm (Lq 8,48), u lill-għama ta’ Ġeriko (Lq 18,42). Il-kittieba u l-Fariżej Lhud kienu jaħsbu li huma setgħu jakkwistaw il-ġustifikazzjoni u s-salvazzjoni bil-ħila tagħhom. Imma dawn jaslulna biss permezz ta’ Ġesù Kristu u mhux bil-ħila jew il-mertu tagħna. Huma don ta’ Alla li huwa jagħtina bla ma jistħoqqilna, u li għal daqstant jeħtieġ nkunu grati u rikonoxxenti. b) Xi mistoqsijiet li jistgħu jgħinuk tinżel aktar filfond → Ġesù ma jagħmilx differenza bejn Samaritan u Lhudi, bejn bniedem tajjeb u ieħor ħażin. Ġesù m’hu allerġiku għal ħadd, imma jilqa’ lil kulħadd. Inti tagħmel bħalu? .... jew tbati bis-simpatija u l-antipatija ma’ dawk li tgħix u tiltaqa’ magħhom? → Min taħseb li huma s-Samaritani tal-lum? .... dawk li huma mwarrba mis-soċjetà? .... imma huma qrib ta’ Alla? → It-talb tiegħek lil Alla għamel progress minn meta kont żgħir/a? Mingħand Alla inti dejjem trid? ....
jew troddlu ħajr u tagħtih glorja wkoll? Minn fost iż-żewġ kategoriji ta’ lebbrużi, inti lil min tixbaħ? → Ġesù għandu l-qawwa li jsaffik u jnaddfek millmard fiżiku u spiritwali tiegħek. Tersaq lejh b’mod regolari biex ifejqek bil-qawwa u l-grazzja tiegħu, l-aktar permezz tas-sagramenti? → Qatt ħsibt li dawk l-bnedmin li f ’għajnejk jidhru ‘l bogħod minn Alla, jistgħu jkunu qrib tiegħu aktar minnek? Dan il-fatt iqanqal fik ix-xewqa li ttejjeb l-imġieba tiegħek? .... u tibda tħares lejn ilbnedmin ta’ madwarek bl-istess għajnejn li jħares lejhom Alla? → Ġesù jinsab miexi lejn Ġerusalemm biex jagħti ħajtu għalina. Tul it-triq jgħin lil kulħadd, imma ftit huma dawk li jroddulu ħajr! Meta inti ssib ruħħek fl-istess sitwazzjoni, x’tagħmel? .... tkompli bilħidma tiegħek favur il-bnedmin? .... jew tingħalaq fik innifsek?
3. It-Talb (Oratio)
• S’issa kien Alla li kellmek bil-qari tal-Kelma tiegħu u bil-meditazzjoni. Issa huwa l-waqt li tkellem ‘l Alla inti billi tressaq quddiemu talb ta’ tifħir, ta’ radd ilħajr, ta’ maħfra jew għall-bżonnijiet tiegħek u taloħrajn.
4. Il-Kontemplazzjoni (Contemplatio)
• Matul il-jiem li ġejjin fittex xi ħinijiet biex fisskiet tkompli taħseb u tgħożż dak li qrajt (Lectio), immeditajt (Meditatio) u tlabt (Oratio) waqt ilLectio Divina. B’dan il-mod inti tkompli tgħix filpreżenza t’Alla (Contemplatio) filwaqt li tagħmel dak li jitolbok.
Talba tal-għeluq
• Tista’ ttemm il-Lectio Divina bit-talba li ġejja jew b’xi Salm. Grazzi Mulej Ġesù tal-Kelma ħajja tiegħek li fiha wrejtni r-rieda tal-Missier għalija. Agħmel li l-Ispirtu tiegħek idawwal l-imġieba tiegħi, u jagħtini l-qawwa biex nagħmel dak li qed titlobni. Agħmel li bħal Ommok Marija, inkun qaddej/a fidil tal-Kelma tiegħek. Int li tgħix mal-Missier fl-għaqda tal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Anthony Cilia, O.Carm.
