5 minute read
Is-Sitt Vista
from Seba' Visti
by BPM MAGAZINE
Il-ħajja ġewwa r-razzett Il-ħajja Il-ħajja Il-ħajja Il-ħajja Il-ħajja Il-ħajja
miktub minn
Advertisement
Jean Claude Gatt
VI.
Mhijiex xi ħaġa daqstant komuni filħajja tal-lum, li żagħżugħ ta’ 28 sena jaħdem xogħol ta’ raħħal. Din hija sengħa li tirrikjedi ħafna dedikazzjoni u sagrifiċċji, meta tqis il-ħinijiet twal, ta’ kuljum, li jaħdem Jean-Paul Fenech. Sa minn ċkunitu, Jean-Paul kellu n-namra li jaħdem fir-razzett. Huwa jirrakkonta li dan ix-xogħol għadda minn ġenerazzjoni għal oħra, u llum imexxi razzett ta’ 110 baqra, waħdu. “Dan ix-xogħol beda mill-ġenerazzjonijiet tan-nannu: beda minn missier missieri, imbagħad kompla missieri, u għalkemm missieri qatt ma ġegħelni biex niġi f’dan ix-xogħol bilfors, jiena wara l-iskola kont nibqa’ ġej ma’ missieri r-razzett. Jiena kbirt fin-namra ta’ dan ix-xogħol, minn dejjem ħassejtni obbligat li niġi naħdem f’dan ix-xogħol. Minn fuq il-bank tal-iskola, Jean-Paul spiċċa jmexxi razzett waħdu, “illum missieri huwa pensjonant u allura issa mmexxi kollox jien, waħdi.” Filwaqt li Fenech jinsab grat lejn ommu li żammitlu r-riedni biex jitgħallem skola kemm jista’ qabel ma jibda’ jaħdem fir-razzett, huwa jħossu kburi ferm li kompla fuq il-passi ta’ qablu għax skontu, “dan ix-xogħol huwa tradizzjoni li fil-pajjiż qed tonqos u li huma ftit iżżgħażagħ li jridu jaħdmu dan ix-xogħol.” Ix-xogħol ta’ Jean-Paul huwa ferm bżonjuż għall-industrija tal-ħalib, iżda aktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar l-industrija tar-raħħala qiegħda tonqos. “In-nies ma tantx iħabblu rashom, għax jekk ma jsibux ħalib lokali, malajr jistgħu jixtru ħalib ta’ barra, għalkemm il-prodott lokali dejjem jibqa’ l-favorit fost il-Maltin. Iżda għalija personali, bħala raħħal jinkwetani l-fatt jekk hux se jkun hawn min ikompli dan ix-xogħol warajja.” Jean-Paul spjegalna kif tkun ġurnata tipika tax-xogħol tiegħu bħala raħħal żgħażugħ, u dewwaqna ftit mir-rutina iebsa tiegħu ta’ kuljum,
44 Is-Sitt Vista
VI. 6 “Il-baqar jindunaw li nkun wasalt jien, għax malli niftaħ ix-xatba, kollha jqumu. Jiena naħdem minn dlam sa dlam, tista’ tgħid. Nibda fil-5 ta’ filgħodu, billi ndur il-bhejjem kollha u nara li kollox sew. Imbagħad innaddfilhom fejn jorqdu, nagħlifhom, u huma u jieklu, nilħaq narma l-milking parlor, fejn jinħalbu l-baqar u jibda l-proċess tal-taħlib, li jdum mat-tliet sigħat. Wara nerġa’ nagħtihom jieklu, għax tagħtihom x’jieklu tliet darbiet kuljum, u sadanittant naħsel sewwa fejn ikunu nħalbu l-baqar, għax importanti li żżomm l-iġene f’dan l-ambjent. Għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu mmur bil-ħalib il-Malta Dairy Products, il-Ħamrun, biex imbagħad jibda l-proċess tal-ippasturizzazzjoni tal-ħalib.”
missieri huwa pensjonant u allura issa mmexxi kollox jien, waħdi. Il-ħajja ġewwa r-razzett 45
Jean-Paul jirnexxilu jsib bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u dik żagħżugħa. “Iż-żgħażagħ ibeżżagħhom il-fatt li la għandek sick-leave, la għandek festi, u li jkollok ċertu rabta u responsabbiltà fuq xogħlok. Iżda kulħadd ikun kapaċi jaddatta għall-ambjent ta’ fejn iħossu komdu li jaħdem, importanti li tkun kapaċi li żżomm il-bilanċ, bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tiegħek” stqarr Jean-Paul.
“Jiena, bħala żagħżugħ ta’ 28 sena xorta nsib ħin għal ma’ sħabi, li nipprattika l-passatemp tal-futbol, u jekk irrid insiefer xorta nara kif nirranġa biex insiefer safra ta’ tlett ijiem”.