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
15
SPIRITWALITÀ KARMELITANA
L-Iżvilupp tar-Rużarju Karmelitan Nhar is-7 ta’ Ottubru l-Knisja tiċċelebra l-festa tal-Madonna tar-Rużarju u x-xahar ta’ Ottubru b’ devozzjoni popolari huwa ddedikat kollu kemm hu għal din it-talba sabiħa. Kuruna tar-Ruzarju Karmelitana b’sitt posti
Għalkemm din id-devozzjoni hija marbuta mal-Ordni Dumnikan, nafu li din ittalba fil-fatt tnisslet fl-Ordni Kartużjan. L-ewwel ma tinstab is-Sliema u l-Qaddisa kif nafuha llum hija fil-Brevjar Kartużjan tas-seklu 13 u kien f ’dan l-Ordni li min ma jafx jaqra s-Salmi jitlob minflokhom il-150 Sliema u Qaddisa, imsejħin is-Salterju ta’ Marija. Dom Enriku Kalkar qasam il-150 Sliema fi gruppi ta’ 50. Matul iż-żmien din iddrawwa żviluppat kif nafuha
16
Il-Karmelu
llum u l-misteri kienu jinkludu saħansitra l-Misteri tad-Dawl preċiżament hekk kif rega’ daħħalhom fir-Rużarju l-Papa Ġwanni Pawlu II. L-għan ta’ din il-forma ta’ talb insibuh f ’kitba ta’ monaku Kartużjan: “Mhux meħtieġ li tiffissa daqstant fuq il-kliem, imma skont ma tista’ u teħtieġ tawwal u qassar irriflessjoni siekta tiegħek fuq il-misteru li qed tikkontempla fis-siegħa ddedikata għat-talba tar-Rużarju”. Sa miż-Żminijiet tan-Nofs il-Kartużjani kitbu
LULJU / SETTEMBRU 2013
diversi kotba tat-talb biex ixerrdu r-Rużarju u s-siwi tiegħu b’aneddoti ta’ dehriet tal-Verġni Mbierka lil monaċi Kartużjani waqt it-talba tar-Rużarju u talprotezzjoni tagħha mill-perikli lil min jitlob din it-talba bilqalb u fi spirtu kontemplattiv. Kienu d-Dumnikani, ibda’ minn Alain de la Roche li kien midħla tal-Kartużjani li xerrdu din it-talba kontemplattiva hekk li saru tista’ tgħid l-appostli ta’ din it-talba tant għażiża. Ilkoll nafu bit-tradizzjoni tad-dehra tal-Madonna lil San Duminku u l-għotja ta’ din it-talba lilu. Madanakollu kull Ordni reliġjuż kellu xi forma jew oħra ta’ “Rużarju” li kien jissejjaħ “il-Brevjar tal-frajiet” jew “talillitterati” għax kien jingħad minn dawk li ma jafux jaqraw u allura ma setgħux jitolbu s-Salmi mill-Brevjar imqassmin matul is-sigħat tal-ġurnata. Nistgħu ngħidu li din hija drawwa universali. Fil-Lvant insibu t-tradizzjoni tar-“Regula tat-talb” għall-gurnata li fiha numru ta’ “Missierna” u tislimiet lill-Verġni Mbierka Marija. Fost il-Karmelitani nsibu sa mill-bidu din id-drawwa. Fir-Regula nsibu miktub: Dawk li ma jafux jitolbu s-Sigħat flimkien mal-Kjeriċi, jitolbuhom skont il-preskrizzjonijiet talMissirijiet imqaddsa u d-drawwa
approvata mill-Knisja. Dawk li ma jafux jgħiduhom, għat-talb tas-sahra ta’ bil-lejl jgħidu 25 Missierna, minbarra l-Ħdud u l-festi solenni li fihom nordnaw li jingħad id-doppju, jiġifieri 50 Missierna. Bl-istess mod fitTifħir ta’ Sbiħ-il Jum l-istess talba tingħad għal 7 darbiet u għassigħat l-oħra wkoll bl-istess mod, ħlief għall-Għasar li fih għandha tingħad għal 15-il darba. (Reg. 11). Eżempju tal-użu ta’ din ilkuruna nsibuh fil-Beatu Titu Brandsma li minħabba li ma setax jitlob il-Brevjar fil-Kamp ta’ Konċentrament talab ilpermess lill-Pirjol tiegħu, bilmiktub, biex jgħid “il-Brevjar tal-Frajiet”. Barra minn hekk fl-Ordni Karmelitan hemm Rużarju proprju, li hu differenti minn dak li huwa popolari llum. Huwa msejjah “il-Kuruna ta’ Tnax-il Kewkba”. Dan ir-Rużarju fih 3 Missierna u 12-il Sliema u Qaddisa f ’gieħ it-12-il virtujiet ewlenin ta’ Marija. Dan irRużarju popolari fis-seklu 15 jingħad li jsib l-għeruq tiegħu fid-drawwa ta’ San Pietru l-Eremita, li kien jgħammar mal-ewwel ġenerazzjoni ta’ rħieb fuq il-Karmelu flimkien ma’ San Bertoldu, li jitla’ fuq il-quċċata fejn Elija ra s-sħaba ċkejkna tiela’
mill-baħar u jgħid numru ta’ Sliema u Qaddisa. Fis-Seklu 15 ukoll il-Beata Ġwanna Scopelli ħolqot Rużarju imsejjaħ il-Libsa ta’ Marija u li kien fih 15-il posta ta’ 100 Sliema u Qaddisa maqsumin bejn it-talba tas-Salve Regina. Dan ir-Rużarju kien jintemm bit-talba tal-Ave Maris Stella jew O Gloriosa Domina irrepetuta għal 7 darbiet. Santa Tereża ta’ Ġesù ħadet id-drawwa mis-sorijiet ta’ Santa Briġida tar-Rużarju b’sitt posti tal-Misteri tal-Ferħ, Tbatija u Glorja li b’kollox jagħmlu 18-il Misteru. Il-misteri miżjuda huma dawn: tal-Ferħ jibdew blewwel posta li tfakkar il-Misteru tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Marija; tat-Tbatija jintemmu bl-aħħar posta li tfakkar itTqegħid tal-Ġisem mejjet ta’ Ġesu’ fi ħdan Marija Addolorata; tal-Glorja jintemmu bl-aħħar posta li tfakkar il-Patronat Ewlieni u Waħdieni tal-Verġni Marija fuq l-Ordni Karmelitan. Il-kuruna tar-Rużarju kienet iġġib domna tal-Madonna talKarmnu flimkien ma’ jew flok ilkurċifiss u tintlibes maċ-ċintura tat-tonka. Din id-drawwa li tintlibes il-kuruna flimkien mattonka għadha tinżamm millKarmelitani Skalzi. Fl-Ordni Karmelitan din id-drawwa baqgħet tinzamm f ’xi monasteri femminili tal-klawsura .
Il-Karmelu
KURŻITÀ Nhar il-25 ta’ Marzu 1858 Santa Marija Bernarda Subirous rat lill-Verġni Mbierka Marija b’kuruna tar-Rużarju f’idejha b’sitt posti mhux b’ħamsa. Dan id-dettal jidher fl-istatwa nkurunata tal-Madonna li hemm fl-esplanade tasSantwarju ta’ Lourdes. F’idejha Marija ġġib kuruna b’sitt posti tar-Rużarju mhux b’ħamsa.
Charlò Camilleri, O. Carm LULJU / SETTEMBRU 2013
17
ETIKA NISRANIJA
Identities and Other Mig “Now the Lord said to Abram, ‘Go from your country and your kindred and your father’s house to the land that I will show you.’” Genesis 12, 1
Biblical Reflections Scripture teaches us that sometimes when we are welcoming strangers we are welcoming God or his-her messengers. Both Abraham and Lot experience this and receive blessings for being hospitable (Genesis 18, 1-10; 19, 1-3). The command to offer hospitality to strangers is clearly a desire of God’s own heart and we are to desire according to that desire. Unwelcoming strangers and/or mistreating them can lead to disaster (Eziekel 16, 48-49). However, we often fail to recognize this desire of God because as usual it comes at a personal cost.
We rarely recognize God in the other, especially when that other is a stranger. It seems that Jesus enjoys playing along these lines as well. When he appears to Mary Magdalene as the resurrected Jesus Christ he disguises himself, as a gardener. In fact she does not recognize him and only after he calls her by name - in that usual intimate way he used to do – does she realize who he is (John 20, 11-16). He also plays this little trick with his own disciples at Emmaus (Luke 24, 13-35). Similar to Mary Magdalene (and remember that they had not yet fully believed the women), they only recognize him after the loving gesture of the breaking of bread – the sharing of his own body and life, and then he disappears. I often wonder what appearance he took during these encounters, for his own intimate friends and disciples not to be able to recognize him from his appearance but to recognize him only later, from his loving gestures; of calling her by name and the breaking of the bread in the case of the disciples of Emmaus. But didn’t he tell us that we find him in the least and little ones of our own world (Matthew 25, 40; 45-46), this becoming the point of Judgment, as he describes in crude detail in (Matthew 25, 31-46). Didn’t those accepted and rejected from the Kingdom ask the same question – “when was it that we saw you…?” The hide and seek game is the profound riddle of life after all. The Franciscan Iconographer Robert Lentz plays a lot with these concepts and themes in his contemporary Icons of Christ helping us to learn to relate to the real, living and life giving Jesus Christ, also in this way. Scripture also teaches us that God is the loving Father who desires the well-being of his children (Matthew 7, 9-11) but demands that we deeply care for one another (Genesis 4, 9) and tends to test our heart on this same issue at the same time (Genesis 22, 1-2, Mt 15, 21-28). Moreover, Jesus tells us that reciprocating the good received from
18
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
grations...
friends will not lead us into heaven but only if we disrupt violent reciprocity by loving those who can neither return the favor or loving those very same ones who are being violent towards us, can help us resolve the riddle of life and thus reach heaven. Only when we share life and offer our friendship are we to be called children of the living God. Jesus shows us the way how to go about this and promises us that he is always with us – to love in this manner (Matthew 5, 38-48). Scripture makes another point. Friendship and the sharing of life are to be especially offered to marginalized populations. Scriptures points at marginalized groups found in biblical times; widows, orphans, strangers, prostitutes, migrants (Exodus 22, 20-26; Jr 22, 3-5; Is 56, 3; John 13, 2; 34-35). In the Sermon on the Mount (Matthew 5, 1-12) Jesus expands on how those who are rejected by the Empire find a preferential place in His Kingdom. Mary, already familiar with these desires and demands of God expresses such dynamics of relations in her Magnificat (Luke
1, 46-55) which we daily recite in our evening prayers. God knows that society’s unresolved violence is not usually projected on those members who are strong and powerful, the ones who have established social or political networks and who can defend themselves well, but with those who are poor; materially and/or socially, thus easy prey to become victims. Society’s repressed violence is thus unleashed ‘safely’, of course at the cost of those who are victimized and unable to defend their rights. Societies across time are quite happy with this kind of arrangement; it is often disguised as culture and shrouded in mythology. But this does not express our ‘on earth as it is in heaven’. This is the test that Jesus poses to his disciples’ heart; It is how we behave with these small ones that will determine if we are true followers of Jesus or not and thus also determining our entry into heaven. cont. 14
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
19
ETIKA NISRANIJA
Identities and Other Migrations... Irregular Migration The issue of irregular migration is a complex one. Biblical lessons may help us guide our way in terms of relationships but may not resolve political and economical difficulties at policy level. Scripture challenges us to look at these situations at least from a different perspectives – if read with the desire to love others more rather than to persecute them; this may also inform policy, especially because all politicians tend to capitalize on difficult issues such as irregular migration for their own gain. During political debates, reality is often not presented correctly, facts lost amidst the various interests at play. For instance, during the past 12 years or so, Malta has been regularly receiving boats with men, women and children who seek asylum. The media informs us when a boat arrives at our shores; other boats go to Italy or end up in the middle of International Legal disputes. Many lose their lives during this dangerous journey. Many of those seeking asylum in Malta are coming from war thorn countries or countries run by dictators who out-rightly violate human rights. Wars are a major factor which displaces people and as new wars emerge more people are and will be displaced. Another factor is Climate Change and the United Nations tells us that even more
20
Il-Karmelu