Jean-Paul iħobb ħafna juża l-midja soċjali biex jaqsam ħsibijietu dwar l-imħabba li għandu lejn xogħolu u lejn l-annimali. Ta’ kuljum huwa juża l-Facebook stories, biex jaqsam magħna l-ġurnata tipika tiegħu kif tkun. Il-favoriti tiegħu, fost l-istejjer li jtella’ huma l-imħabba li juri lejn ilbaqar. “Jien għixt ħajti kollha s’issa f’dan l-ambjent, u tista’ tgħid li tlaqt nimxi qalb il-baqar. L-iktar ħaġa li niddejjaq huwa meta nieħdu xi baqra għall-qatla għax isiru parti minnek, imma meta tixjieh baqra, tkun qed tbati u allura ma jkollnix triq oħra biex ma nħalluhiex tbati.”
Bħal kwalunkwe xogħol ieħor, għalkemm huwa xogħol iebes, dan ix-xogħol għandu s-sodisazzjon tiegħu wkoll. “L-iktar ħaġa li tissodisfani f’xogħli hija li minkejja l-ħafna sagrifiċċji, imbagħad meta tara l-prodott finali jinbiegħ fis-suq Malti, u li d-domanda għalih hija waħda kbira, tagħtik sodisfazzjon kbir f’xogħlok”, qasam magħna r-raħħal. Huwa żied jgħid li, “l-iktar ħaġa li ddejaqni hija li hawn ħafna min jaħseb li naqilgħu ħafna flus minn dan ix-xogħol, dan mhu veru xejn għax biex taħdem f’dan l-ambjent, bis-sagrifiċċji kollha tiegħu, minkejja li hija ġenerazzjoni ta’ familja, qalbek trid tkun hawn.”
Jean-Paul ikkumenta fuq kemm jirrabjawh ir-rapporti li jara fuq il-midja soċjali dwar il-moħqrija tal-annimali u stqarr li: “idejjaqni ħafna l-fatt li hawn min jaħseb li aħna naħqruhom il-baqar biex nieħdu kemm jista’ jkun ħalib minnhom, dan mhu veru xejn.”
Fid-dawl tal-avvanz tat-tekonoloġija, ir-razzett ta’ Jean-Paul huwa mgħammar bl-aħħar teknoloġija skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea. “Illum il-progress jew timxi miegħu,
jew inkella jgħaddi minn fuqek. Trid tinvesti dejjem għall-aħjar, biex kemm jista’ jkun tnaqqas it-tbatija u jkollok l-effiċjenza fuq il-post tax-xogħol” stqarr Jean-Paul.
Fenech jammetti li għandu rabta kbira b’xogħlu u meta jitkellem ma’ żgħażagħ oħra jkun hemm min jgħoddu bħala miġnun li għall-eta’ tiegħu jaħdem f’dan l-ambjent. “Jien ma nagħtix kas il-kummenti bla sens li jkun hawn min ġieli jgħaddili għax naħdem dan it-tip ta’ xogħol, għax fl-aħħar mill-aħħar hemm is-sodisfazzjon f’xogħli.”
Jean-Paul ma jinkwetahx ħafna l-fatt li d-dinja tal-vegani, li ma jikkonsmawx lanqas prodotti ġejjin mill-annimali qiegħda dejjem tikber. “Li jinkwetani huwa l-ħsara li jagħmlu lill-industrija tar-raħħala għax ipoġġuna li qed naħqru l-annimali, u bħalma aħna nirrispettaw id-deċiżjoni tagħhom, huma m’għandhomx ipoġġu lil kulħadd fl-istess keffa, għax jiena nħobb ħafna l-annimali u nqishom bħala l-familja tiegħi, fir-razzett.”
“Jiena nkun looking forward ħafna li jasal is-Sibt biex wara ġimgħa xogħol iebsa, niltaqa’ ma’ sħabi u r-regola tagħna tkun li ma nitkellmux fuq xogħol.” Jean-Paul qasam magħna li jħobb ħafna jgawdi l-ħajja żagħżugħa u li jiffrekwenta ħafna d-diskoteki lokali. Saħansitra, meta jsiefer safra qasira ta’ tlett ijiem, huwa jagħżel li jivvjaġġa lejn postijiet ta’ divertiment, eżempju ftit tal-ġimgħat ilu għadu ġej minn Ibiża, li hija magħrufa sew maż-żgħażagħ għad-divertiment. “Jiena imdorri naħdem, u meta nsiefer inħossni niġġennen jekk wara tlett ijiem ma niġix lura, ħalli nkompli bix-xogħol.”
Huwa stqarr li, “jiena m’għandi xejn inqas minn żgħażagħ oħra, naf nieħu pjaċir bħal kulħadd.” “F’dan it-tip ta’ xogħol, irid ikollok kontroll fuq il-ħin. Ma nistax nagħmel lejl barra u nqum f’ xi nofsinhar bħal sħabi, għax filgħodu rrid nerġa’ nqum b’saħħti għal ġurnata xogħol oħra.”
Ir-raħħal żagħżugħ stqarr li, “l-iktar mument diffiċli li nsib biex niġi x-xogħol hija fil-festa taż-Żejtun, li wara l-marċ tas-siegħa rrid nibqa’ ġej hawnhekk, ir-razzett, naħleb il-baqar, imma dak hu s-sagrifiċċju.”
Jean-Paul għalaq din l-intervista fuq nota li, “jekk nibqgħu reqdin aħna, ma jkollkomx ħalib frisk intom, allura rrid inkun kapaċi nikkontrolla l-ħajja żagħżugħa tiegħi.”