people will be displaced because of Climate Change. UN High Commissioner for Refugees António Guterres highlighted this reality in June 2012, “I am convinced that climate change will increasingly be a driver in worsening displacement crises in the world. It is very important for the world to come together to respond to this challenge.” All these factors need to enter our discourse when discussing migration including real figures of how many people enter Malta, how many of them leave and how many of them stay. Having said that, a long standing detention policy in Malta plus detention centers run by the Armed Forces of Malta may have not helped the general Maltese population to understand this complexity of irregular migration. The humane dimension may have been lost because asylum seekers were criminalized within the Nation’s psyche. Images of migrants behind bars and barbed wire did not offer much biblical service to the aspired Civilization of Love which respects God’s plan of brotherhood and friendship. Moreover, the Armed Forces of Malta may have found themselves handling a humanitarian ‘crisis’ for which they were not prepared, because training for defense and safeguarding national interests may not give one the skills to run a center for asylum seekers.
LULJU / SETTEMBRU 2013
Moreover, we cannot discuss irregular migration only through a national perspective, as once again happened recently, though of course national interests do come into play. It needs to be discussed as a global phenomenon and faced for what it is as discussed earlier on. The obligation to offer hospitality is not only a religious one but also an obligation enshrined in both European and International laws – the right to seek asylum. The issues are various and matters are complex. It is also true that politicians have a tough job to negotiate and balance between respecting international obligations and the demands that many Maltese people themselves are making on these same politicians, demands which are often tinged with racist, xenophobic and islamophobic sentiments amongst other forms of phobias. But some concerns are real and need to be addressed. Genuine and serious dialogue is once again called for, but away from the dehumanization of the human person, particularly the person who happens to be black. In his recent visit to Lampedusa, Pope Francis highlights that first and foremost, this situation is a human tragedy. Indifference and selfishness have closed us to others, especially those who are in need. Pope Francis, like Scripture tells us that we need
to be alert in our world, because we are called to be keepers of our own brothers and sisters, not their Masters. Irregular migration is not simply about people wanting to live better lives in Europe or the US but is also the result of wars waged in different countries on the African continent and other countries/continents in the world. Some of these same wars are also the result of climate change, unjust trade agreements and economical structures, disrespect to fundamental human rights by governments and institutions and the huge imbalance of the distribution of wealth within our world. Though on the one hand rich countries do help the global south, on the other hand they also exploit their resources, often leaving whole populations in a situation of helplessness and devastation. The responsibility of the ‘West’ in relation to the ‘Global South’ needs to be taken into serious account when discussing migrations.
Identities As various journalists, intellectuals and artists have pointed out over the years, when discussing this form of migration usually we are not just talking about migration per se but about Identity, more accurately Identities; be they European, Maltese, Mediterranean, Arab, African and others which come into play. Often we are discussing national identity, directly or indirectly, consciously or unconsciously. The notion of identity is often discussed within an array of illusions such as the belief of the existence of a pure human ethnic race living in one country, a false notion present in all countries and even more so a serious illusion on our small island! An illusion that believes that at some point in history existed an idyllic time were the pure did not mix with the impure; a notion often based on race, class, and all other forms of categories used to create a
Il-Karmelu
hierarchy of worth that differentiates between human beings. Another false belief is that there existed a country where people did not mix with those of other ethnicities or religions. We all know the results of such thoughts if taken to an extreme and becoming ideology - humans perish. Does this mean that we do not safeguard our identity and interests? But who are we in actual fact? Which identity are we trying to safeguard within this complex realm of often conflicting identities, all demanding attention and often competing for domination? What are the other identityrealities that we are afraid of, fearing to integrate them within our common identity of human beings living on a small island in the middle of the Mediterranean that is close to both Sicily and North Africa with its own colonized past? Rene’ Girard and James Alison argue that we can grab on to LULJU / SETTEMBRU 2013
21
ETIKA NISRANIJA
Identities and Other Migrations... false identities or open up to receive our true identities which are always received as a gift from the true and living God rather than grabbed. The Carmelite tradition also speaks of this very same notion though may use different language to describe this same process. One basic false and dangerous identity is the result of an all-againstone dynamic were humans experience a sense of false unity as a result of someone (or group of people) being identified as the enemy, often that enemy used as a scapegoat. This form of unity is false because its foundation is violence. Jesus’ teachings point in a different direction; only through the humanization of the other, (in Jesus own teachings the enemy falls under the category of the other), do we find our own humanity and himself. True identity is not found in isolation nor through ‘good’ identities which are always constructed against somebody else’s attributed ‘bad’ identity. Genuine identity emerges only through relating to the other as one’s own brother or sister, children of the same Creator. Friendship and inclusion rather than exclusion become for us Christians basic and fundamental principles rather than fanciful extras. The Carmelite tradition, since its own beginning speaks exactly of this; Identity is received, our work is to make space for God to be God, to be able to reveal
22
Il-Karmelu
to us who s/he is and who we are. During this painful process we may find out an uncomfortable truth, that the real enemy is found within our own attachments and distorted desires which God needs to purify so that we may become free to relate lovingly to HimHer, our brothers and sisters (universally) and all of creation. Does this mean that we as a country have to automatically accept anyone who enters irregularly, through boats and/or plains? Of course not, policies need to be put in place and such high ideals need to be balanced with other equally important principles that are equally respectful towards the Maltese population. However, the truth about migration should be discussed and presented to the public rather than populist opinions. Rigorous research and empirical data becomes crucial here, for policies to be enacted that safeguard each and every
LULJU / SETTEMBRU 2013
human being within the real limitations and possibilities that our country can offer. Moreover, national campaigns that have an educational scope and which facilitate integration are urgent.
Conclusion James Alison and the Carmelite tradition teach us that the way to God is a simple one, the real Temple is found in universal friendship built within interindividual relationships whose center is the empty space for God, and this is found to be wisdom. As Christians we hope, pray and work for such wisdom to permeates all relations, not only those found within our own immediate circle but also globally thus Wisdom becoming a basic principle within policies at National, Mediterranean, European and International level. And maybe we may found out that after all, the real enemy was inside of us all along. Mario Gerada
PAĠNA MARJANA
Il-Mistika Marjana tal-Karmelu (ikompli mill-ħarġa ta’ qabel)
San Ġwann tas-Salib Hija l-fehma tal-istudjużi li San Ġwann tas-Salib huwa mistiku Marjan. U ma jistax ikun mod ieħor ġaladarba huwa Karmelitan. L-influss tiegħu fuq dan il-livell fil-fatt jispikka fil-ħajja spiritwali talBeatu Ġwanni Pawlu II. Meta titqies l-importanza li San Ġwann tas-Salib kellu fil-formazzjoni spiritwali u teoloġika ta’ Karol Wojtyla, ma nistgħux ma nikkunsidrawx xi riflessjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dan il-mod mistiku ta’ kif tiġi ppreżentata Marija. Nibdew biex ngħidu li San Ġwann tas-Salib huwa pjuttost niexef fejn jidħlu kwotazzjonijiet Marjani, iżda fl-istess ħin insibu li kitbietu mimlija b’elementi teoloġiċi Marjani. Fil-kitbiet tiegħu, San Ġwann tas-Salib jindirizza l-qagħda eżistenzjali ta’ min jemmen. L-intenzjoni ta’ dan il-qaddis hi li jmexxina lejn l-esperjenza ġewwinija tat-twaħħid ma’ Alla u s-sehem millħajja divina tiegħu. Huwa f ’dan il-qafas li San Ġwann tas-Salib joffrilna x-xbiha ta’ Marija, waqt li jsejħilha l-Omm u l-Maħbuba ta’ Kristu Sidna. Marija, sa mill-bidu nett, kienet imsejħa għal dan l-istat għoli permezz tal-preżenza tal-Ispirtu s-Santu.
Ħadd ħliefha ma jgħix b’mod hekk sħiħ dak kollu li San Ġwann tas-Salib jgħid għar-Ruħ Maħbuba fil-Kantiku u għar-ruħ mibdula fil-Fjamma ħajja ta’ mħabba. San Ġwann tas-Salib jippreżenta lil Marija bħala l-mudell tal-ħajja Nisranija firrakkont tas-salvazzjoni, u jirreferi għaliha bħala xempju ta’ mara li temmen, li tgħix l-għotja lil Alla, u li hija tama tal-poplu, u li wkoll taf tinġabar fit-talb fis-siegħa ta’ Gesù skont ir-rieda sħiħa ta’ ruħha. Fl-aħħar versi tiegħu, Fil-bidu kien hemm il-Kelma, San Ġwann tas-Salib ġabar kemm l-emozzjonijiet, il-poeżija, l-isqarrijiet ta’ fidi u l-manifestazzjoni liema bħala ta’ ferħ. Hawnhekk idaħħal lil Marija li l-kobor tagħha jiskopri li mhux ġej minnha iżda mill-kobor ta’ Alla li xeħet ħarstu fuqha, ħabbha u għażilha sabiex tkun hi li permezz tagħha jseħħ il-misteru tal-Inkarnazzjoni. Fiha għalhekk in-Nisrani u l-Karmelitan jista’ jara dak li jixtieq u jittama li jkun fil-Knisja u fid-dinja. Nobert Cutajar
Il-persuna hija msejħa sabiex tkun libera. B’dan irridu nfissru li dik il-persuna fil-qalba ta’ ruħha tkun kapaċi tisma’ leħen Alla u twieġeb għas-sejħa tiegħu. Sabiex dan iseħħ, jeħtieġ li tkun miftuħa għall-ħidma tal-Ispiritu. L-Ispirtu s-Santu huwa l-mutur tal-ħajja interjuri u l-ħajja, kwalitajiet li jidhru b’mod tassew sabiħ f ’Marija. Irridu nifhmu li San Ġwann tas-Salib jirnexxilu jaqbad dan kollu b’finezza liema bħalha u b’mistiċiżmu profond. Għalih, il-Verġni Imqaddsa kienet merfugħa għal dan l-istat għoli sa mill-bidu nett, u ruħha minn dejjem kienet imqanqla mill-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Il-Missier, flimkien ma’ Kristu, ħaddanha miegħu, filwaqt li l-Ispirtu biddel ħajjitha u straħ fiha. Bust ta’ San Ġwann tas-Salib minn Magdeleine Weerts
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
23
ITTRA TAL-PAPA
To Most Reverend Father Fernando Millán Romeral Prior General of the Order of Brothers of the Blessed Virgin Mary of Mount Carmel.
I address you, dear Brothers of the Order of the Blessed Virgin Mary of Mount Carmel, as you celebrate your General Chapter. At this time of grace and renewal that calls on you to discern the mission of the glorious Order of Carmelites, I would like to offer you a word of encouragement and hope. The ancient charism of Carmel throughout these past eight centuries has been a gift for the whole Church. Your contemplative origins spring from the land of the epiphany of God’s abiding love manifested in the Word made flesh. As you ponder your mission in Carmel today, I would ask you to consider three things that might guide you on your pilgrim way: love as allegiance, as prayer and as mission.
Allegiance The Church has the mission to bring Christ to the world and it is for this, as Mother and Teacher she invites each one of us to draw near to him. In the Carmelite liturgy for the feast of our Lady of Mount Carmel we contemplate Our Lady as being “near the Cross of Christ.” This is also the place where one finds the Church: near to Christ. It is also the place for every faithful member of the Carmelite Order. Your Rule begins with the exhortation to the brothers to “live a life of allegiance to Jesus Christ”; to follow him and to serve him with a pure and undivided heart. This close relationship to Christ happens in solitude, in fraternal assembly and in mission. “The fundamental choice of a life that is concretely and
24 Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
radically dedicated to following Christ.” (Ratio Institutionis Vitae Carmelitanae 8) making of your lives a pilgrimage of loving transformation. The Second Vatican Council recalls the role of contemplation on the journey of life: “It is of the essence of the Church that she be both human and divine, visible and invisibly equipped, eager to act and yet intent on contemplation, present in this world as pilgrims.” (Sacrosanctum Concilium 2) The early hermits of Mount Carmel retained the memory of that holy place, and even if exiled and distanced from it constantly kept their gaze fixed on the glory of God. Reflecting on your origins and history and contemplating the vast lineage of those who lived the Carmelite charism down through the centuries you will discover again your present vocation to be prophets of hope. It is precisely with this hope you will be reborn. Often what is new is only something very old seen in a new light. Within your Rule is the heart of the Carmelite mission then and now. As you approach the eight centenary of the death of Albert, Patriarch of Jerusalem in 1214 you will recall that he formulated “a way of life”, a space that enables you to live a spirituality that is orientated towards Christ. He outlines both external and internal elements, a physical ecology of space and the spiritual armour needed in order to fulfil one’s vocation and mission.
In a world that often misunderstands Christ, and in fact rejects him, you are invited to draw near and to unite yourselves more closely with him. It is a continuous call to follow Christ and be conformed to him. This is of vital importance in our world so disoriented, “for once the flame of faith dies out, all other lights begin to dim.” (Lumen Fidei 4) Christ is present in your fraternity, your common worship and in the ministry entrusted to you: renew the allegiance of your whole life!
Prayer The Holy Father Benedict XVI, before your General Chapter of 2007 reminded you that “faith’s inner pilgrimage towards God begins in prayer”; and at Castel Gandolfo in August 2010 said to you that: “You are the ones who teach us how to pray”. You speak of yourselves as contemplatives in the midst of the people. If it is true that you are called to live on the heights of Carmel then it is also true that you are called to witness in the midst of the people. Prayer is that “royal road” that leads to the profound mystery of the One and Triune God, but it is also the narrow pathway to God in the midst of the people as pilgrims in the world towards the Promised Land. One of the most beautiful ways for entering into prayer is through the Word of God. Lectio divina brings you into direct conversation with the Lord and it opens for you wisdom’s treasure. The intimate friendship with the One who loves us, enables us to see with the eyes of God, to speak with his Word in our hearts, to treasure the beauty of that experience and to share it with those who are hungry for eternity. Returning to the simplicity of a life centred on the Gospel is the challenge for a renewed Church: a community of faith that always finds new ways of evangelization in a world continually changing. The saints of Carmel have been the great preachers and teachers of prayer. This is what is needed once again from Carmel in the twenty-first century. Constantly throughout the length of your history, the greats of Carmel have sought to call you back to your prayerful contemplative roots, roots always fruitful in prayer. Here is the heart of your witness: the “contemplative” dimension of the Order, to be lived, cultivated and transmitted. I would like each one of you to ask yourself: how is my contemplative life? How much time during my
day do I dedicate to prayer and contemplation? A Carmelite without this contemplative life is a dead body! Today, perhaps more than in the past, it is so easy to allow ourselves to be distracted by the cares and worries of this world and to succumb to false idols. Our world is fractured in so many ways: rather the contemplative unites and powerfully builds the call to unity. Now more than ever is the moment for you to discover again that inner pathway to love through prayer and to offer to the people today in your preaching and mission the witness of your contemplation, not easy solutions but that wisdom that comes from pondering “day and night the Law of the Lord”. The Word always brings one near to the glorious cross of Christ. United in contemplation and austerity of life is not a secondary aspect of your life and witness. There is a very strong temptation even for you to fall into a mundane spirituality. The spirit of the world is the enemy of the life of prayer: never forget this! I exhort you to a more austere and penitential life, according to your authentic tradition, a life distant from all worldliness, distant from the world’s criteria.
Mission My dear Carmelite brothers, yours is the same mission as Jesus. All the planning and Chapter dialogue will be of little use, if you do not begin your renewal here. Your Carmelite family is seeing a wonderful “springtime” across the world, that fruit, a gift of God, and the missionary involvement of the past. Today the mission brings its heavy challenges as the Gospel message is not always accepted or even violently rejected. We must never forget, even if thrown into murky and unknown waters, that the one who gives the mission will also give the courage. So celebrate your Chapter with the hope that never dies, with a strong spirit of generosity regaining your contemplative life and the simplicity and austerity of the Gospel. Addressing pilgrims in Saint Peter’s Square I said: “Each individual Christian and every community is missionary to the extent that they bring to others and live the Gospel, and testify to God’s love for all, especially those experiencing difficulties. Be missionaries of God’s love and tenderness! Be missionaries of God’s mercy, which always forgives us, always awaits us and loves us dearly”(Homily 19th May 2013). The witness of Carmel in the past is one of a deep spiritual tradition that grew into
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
25
Father Fernando Millán Romeral Prior General of the Order of Brothers of the Blessed Virgin Mary of Mount Carmel
one of the great schools of prayer. It has evoked courage in men and women facing danger and even death. We are only too aware of two great contemporary martyrs in Saint Teresa Benedicta of the Cross and Blessed Titus Brandsma. I would ask you then: today among you, do you still have the endurance, the courage of these saints? Dear Brothers of Carmel, the witness of your love, and your hope radiating from your deep friendship with the living God, can reach like a “gentle breeze” renewing and re-awakening your ecclesial mission in today’s world. To this you have been called. Your Profession Rite puts on your lips these words: “I entrust myself to God that by His grace and with the aid of the Blessed Virgin Mary I may attain perfect charity in the service of God and the Church.” Our Blessed Virgin Mary, Mother and Queen of Carmel, accompany your steps and make fruitful your daily journey towards the Mountain of God. I invoke upon all the members of the Carmelite Family, and most especially you Capitulars, the abundant blessings of the Holy Spirit and to all I heartily impart the Apostolic Blessing.
FRANCISCUS
26 Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
KARMELU BOLIVJAN
Missjoni Karmelitana fil-Bolivja Fil-Missjoni Karmelitana tal-Bolivja hemm il-preżenza tas-Sorijiet Karmelitani talVenezwela. Din il-Kongregazzjoni twaqqfet mill-Madre Candelaria ta’ San Ġużepp fi tmiem is-seklu 19. Din il-fundatriċi li għexet fi żmien ta’ faqar kbir u gwerra fil-Venezwela ħasset is-sejħa minn Alla sabiex twaqqaf komunità li taqdi lil persuni minsjia u batuti fil-komunita` ċivili u reliġjuża.
Fl-2006 dawn is-Sorijiet Karmelitani bdew jaqdu fil-missjoni tagħna l-Maltin f ’ Tarija. Huma jagħtu servizz imprezzabbli fil-missjoni Karmelitana u fost l-oħrajn aċċettaw ir-responsabilta` ta’ ċentru komunitarju li fil-bidu tiegħu kien f ’żona fqira ħafna fil-parroċċa. Huma aċċettaw li jmorru joqgħodu f ’ din iż-żona u jiftħu d-dar ċkejkna li akkwistaw bħala ċentru komunitarju li jservi t-tfal fqar. Bħalissa ċ-ċentru komunitarju tas-Sorijiet Karmelitani huwa spazju żgħir mibni b’żewgt’ ikmarar u kċina u hemm spazju ieħor imdaqqas ħdejh li għadu mhux mibni. Ġa għaddew iktar minn 6 snin min mindu s-sorijiet bdew din ilmissjoni fost l-iktar familji fqar. F’ dan iċ-ċentru minkejja ċ-ċokon is-sorijiet jagħtu l-ikel lil iktar minn 140 tifel u tifla, jgħinu fil-prevenzjoni talmard u fil-kura medika bis-servizz tas-saħħa u jagħtu appoġġ psikoloġiku. Wasal iż-żmien sabiex jsir investiment sostanzjali ħalli dan il-proġett taċ-ċentru jkompli jikber u jservi b’ mod aħjar lill-familji u t-tfal fil-bżonn. Il-proġett jinkorpora t-titjib fil-kċina u fis-servizzi iġeniċi, il-bini ta’ ambjenti fejn jistgħu isiru klassijiet għal servizz ahjar. Għalhekk nixtiequ nsejħu l-ġenerożità ta’ dawk kollha li ghandhom għal qalbhom il-Karmelu u l-ħidma li jwettqu r-Reliġjużi Karmelitani f ’Malta u fil-Missjonijiet sabiex jgħinu permezz ta’ donazzjoni ħalli tkun tista’ tinbena l-infrastruttura meħtieġa u mtejba sabiex ilkoll inkunu nistgħu nkomplu naqdu lil dawn il-persuni ta’ din iż-żona kbira ta’ faqar u miżerja u ntejbu l-kwalità talħajja tal-persuni l-iktar fil-bżonn. Biex dan ilproġett iseħħ neħtieġu 50,000 Ewro sabiex intejbu l-infrastruttura preżenti ħalli tkun tista’ taqdi sewwa l-għan li għaliha bdiet tinbena. F’isem ir-Reliġjużi Karmelitani u t-tfal u l-familji li jgħixu fil-miżerja f ’din iż-żona ngħidulkom Grazzi mill-qalb u nwegħdukom it-talb tagħna.
Il-Karmelu
LULJU / SETTEMBRU 2013
27
Missjoni Karmelitana filIbgħat id-donazzjoni tiegħek
Bolivja MISSION FUNDRAISING
NIXTIEQ NAGĦTI DONAZZJONI
Ċentru Komunitarju- Bolivja
Isem ________________________________
Agħti sehmek inti wkoll f ’dan il-proġett taċ-Ċentru Komunitarju li l-Karmelitani fil-Bolivja jixtiequ jiftħu b’risq l-ifqar fost il-fqar. Bid-donazzjoni tiegħek nitimgħu, inlibbsu u noffru l-ħtiġijiet bażiċi għal ħajja iktar xierqa lil tfal u familji sħaħ.
Kuljom _______________________________ Indirizz ______________________________ _____________________________________ Kodiċi Postali ______________ Tel/Mb _______________________________ Imejl ________________________________ Qed nibgħat ċekk/Postal Order ta’ € _________ Numeru taċ-ċekk/Postal Order __________ Għal kull tagħrif jew diffikultà: Tel: 99071302
L-Editur “Il-Karmelu”, Kunvent tal-Karmelitani, Triq Villegaignon, L-Imdina MDN1900
riċetta
MILL-KĊINA TAL-KARMELU
Sorbetto tal-Ward ta’ Santa Tereżina INGREDJENTI 2 kikkri ta’ petali tal-ward frisk (kun zgur li ma jkollhomx pesticidi) Kikkra u zewg mgharef zokkor fin 3 kikkri ilma kiesah 3 mgharef meraq tal-lumi frisk Kikkra brut jew Xampanja (extra-dry) jew sparkling wine Mgharfa ilma tal-ward (jekk trid izzid it-toghma).
BIEX TAGHMEL IS-SORBETTO... Ahsel il-petali tal-ward bi tlahliha hafifa ta’ ilma frisk. Hallat il-petali u z-zokkor fi processor jew mixer ghal madwar nofsiegha sakemm issir qisha ghagna. Meta tara li t-tahlita qed taqbad mal-gnub waqqaf il-mixer u ghaqqad it-tahlita u kompli dawwarha filmixer. Zid 1/2 kikkra ilma u kompli dawwar fil-mixer ghal 10 sekondi. Zid 2 kikkri u 1/2 ilma water, il-meraq tal-lumi, ix-xorb (brut jew xampanja jew sparkling wine), u ilma tal-ward jekk se tuzah. Saffi t-tahlita minn passatur f’kontenitur u ghattiha bil-plastic sabiex tiffrizaha ghal madwar 3 sighat. Ohrog it-tahlita mill-friza u hawwadha ha tfarrak is-silg. Tista tuza l-mixer. Erga dahhal it-tahlita fil-friza ghal 3 sighat ohra. Is-sorbet servih b’werqa tal-minta.
KURŻITAJIET KARMELITANI Kont taf li l-Frajiet Karmelitani fl-Imdina kienu jaħdmu s-sorbetto? Fil-kċina l-antika tal-kunvent għad hemm miżmum il-”Bezzun” li fih kien jitħallat is-sorbetto u jiġi ffriżat bis-silġ li f ’Malta kien jasal minn Sqallija. Fl-arkivji tal-kunvent nsibu kollezzjoni ta’ “Libri delle Pietanze” li jmorru lura għas-seklu 17 u li fihom jum b’jum x’kienu jieklu l-patrijiet. Din il-kollezzjoni tibqa sejra sa żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
Riċetta ta’ P. Sam Citero, O.Carm.
Kuruna tal-Beatu Titu Brandsma maħduma skont il-preskrizzjonijiet tar-Regula n.11
“ir-Rużarju mhuwiex biss talba li biha nsejħu l-għajnuna ta’ Alla u tal-Verġni Mbierka, imma wkoll skola ta’ ħajja spiritwali” Ġwanni Brenninger, O.Carm.
Xewqat sbieħ mill-Provinċja Karmelitana Maltija